Ġimgħa l-Kbira – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Ġimgħa l-Kbira

Ġimgħa l-Kbira 2018-01-04T21:16:06+00:00

Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju

L-Esebizzjoni ser tkun maqsuma fi Tlett Partijiet:

-Sett ta’ Episodji fit-Terracotta tal-Artist Christopher Ebejer fil-Kazin.
-Ċenaklu Awdjo viżiv fis-Sotterran tal-Każin.
-Xelter ta’ żmien il-Gwerra armat għal żmien il-Gimgħa Mqaddsa. Fih ser ikun hemm Sepulkru, Wirja ta’ Ritratti tal-Imgħoddi, Altar imħaffer fil-Blat, Via Sagra u simboli tal-Passjoni.

6 t’ April

Fis-7.00pm – Programm Mużikali mill-Banda Sant’ Andrija f’Misraħ il-Knisja u wara jsir il-Ftuħ Uffiċjali.

7 t’April sal-Erbgħa 12 t’ April

Mill-5.00pm sad-9.00pm

9 t’April – Ħadd il-Palm

Mill-10.00am sa 12.00pm
Mill-4.30pm sad-9.00pm

13 t’ April – Ħamis ix-Xirka

Mill-10.00am sa 12.00pm
Mill-4.30pm sad-12.00am

14 t’ April – Il-Ġimgħa l-Kbira

Mill-9.00am sa 5.00pm
Mill-7.00pm sad-10.00pm

Ġimgħa L-Kbira

Nhar il-Ġimgħa 14 t’April , l-Banda Sant’ Andrija takkumpanja l-Purċissjoni fir-raħal tagħna b’daqq ta’ marċi funebri

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.