13 il-sena miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju (1998-2011)

///13 il-sena miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju (1998-2011)
13 il-sena miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju (1998-2011) 2018-01-04T21:10:33+00:00

Il-Wirja ‘Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju’ ssa hija stabilita sew mad-dilettanti ta’ Fest ital-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid. Prova ta’ dan huma l-eluf li jiġu jżuruha matul dawn il-Festi u l-kummenti ta’ nkoraġġament li tisma mill-Pubbliku.

Il-bidu qatt ma jkun faċli, jiġifieri 11 il-sena ilu fl-1998. Tara x’ħa tagħmel biex il-wirja tkun suċċess u dan billi tkun krejattiv u nnovattiv billi tuża r-risorsi li jkollok fil-preżent. Nistgħu ngħidu li wieħed mill-isbaħ risorsi ġewwa l-każin tagħna huwa s-sotterran fejn tista toħloq ambjent adattat fl-ispiritwalita. B’hekk saret l-mejda tal-Appostli u r-rapreżentazzjoni ħajja ta’ l-ikla ta’ l-Għid li ssir mill-membri tagħna stess.

Bħal dejjem s-Sezzjoni Żgħażagħ tara x’tagħmel biex tkabbar l-attivitajiet li bdiet. Dan mhux biss fil-brijju tal-Festa iżda ukoll f’attivitajiet oħra bħal Milied u kif qed ngħidu l-Ġimgħa l-Kbira. Dan isir s-sena kollha biex dejjem ngħollu isem Ħal Luqa u s-Soċjeta’ li aħna membri fiha.

Meta ttellgħa wirja tħares lura u tara x’tista tirranga jew żżid biex s-sena ta’ wara tkun aħjar u terġa tiġbed il-pubbliku lejn is-Soċjeta’. Qabża l-quddiema saret fis-sena 2000 meta is-Sezzjoni Żgħażagħ ikkummissjonat wirja permanenti għand l-artist Christopher Ebejer. Is-sett tal-10 episodji mill-Passjoni ta’ Sidna Ġesu’ Kristu ġew murija l-ewwel darba fl-2001. Grazzi għal konsulenza mal-artist stess, ġie ddisinjat sett Panels biex l-istatwi u l-kamra jikkumplimentaw lil xulxin. Ringrazzjament speċjali jmur lejn dawk il-membri li għoġobhom iħallsu xi personaġġ minn dawn l-episodji.

Is-sena 2003 kienet ukoll taħbat l-10 Anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ li għal dik is-sena ħasbu f’xi ħaġa speċjali. Din propju kienet esebizzjoni ta’ Arti Sagra marbuta mal-Festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid, fejn wieħed seta jara xogħlijiet ta’ pittura u skultura minn diversi artisti magħrufa ġo pajjiżna taħt saqaf wieħed.

Ftuħ tal-Wirja miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2003

Ftuħ tal-Wirja miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2003

Dan kollu sar possibli permezz tar-reputazzjoni tajba li l-wirja kellha mad-diversi nies li fl-edizzjonijiet ta’ qabel ġew u raw l-esebizzjoni. Kienu 16-il artist li ħadu sehem f’din il-wirja b’dawn ix-xogħolijiet:

Angelo Agius – Terracotta – ‘Pieta’
Anton Agius – Resina – ‘Crucifix’
Carmel Apap – Acrylic – ‘Il-Patt’
John Martin Borg – Watercolour/Gold – ‘He was crashed because of our guilt’
John Martin Borg – Watercolour/Gold – ‘Crucifix’
Lino Borg – Oil on Board – ‘Pieta’
Paul Camilleri Cauchi – Oil on Canvas – ‘Magdalen’
Paul Camilleri Cauchi – Oil on Canvas – ‘Konversjoni’
Kevin Casha – Photo – ‘Good Friday reflections’
Jessica Debattista – Acrylics/Wood & Perspex – ‘Redemption’
Christopher Ebejer – Terracotta – ‘Last Supper’
Carmel Fsadni – Oil Painting – ‘Jesus’
Carmel Fsadni – Oil Painting – ‘Agunija’
Francis Galea – Oil/Acrylics – ‘Through The Ages’
Fr. Jesmond Grech – Terracotta – ‘Golgota’
Joseph Mark Micallef – Mixed Media on Board – ‘Ecce Homo’
Joseph Mark Micallef – Mixed Media on Board – ‘Pathos’
Joseph Mark Micallef – Oil on Board – ‘Soledarjeta’
Ganni Pace – Terracotta – ‘Ġetsemani’
Ganni Pace – Mixed Media – ‘Our Lady of Sorrow’
Charles Sammut – Iron and Copper – ‘Cruxifiction’
Joanne Schembri – Mixed Media – ‘It is finished’

Is-Sena 2006 rat ukoll bidla f’din il-wirja bl-inklużjoni tal-esebizzjoni ġewwa x-xelter ta’żmien il-gwerra. Frott il-ħidma kontinwa tas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-membri kollha li ħadmu biex dan il-post jitnaddaf u jintrama. Attrazzjoni mill-isbaħ li qed titgawda mill-Ħal Luqin kollha u mill-eluf ta’ Maltin oħra li jiġu jżuru dan il-post. Post abbandunat u magħluq jinbidel f’esebizzjoni mill-isbaħ.

Ftuħ tal-Wirja miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2003

Ftuħ tal-Wirja miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2003

Fil-maġġor parti din il-wirja kellha ftuħ mużikali bis-sehem tal-bandisti fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fl-2003, 2004, 2005, 2009 jew is-sehem tal-banda kollha kif sar fl-2002, 2006 u l-2007.

Fl-2008 il-wirja saret interament fis-sotterran tal-każin tagħna. B’hekk l-10 episodji tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu sabu posthom fis-sotterran fejn kienet tintrama l-mejda fuq stil Lhudi. Din il-kamra tikkumplementa ferm ma dawn l-istatwi kif ukoll mal-arkati fil-ġebla Maltija mad-disinn tal-Panels.
Il-mejda fuq stil Lhudi sabet post f’waħda mill-kmamar ġewwa x-xelter fejn dan kien armat f’ambjent li jdaħħlek fl-ispiritwalita tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Fl-2009 l-10 episodji tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu sabu posthom lura fil-kamra originali, kif ukoll ezebiti b’mod permanenti matul is-sena permezz ta’ vetrina mahduma mill-Kaxxier Gorg Mifsud. Rajna ukoll addizzjoni ta’ platti maghmula mill-melħ. Kif ukoll wirja ta’ ritratti tal-Gimgha L-Kbira f’Hal Luqa fl-imghoddi, esebizzjoni ta’ arti sagra, kif ukoll sett vari mill-isbah ta’ Spanja.

Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2011

Din il-wirja tibqa żżomm l-appuntament mal-Ħal Luqin u dawk kollha dilettanti tal-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa bil-ftuħ uffiċjali l-erbgħa ta’ qabel id-Duluri, nhar l-Erbgħa 13 t’ April 2011 bis-sehem tal-Banda Sant’ Andrija fejn ser jindaqq Programm Funebri fis-sala tal-Kazin.

 

 

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
buy viagra china Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.