Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju – 2006 – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju – 2006

///Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju – 2006
Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju – 2006 2018-01-06T22:09:40+00:00

6 t’ April infetħet ufiċċjalment il-wirja miċ-‘Ċenaklu sal-Kalvarju’. Din il-wirja saret parti integrali mill-attivitajiet li jsiru ġewwa r-raħal tagħna għal żmien il-Ġimgħa Mqaddsa.

Miċ-‘Ċenaklu sal-Kalvarju’

Din is-sena is-sezzjoni żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija xtaqet tkompli tkabbar din l-attivita’ u ddeċidiet li jsir xogħol fuq ix-xelter tal-pjazza, li aċċess hemm mill-kantina tal-każin tagħna. Wara li nġiebu l-permessi neċessarji mill-awtoritajiet konċernati, l-membri bdew ħidma bla waqfien biex dan ix-xelter jiġi rranġat.

Xhur ta’ ħidma, u l-frott ta’ dan ix-xogħol deher nhar il-Ħamis li għadda, waqt il-ftuħ ta’ din il-wirja. Is-surmast direttur Mro Paul Schembri ħejja programm għal dan il-ftuħ. Bi preżentazzjoni tas-Sur Ġorġ Peresso il-banda daqqet diversi siltiet mużikali fosthom ‘Il-Sogno’ mill-Gugliemo Ratcliff ta’ Pietro Mascagni arranġament ta’ Mro Carmelo Caruana, ‘Parsifal’ ta’ Wagner’, ’Stabat Mater’ ta’ Mro Vincenzo Caruana, kif ukoll żewġ marċijiet ġodda ta’ Mro Paul Schembri.

Wara dan il-programm il-president tal-għaqda is-Sur Raymond Żammit iriingrazzja lil kull min ħadem biex ttellgħet din il-wirja. Dun Karm Żammit tagħna ħarsa storika ta’ kif inbena dan ix-xelter u x’kienu jħossu n-nies dak f’dak iż-żmien ta’ tbatija.

Is-Sindku is-Sur John Schembri fetaħ uffiċjalment ix-xelter mill-bokka ta’ quddiem il-Madonna. Kenna ukoll intervent mill-Kap tal-Oppożizzjoni fejn feraħ lil kunsill u lil poplu Ħal Luqi f’din l-okkażjoni. Tkellem ukoll l-Onorevoli Dr Louis Galea Minsitru tal-edukazzjoni li saħaq fuq l-impenn tal-entitajiet volontarji.

Il-wirja – ‘Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju’ tinkorpora diversi esebizzjonijiet fosthom sett ta’ Episodji fit-Terracotta tal-Artist Christopher Ebejer fil-Kazin, Ċenaklu Awdjo viżiv fis-Sotterran tal-Każin u ix-xelter ta’ żmien il-Gwerra armat għal żmien il-Gimgħa Mqaddsa. Fih hemm Sepulkru, Wirja ta’ Ritratti tal-Imgħoddi, Altar imħaffer fil-Blat, Via Sagra u simboli tal-Passjoni.

Lejla memorabbli għas-Soċjeta’ tagħna u tal-membri li ħadmu u qed jaħdmu biex il-festi ġor-raħal tagħna jikbru. J’Alla nkomplu f’din il-ħidma biex Ħal Luqa tkun ċentru ta’ attivita kulturali ġewwa pajjiżna.

Miċ-‘Ċenaklu sal-Kalvarju’

Miċ-‘Ċenaklu sal-Kalvarju’

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
cheap ditropan Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.