Ġimgħa l-Kbira – 2006

///Ġimgħa l-Kbira – 2006
Ġimgħa l-Kbira – 2006 2018-01-04T21:59:07+00:00

Ftuħ Wirja – Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju

Il-ftuħ tal-wirja ser jsir fis- 6 t’Apri 2006 u tibqgħa miftuħa għall pubbliku sal-Ġimgħa l-Kbira, l-14 t’April.

Għal wiri s-sett ta’ statwi artistiċi maħduma fit –terracotta kif ukoll l-mejda Lhudija li tintrama fis-sotterran tal-Każin.

Kulħadd mistieden biex isegwi dan il-ftuħ bil-parteċipazzjoni tal-Banda Sant’ Andrija li ser iddoq diversi siltiet mużikali għal dan iż-żmien.

Ġimgħa L-Kbira

Nhar il-Ġumgħa 14 t’April 2006 , l-Banda Sant’ Andrija takkumpanja l-Purċissjoni fir-raħal tagħna b’daqq ta’ marċi funebri

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
where to buy acyclovir (zovirax) famciclovir (famvir) and valacyclovir (valtrex) Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.