Attivitajiet Aljievi Għid 2009 – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Attivitajiet Aljievi Għid 2009

///Attivitajiet Aljievi Għid 2009
Attivitajiet Aljievi Għid 2009 2018-01-04T21:58:02+00:00

Għal żmien il-vaganzi tal-Għid l-għalliema tal-aljievi, Mro Andrew Calleja u Bernard Cutajar ħasbu sabiex jorġanizzaw attivita’ rikrejattiva kif ukoll oħra b’tema mużikali għall-aljievi fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. B’hekk ġew organizzati ħarġa kif ukoll programm mużikali bl-aljievi jdoqqu żewġ biċċiet waħedhom u wara mużika flimkien bħala grupp

L-għażla tal-biċċiet individwali kienet f’idejn l-istess studenti filwaqt li l-biċċiet mużikali kollettivi ġew magħżula mill-għalliema. Għal dan il-programm, ta’ nhar il-Ħamis 16 t’ April 2009, ġew mistiedna l-ġenituri ta’ dawn l-istudenti fejn kellhom l-okkażjoni jaraw lil uliedhom jdoqqu. Kienet esperjenza tajba ħafna għal dawn l-istudenti li daqqew quddiem udjenza sabiex jrabbu l-kunfidenza meta jdoqqu fil-pubbliku.

Attivita rikreattiva saret nhar it-Tnejn, 13 t’April 2009. Sfortunatament it-temp ma tantx ippermetta, u ħarbat il-pjanijiet ta’ dawra madwar Malta bil-vapur tal-‘Captain Morgan’. Fortunatament grazzi għal viċi-president, is-Sur Martin Degabriele, kellna van għad-dispożizzjoni tagħna li ħadna sal-‘Eden Bowling’ fejn it-tfal setgħu jilgħabu logħba bowling. Wara l-logħob it-tfal u l-għalliema kellhom ikla ġewwa restaurant f’Baystreet mħallsa mill-każin.

L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija hija mpenjata li toffri s-servizz ta’ tagħlim għal tfal u kbar. Qatt ma hu tard sabiex titgħallem strument u kulħadd huwa milqugħu ġewwa s-soċjeta’ sabiex jsir mużiċist.
It-tagħlim hub la ħlas u jkun provdut strument. L-għalliema jkunu l-każin kull nhar ta’ tlieta , ħamis u s-sibt wara nofsinhar. Għal aktar informazzjoni wieħed jista jibgħat email fuq info@bandasantandrija.org jew iċempel fuq 21805565 jew 99528597 jew tkellem lill-għalliema waqt il-ġranet tat-tagħlim.

Attivitajiet Aljievi

Attivitajiet Aljievi

Attivitajiet Aljievi

Attivitajiet Aljievi

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.