Ħallew Isem

//Ħallew Isem
Ħallew Isem 2017-12-31T22:47:24+00:00

100 sena mit-twelid ta' Mons Mikiel Azzopardi - (10 ta' Frar 2010)

L-10 ta’ Frar 2010, apparti li hi Festa Nazzjonali b’tifkira ta’ San Pawl fostna, qed tiġi mfakkra ukoll il-100 sena mit-twelid ta’ Mons. Mikiel Azzopardi. Mons. Azzopardi huwa l-fundatur tad-Dar tal-Providenza. L-artiklu t’hawn taħt jagħti tagħrif dwar...

Alexander F. Serge - President Onorarju

Alexander F. Serge jew kif kien aħjar magħruf is-sur Alex twieled f'tas-Sliema u tgħammed fil-parroċċa ta' Stella Maris. Kien it-tieni iben fost tlett aħwa: Affie, Alex u Joe. Għal ħabta ta' l-1934 missier Alex ġie joqgħod Ħal Luqa u fetaħ spiżerija f...

Ammiraturi u Bdenefatturi: Il-Familja Micallef

IL-FAMILJA MICALLEF Fost l-ewlenin insibu lill-Fundatur u l-ewwel President, is-Sur Guzeppi Micallef flimkien mal-familja tieghu. Dawn kienu strumentali sabiex tibda u tissahhah s-Societa Filarmonica San Andrea, u ghall-mitt sena ta’ wara, huma u...

Antonio Micallef

Kellna diversi Presidenti li llum m’għadhomx magħna, iżda jinsabu viċin ħafna tal-Appostlu Missier tagħna Sant’ Andrija, igawduh fil-Ġenna. Dawn kollha taw il-kontribut siewi lejn is-Soċjeta’ tagħna. Kollha ħadmu b’għaqal, dedikazzjoni u determinazzjoni ...

Carmelo Magri - Membru Onorarju

F’għodwa xitwija, nhar il-Ħamis 14 ta’ Frar 2008, ġriet l-aħbar bla mistennija tal-mewt għall-għarrieda ta’ Carmelo Magri. Dakinhar, bħalma tista’ tgħid kien jagħmel ta’ kuljum, minkejja li kien xi ftit ma jiflaħx, mar il-kamra tan-nar. Din is-sena, xi fti...

Christopher Ebejer

Profil ta’ l-Iskultur Christopher Ebejer Christopher Ebejer huwa mill-Qrendi u twieled nhar il-25 ta’ Diċembru 1979. Sa min eta’ żgħira huwa beda jinteressa’ ruħu fix-xogħol ta’ l-arti ta’ l-iskultura. Huwa attenda diversi korsijiet fl-iskola tal-Ar...

Duminku Zarb

Is-sur Zarb twieled fil-Brażil fit-3 ta’ Diċembru 1912, iben Fredu u Maria Ebejer. Meta ġie Malta fl-1920 kien tlaqqam it-tifel tal-Brażil. Fl-1934 huwa żżewweġ lil Maria Palma u kellu tmint itfal. Huwa kien tfajjel intelliġenti u ta’ 18-il sena daħal ...

Dun Joe Camilleri 1949 - 2003

Nhar id-disgħa ta’ Lulju 2003, il-qniepen tal-Knisja Parrokjali tar-raħal tagħna reġgħaw kienu l-ħabbara. Din id-darba, il-qniepen daqqew fuq in-nota funebri l-kbira, li tindaqq biss meta jmut saċerdot, nota, li baqgħet tidwi għal ħin twil fir-raħal t...

Emvin Vincent Cremona

Bijografija qasira ta' l-artist Emvin Vincent Cremona twieled il-Belt fis-27 ta' Mejju, 1919. Ftit xhur wara, missieru Ġużeppi emigra u ma reġax Iura qabel ma ibnu kellu ħmistax-il sena. Ma kinitx ħaġa faċli għaż-żagħżugħ Emvin sabiex jipperswadi ...

Feliċ Farruġia - President Onorarju

It-telfa ta' xi ħadd għażiż għalik dejjem tħalli vojt kbir.Bil-mewt tas-sur Feliċ Farruġia, li ġrat fit-22 ta' Lulju 1998, fl-għomor ta' 79 sena, l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija tilfet membru attiv li ftit niftakru bħalu. Is-sur Feliċ Farruġia kien...

Francis Fava (1952-2008)

Is-Sur Francis Fava, twieled Ħal Luqa fl-4 ta’ Marzu, 1952. Huwa kien ilu Bandist mal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija sa mill-1968. Beda jistudja s-sulveġġ u t-Tuba fl-1966 taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħna Mro Paul Schembri. Francis ħa...

Il-Bandisti Franġisku Calleja u Carmelo Mangion

Ser infakkru u ngħaddu tagħrif fuq Franġisku Calleja u Carmelo Mangion li fir-ritratt t'hawn fuq jidhru bl-uniformi tal-banda circa l-1930, tnejn min-nies li taw kontribut sew bħala bandisti u membri tas-Soċjeta’ tagħna. Franġisku Calleja Fran...

Il-Familja Zammit

Din il-familja kienet komposta minn Francicsus Zammit u martu Giuzeppa li kellhom seba' ulied, li kienu Carmelo, Mose, Salvu, Bertu, Guzeppi, Maximilla u Andreana. Dawn il-membri ta' din il-familja kienu attivi ħafna fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant' And...

Indri Vassallo - L-Aqwa Arkitett Malti ta' żmienu

Il-ġenju ta' dan il-Ħal Luqi fl-arti arkitettonika tidher meta wieħed isir jaf li qatt ma għamel kors regulari ta' l-arkitettura, b'danakollu wasal biex bena I-Knisja ta' Pinu, Għawdex, li hi "għaġeb fl-eżattezza tal-proporzjonijiet, tas-sim...

Infakkru l-Bandisti Tumas u ibnu Wiġi Camenzuli

Kultant jagħddilek il-ħsieb minn moħħok u ssaqsi lilek innifsek, min jaf min kienu l-ewwel bandisti ta’ din il-banda u l-familji tagħhom? Tibda tagħmel ir-riċerka u ssaqsi l-anzjani tal-każin, bil-mod il-mod tibda tiskopri min huma dawn il-bandisti. Sorsi oħr...

Is-Sur Carmelo Baldacchino

Apprezzament lis-Sur Carmelo Baldacchino fl-okkazjoni tal-Funeral tiegħu t-Tnejn 24 ta’ April, 2006 mill-President. Għażiża Adriana, sinjuri u ħbieb, ippermettuli f’isem l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija naqsam magħkom dawn il-ftit ħsibijiet, f’din l-okka...

Is-Sur Francis X. Dalli - President Onorarju

Matul is-snin, is-Soċjeta tilfet diversi mill-imseħbin tagħha li ħadmu ħafna fi ħdanha. B’dawn l-artikli fuq dawn il-persuni ser nirringrazzjawhom tax-xogħol siewi li għamlu għall-Għaqda tagħna, u dan is-sit jkun mezz ta’ kif dawn in-nies nibqgħu niftak...

Is-Sur John Calleja

Fi żmien it-tieni gwerra dinjija, ta' 11-il sena, beda jitgħallem il-kurunetta fil-Każin tal-Banda Sant' Andrija mingħand is-sur Carm Fenech. Meta beda' jdoqq fil-banda, il-Kumitat tas-soċjeta' mill-ewwel ra fiħ sinjali li dan iż-żagħżugħ kien jippr...

Is-Surmast Vincenzo Caruana Spiteri (1896-1932)

Fuq l-aspett ta’ mużika teżisti rabta kbira bejn ir-raħal ta’ Ħal Luqa u dak tiegħi ta’ Sannat. Din ir-rabta ħoloqha u rabatha s-surmast Vincenzo Caruana Spiteri. Jixraq li n-nies ta’ raħlu mela Ħal Luqa jsiru jafu aktar dwar dan l-iben den ta’ raħlu. ...

Kan. Karm Zammit (1932- )

Il-Kanonku Dun Karm Zammit twieled Ħal Luqa fl-4 ta’ Marzu 1932, minn Ġużeppi u Rożina nee Caruana. Missieru, Ġużeppi, kien bandist mal-Banda Sant’ Andrija, iben Salvu Zammit ħu Carmelo Zammit li kien president sa l-1942. Il-Kan Zammit hu l-kbir minn tmien...

L-imgħallem Ġużeppi Galea

Ġużeppi Galea twieled fis-17 ta’ Diċembru 1921, minn Carmelo u Barbara nee Cassar. Kien it-tieni fost ħames ħutu bniet: Maria, Andreana, Carmela, Rita, u Katy. Ġużeppi trabba f’familja li kellha devozzjoni kbira lejn San’ Andrija. Tant hu hekk li miss...

Michele Agius

L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija llum tgħodd kważi 125 sena u tul dawn is-snin kienu diversi l-okkażjonijiet li fihom is-Soċjeta’pparteċipat u għamlet ġieħ lir-raħal tagħna fosthom f’avvenimenti u Festi Nazzjonali. Fuq kollox l-għan li għalih twaqqfet...

Mikelanġ Sapiano

Din is-sena (2007) jaħbat għeluq il-ħamsa u disgħin sena mill-mewt ta' Mikelanġ Sapiano li ġrat fit- 2 ta' Diċembru, 1912, fl-eta ta' 86 sena. Għalkemm imwieled l-Imqabba, ismu huwa marbut ma' Ħal Luqa għaliex ta' 21 sena żżewweġ u baqa' joqgħo...

Mro. Gaetano Grech (1889-1890)

Il-Banda Sant’ Andrija dejjem kienet mogħnija bl-aqwa Surmastrijiet li bit-talenti tagħhom komplu jgħollu l-isem tal-Banda u tar-raħal tagħna Ħal Luqa. It-tielet wieħed fil-lista ta’ Surmastrijiet tal-Banda tagħna huwa Mro Gaetano Grech. F’ dan l-artiklu...

Nfakkru lil Bandist Ġużeppi Sapiano

Li tkun bandist mal-Banda Sant'Andrija, hija ħaġa li żgur tagħmlek kburi, aktar u aktar meta fl-20 ta' April tal-1924 iżżanżnet l-uniformi ġdida għall-bandisti. Din kienet ta' ispi...

Pietru Pawl Spiteri u Salvatore Cauchi

Meta qegħdin noqorbu ghall-anniversarju tal-125 sena, ftit jagħddilna minn moħħna jew ma niftakrux kemm missirijietna ħadmu u stinkaw kull tant b'sagrifiċċji kbar għalihom u għal familji tagħhom biex illum is-Soċjeta' tagħna hija fost l-ewlenin. Iva, b'disp...

Reno Axiaq - (1931- 2004)

Nazzareno Axiaq aktar magħruf bħala Reno twieled ġewwa l-Qrendi fl-1931. Huwa żżewweġ lil Maria minn Ħal Luqa u hekk bdiet ir-rabta tiegħu ma' dan ir-raħal. Meta żżewweġ ġie joqgħod Ħal Luqa fi Triq il-Ġdida kantuniera ma' Triq il-Gudja. Reno flimkien m...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
buy oxytrol otc Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.