Uncategorized

/Uncategorized
atarax canada TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA lady era tablet uk Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA F’dan il-jum kbir u solenni F’dina l-festa ta’ l-Appostlu Tifħir imorru nroddu Lil min bil-wisq jistħoqlu. Dik il-banda li ġġib l-arma Ta’ l-Appostlu S. Andrija Li f’qalbna llum tnissel L-akbar ferħ u l-allergrija. Bħala stilla tirrisplendi F’din il-ġurnata l-arma tagħha Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa Biex ilkoll ningħaqdu magħha.
Dina l-arma li qiegħed insemmi Bla xejn inġibu idejiet Tikkonsisti, Salib, Kuruna Imdawrin biż-żewġ palmiet. Dina l-arma tal-banda tagħna Biha ninsabu wisq kburin Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa Dina l-arma ġo Ħal-Luqa Ta’ bil-fors iġġiblek għira Arma oħra ġo pajjiżna Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.
Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu Li hemm fil-fidi tal-magħmudija Lil kulħadd immorru nuru Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija. Dana l-isem ta’ din il-banda Fost l-oħrajn huwa l-aħjar Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija Ta’ Ħal-Luqa it-Titular. Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija Viva dejjem dik il-Banda Li għalih hija msemmija. Bir-raġun o Banda tagħna Miegħek nibqgħu mgħaqudin Għax il-kbir Ismek S. Andrija Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.