Ammiraturi u Bdenefatturi: Il-Familja Micallef

///Ammiraturi u Bdenefatturi: Il-Familja Micallef
Ammiraturi u Bdenefatturi: Il-Familja Micallef 2017-12-30T23:24:15+00:00

IL-FAMILJA MICALLEF
Fost l-ewlenin insibu lill-Fundatur u l-ewwel President, is-Sur Guzeppi Micallef
flimkien mal-familja tieghu. Dawn kienu strumentali sabiex tibda u tissahhah s-Societa
Filarmonica San Andrea, u ghall-mitt sena ta’ wara, huma u uliedhom baqghu
jaghtu kontribut siewi lill-Ghaqda taghna.

IS-SUR GIUZEPPI MICALLEF
Is-sur Giuzeppi Micallef, il-Fundatur twieled fl-1848 minn Andrea Micallef u
Pawla nee Farrugia. Hu missieru kien il-Perit Frangesco Micallef. Giuzeppi kien
il-kbir fost hames t’ahwa, Giuzeppi, Gio Frangisk, Nikola, Cristina u Salvu. Sa
minn tfulitu Giuzeppi wera li kien intelligenti hafna u ma’ shabu kien dejjem
meqjus bhala leader. Wara li temm l-edukazzjoni tieghu f’livell sekondarju,
kompla jistudja u lehaq Spettur Sanitarju mad-Dipartiment tax-Xoghlijiet
Pubblici l-belt Valletta. L-ufficcju tieghu kien fi Strada Reale, illum Triq
ir-Repubblika, hdejn il-Borza u bieb ma’ bieb mal-Kazin tal-Banda “Nazionale
Vincitrice”, l-Kings Own Band tal-lum. Ghaldaqstant Giuzeppi ma setax ma jkunx
mithla ta’ dan il-kazin li f’dawk iz-zminijiet kien fost l-ewlenin u l-aqwa
surmastrijiet u mizicisti f’Malta kienu jiffurmaw din il-Banda. Hemm hu kellu
hafna hbieb fosthom surmastrijiet u muzicisti. Hekk nistghu nghidu li, bejn l-izvilupp
li kien ghaddej f’diversi bliet u rhula ohra f’pajjizna fejn bdew jitwaqqfu
diversi ghaqdiet muziakli, bejn l-imhabba li kellu lejn il-Patrun tar-rahal Sant’
Andrija u l-festa tieghu u l-hbiberija li kellu ma’ dawn il-muzicisti, nibtet
fih ix-xewqa li jwaqqaf banda fir-rahal tieghu biex tiehu sehem fil-festi
tal-parrocca, primarjament dik titulari. Ghal dan il-ghan wiehed
mis-surmastrijiet, x’aktarx Tommaso Galea offrilu li jitla’ Hal Luqa u jghallem
liz-zghazagh. Din il-holma saret rejalta bit-twaqqif tas-”Societa Filarmonica
San Andrea” u l-ewwel Banda ta’ Hal Luqa li hadet sehem fil-festi tal-Parrocca.
Biex twaqqfet formalment din is-Societa Giuzeppi sab hafna ghajnuna minn diversi
patrijotti intelligenti Halluqin li riedu li l-ewwel Ghaqda muzikali u l-banda
jiehdu l-isem tal-Patrun tar-rahal Sant’ Andrija. B’dana kollu, kif dejjem jigri,
sab hafna tfixkil, izda b’determinazzjoni u b’kuragg kbir flimkien ma’ shabu
gheleb dan kollu u waqqaf ufficjalment s-Societa Filarmonica San Andrea fl-1883.

Kif ga irrimarkajna, Giuzeppi sa minn tfulitu kien bniedem ta’ inizjattiva u
kien popolari hafna, propju ghalhekk kien gie maghzul bhal l-Prokuratur
tal-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura. Fi zmien li kien prokuratur il-festa
tal-Madonna tac-Cintura kibret hafna u fuq il-gazzetta “Malta” tat-3 ta’
Settembru 1884, dehret ittra fejn fahhret lill-Prokuratur Giuzeppi Micallef
ghall-festa li ghamel isbah mis-soltu.

Tlett snin biss wara t-twaqqif tas-Societa Filarmonica San Andrea, Giuzeppi
Micallef miet fl-isptar Centrrali tal-Furjana nhar l-20 ta’ Mejju 1886, fl-eta
zghira ta’ 37 sena. Wara li sarlu funeral li kien jixraq lil fundatur, bis-sehem
tas-Societa li kien sawwar, gie midfun fil-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa. Il-mewt
ta’ Giuzeppi Micallef kienet telfa kbira ghall-familjari tieghu u ghas-Socjeta.
Pero dak li xettel Giuzeppi kompla jindukrah u jkabbru membru iehor tal-familja
Micallef, huh Gio Frangisk Micallef li gie fdat bit-tmexxija tas-Socjeta,
filwaqt li biex jimtela l-vojt li kien halla Giuzeppi inhatat il-wisq Nobbli
Giorgio C Barbaro Markiz ta’ San Gorg, bhala President Onorarju tas-Societa
Filarmonica San Andrea.

SALVU MICALLEF hu Giuzeppi Micallef
Salvu hu Giuzeppi Micallef kien iz-zghir fost hutu. Ta zaghzugh li kien ta hafna
ghajnuna u appog lil huh Giuzeppi biex jirbah t-tfixkil li kien sab biex iwaqqaf
il-banda ta’ Hal Luqa bl-isem il-Patrun tar-rahal Sant’ Andrija.

Hu tghallem idoqq l-Euphonium u kien wiehed mill-ewlenin bandistit tas-Societa
Filarmonica San Andrea. Fil-programm ta’ nhar il-festa ta’ Sant’ Andrija li sar
fit-30 ta’ Novembru 1888, Salvu Micallef daq il-polka “The Morning Star”
kompozizzjoni tas-Surmast Tommaso Galea skond il-programm li deher fil-gazetta
“Malta” tat-28 ta’ Novembru 1888 f’pagna 2.

Salvu Micallef kien jiskolpi fil-gebla u hadem diversi xoghlijiet ghal Hal Luqa,
fosthom l-iskultura tal-Knisja Parrokkjali meta kienu qeghdin jinbnew in-navi.
Kien hadem l-istatwi ta’ San Pietru u ta’ San Pawl ghall-kappella ta’ San Gakbu
li nsibu f’tarf ir-rahal. Meta nbniet l-iskola primarja tal-Gvern f’Hal Luqa hu
qatta’ l-iskultura kollha li hemm fuq il-faccati taghha. Mastru Salv, kif kien
maghruf, kien ukoll kuntrattur u fost id-diversi xoghlijiet nsibu li kien ha x-xoghol
tal-moll ta’ Kalafrana, fejn haddem hafna rgiel Halluqin.

Salvu Micallef izzewweg lil Giovanna nee Ellul u kellhom erba’ wlied, Indri,
Toni, Giuzeppi u Kelinu. Omm il-mara tieghu kienet oht is-Sur Guze Psaila mill-Qrendi
li kien President Onorarju tas-Societa Filarmoica San Anderea mill-1900 sa
l-1924.

Mastru Salv Micallef bhal hutu l-ohra kien ihobb hafna lis-Socjeta Sant’ Andrija
u kien jaghmel minn kollox biex ihajjar lil uliedu jitghallmu l-muzika u jdoqqu
mal-Banda Sant’ Andrija. Baqa’ attiv hafna fil-Kazin sa ma miet fl-1933 fl-eta
ta’ 71 sena. Is-Societa Filarmonica San Andrea hadet sehem fil-funerall tieghu u
bhala rikonoxximent u biex jibqa’ mfakkar mis-Socjeta, s-sur Carmelo Fenech
ikkompona Marcia Funbri fl-isem “In Memoria di Salvatore Micallef”.

INDRI MICALLEF iben Salvu Micallef
Kien it-tifel il-kbir ta’ Salvu u tghallem il-muzika u kien idoqq kontabaxx
fi hdan is-Societa Filarmonica San Andrea. Dan baqa’ jdoqq sa ma emigra lejn l-Amerika.

TONINU MICALLEF iben Salvu Micallef
Dan sa minn tfulitu kienu jsejhulu Ninu. Hu tghallem l-Euphonium bhal missieru u
beda jdoqq mal-Banda Sant’ Andrija. Kien attiv hafna fis-Socjeta u sa minn
zoghzitu nsibuh jokkupa xi kariga fil-Kumitat. Il-Banda kienet ferm ghal qalbu u
nsibu li merta sar Segretarju l-banda ghamlet progress kbir sew fin-numru
kifwkoll fil-kwalita. Inxtraw hafna strumenti muzikali u saret uniformi gdida
lill-bandisti b’ingravata sewda. Fl-istess zmien il-kazin gie trasferit ghal
Pjazza Sant’ Andrija, inxtrat magna tac-cine, iddahhal id-dawl eletriku
fil-kazin, is-swali gew dekorati, sar arkivju muzikali li kien tul il-faccata
tas-sala principali bi statwa ta’ Santa Cecilja fuqu u diversi xoghlijiet ohra.

Meta ggarraf il-kazin fil-gwerra, is-Socjeta trasferit il-Kazin ghal numru 134
fi Triq il-Karmnu. F’dak iz-zmien, wara l-mewt ta’ Carm Zammit, gie maghzul
bhala President Ninu Micallef, u dan sa mill-ewwel jum tal-kariga l-gdida tieghu
beda jahseb biex jerga’ jiehu l-Kazin lura fil-pjazza. Wara hafna tfixkil u
qtigh il-qalb, fil-21 ta’ April 1951 il-Kazin gie trasferit ghal numru 10 f’
Misrah il-Knisja. Kif kienet ix-xewqa tas-sur Ninu Micallef, 18-il sena wara,
fis-27 ta’ Awissu 1969, is-Socjeta xtrat dan il-post minghandu biex b’hekk is-Socjeta
saret sid ta’ darha.

Meta Ninu Micallef irtira mill-kariga ta’ President, is-Socjeta hatritu
President Onorarju. Kif beda joqrob ic-Centinarju tas-Socjeta Muzikali Sant’
Andrija, Ninu Micallef wera x-xewqa li l-Fest Centinarji jinfethu b’quddiesa
fis-sala principali tal-kazin minn Monsinjur Mikiel Azzopardi Direttur tad-Dar
tal-Providenza fis-Siggeiwi u waqt l-offertorju joffri ghotja lir-residenti ta’
din l-istess dar. Dan is-suggeriment gie accettat u Monsinjur Mikiel Azzopardi
laqa’ l-istedina. Gara izda li gimghatejn qabel il-ftuh tal-Festi Centinarji
thabbret il-mewt ta’ Ninu Micallef. Fil-funeral tieghu gewwa Hal Luqa
ippartecipat l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija bis-sehem tal-Banda Sant’ Andrija
b’daqq ta’ marci funebri sa tarf ir-rahal.

Ix-xewqa ta’ Ninu Micallef xorta wahda inzammet u fil-ftuh tal-festi Centinarji
saret il-quddiesa fis-sala principlai minn Mons. Mikiel Azzopardi u l-ghotja
giet prezentata waqt il-quddiesa f’ isem Ninu Micallef min neputi tieghu Dun
Giuzepp Micallef, ricerkatur storiku ta’ l-istorja ta’ Hal Luqa u awtur ta’
diversi xoghlijiet, fosthom, “Hal Luqa Niesha u Grajjietha”, “Rahal fi Gwerra” u
“Ghaxar Snin Wara” li kollha tefghu dawl fuq grajjet ir-rahal taghna, u ghadhom
sal-guranta tal-lum ghajn ta’ informazzjoni indispensabbli.

KELINU u GUZEPPI MICALLEF ulied Salvu Micallef
Kelinu tghallem il-muzika fil-kazin u kien idoqq kwartin mal-Banda Sant’ Andirja.
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Kelinu flimkien ma’ huh l-iehor Giuzeppi marru
refugjati f’Haz Zebbug ma’ xi qraba taghhom, izzewgu hemm u baqghu joqoghdu hemm.

GIO FRANGISK MICALLEF hu Giuzeppi Micallef
Dan kien ta’ ghajnuna kbira ghal huh Guzeppi bl-appog li tah biex titwaqqaf l-ewwel
Socjeta u Banda tar-rahal bl-isem Sant’ Andrija. Mastru Gan, kif kien l-aktar
maghruf, hadem hafna ma’ huh biex tissahhah is-Socjeta fl-ewwel snin taghha.
Insibuh ukoll bhal membru fl-ewwel kumitat tas-Socjeta.

Bil-mewt ghal arrieda ta’ huh Giuzeppi fl-1886, l-ghazla ghal President effettiv
waqghet fuq Gio Frangisk Micallef li accetta din il-kariga u li baqa’ jokkupa
ghal 27 sena shah. Dan hu zmien twil hafna biex wiehed jikteb x’sar matul dak
iz-zmien. Ghaldaqstant ser insemmu biss l-aktar avvenimenti mportanti. Biex
jintela l-vojt li kien halla Giuseppi Micallef, xahrejn biss wara l-mewt tieghu
nhatar bhala President Onorarju l-Wisq Nobbli Giorgio C Barbaro Markiz ta’ San
Gorg. Fl-ewwel zjara tieghu fil-kazin tas-Societa Filarmonica San Andrea, nhar
l-4 ta’ Lulju 1886 saritlu festa kbira, hekk kif kien rapurtat fil-gazetta
“Malta” tad-9 ta’ Lulju 1886 f’pagna 6.

Gio Frangisk Micallef twieled fl-1849 u zewweg li Filomena mill-Furjana u
kellhom sitt itfal, Pietru, Giuzeppi, Indri, Rafel, Maricarm u Nina. Fi ckunitu
Mastru Gan tghallem l-iskola u ha edukazzjoni sekondarja. Meta kiber sar ragel
tas-sengha mhux komuni u fit-tarzna ta’ l-Ammiraljat insibuh Foreman tas-Civil
Engineering Department.

Fl-ewwel sena li sar President tas-Socjeta izzanznet l-istatwa ta’ Malta
Gwerriera, flimkien mal-kolonna u l-pedistall taghha. Dan kien inhadem mir-ragel
ta’ ohtu Gio Patist Cremona mghejjun minn P Zammit. F’dik is-sena wkoll l-Banda
Sant’ Andrija daqqet l-ewwel darba Innu lil Sant’ Andrija Appostlu,
kompozizzjoni tas-Surmast Direttur taghha Tomaso Galea fuq versi ta’ wiehed mhux
maghruf.

Meta Mastru Gan kien ilu ghaxar snin President, f’Novembru 1896 grat disgrazzja
fil-kazin tal-Banda Unjoni li tefghet lir-rahal kollu f’niket kbir. Kulhadd ta
l-ghajnuna li seta’ u meta wiehed mill-midruba li kien bandist miet, il-kumitat
tas-Societa Filarmonica San Andrea immexxi mill-President Mastru Gan offra s-servizz
tal-banda Sant’ Andrija biex takkumpanja fil-funeral b’daqq ta’ marci funebri.
Din l-offerta generuza giet accettat bl-istess spirtu u ghal zmien twil fir-rahal
dahlet l-uzanza li meta jmut bandist ta’ wahda mis-Socjetajiet, s-Socjeta l-ohra
takkumpanja b’daqq ta’ marci funebri.

Ghal bidu tas-seklu ghaxrin, meta mastru Gan kien ghadu President twaqqfet
kumpanija tat-tejatru li kienet ittella’ tlett serati fix-xahar fis-sala
tal-kazin. Hekk xi membri bandisti thajru jitghallmu xi struementi tal-korda
bl-iskop li jdoqqu fl-intervall tas-serati. Din maz-zmien fi hdan il-Banda Sant’
Andrija giet imwaqqfa Orkestra li kienet tiehu sehem fil-funzjonijiet tal-knisja
parrokkjali, bhalma huma t-tridijiet tal-festa ta’ Sant’ Andrija, l-Gimgha l-Kbira
u anke kienet taghmel xi programmi muzikali fil-pubbliku.

Ta’ 64 sena Gio Frangisk Micallef irtira minn President, b’dana kollu xorta
wahda baqa’ jghin lis-Socjeta u jiffrekwenta ‘l-kazin sa ma miet fl-1933 fl-eta
ta’ 84 sena. Sarlu feneral xieraq u s-Societa Filarmonica San Andrea
akkumpanjatu bhala turija ta’ rispett ghall-hidma li kien wettaq fi hdanha.

INDRI MICALLEF iben Gio Frangisk Micallef
Wara li ha l-edukazzjoni tieghu fil-livell terzjarju, Indri Micallef lahaq Perit
u ghal zmien twil insibuh bhala l-Perit tat-Tarzna ta’ l-Ammiraljat. Meta fetah
il-qasam tal-MUSEUM f’Hal Luqa hu kien l-ewwel Superjur tieghu u kien
strumentali biex dan infetah. Ta zaghzugh tghallem il-vjolin u beda jdoqq ma’ l-Orkestra
fi hdan il-kazin tal-Banda Sant’ Andirja. Ghal zmien twil kien is-segretarju
tas-Societa Filarmonica San Andrea. Meta kienet ser issir l-iskultura tal-knisja
parrokkjali tal-Mosta, l-Perit Indri Micallef iddisinja l-armar li kellu jintuza
biex seta’ jsir dan ix-xoghol fil-koppla. Wara l-gwerra mexxa x-xoghol tal-bini
mill-gdid tal-Knisja Parrokkjali ta’ Hal Luqa. Il-perit baqa’ jattendi l-kazin
sa ma miet. Bhala rikonoxximent ghax-xoghol li ghamel ghal Hal Luqa giet
imsemmija triq ghalih.

PIETRU MICALLEF iben Gio Frangisk Micallef
Insibu lil Pietri Micallef jiehu hsieb l-amministrazzjoni tat-Tejatru u
jippartecipa fil-produzzjonijiet li kienu jittelghu mis-Societa Filarmonica San
Andrea. Pietru izewweg u mar joqghod Haz Zabbar. Ghalkemm ‘il boghod mir-rahal,
is-Socjeta baqghet f’qalbu u baqa’ jigi Hal Luqa sikwit fuq ir-rota biex jara
lil tal-familja u jghaddi l-kazin biex jara kif inhi sejra s-Socjeta.

RAFEL MICALLEF iben Gio Frangisk Micallef
Rafel ta’ eta zghira tghallem il-muzika u kien idoqq vjolin fl-Orkestra tal-Banda
Sant’ Andrija. Fl-ghoxrinijiet emegra lejn l-Amerika u kien wiehed fost dawk l-emigranti
li rregalaw l-istendared Amerikan lis-Socjeta.

GIUZEPPI MICALLEF iben Gio Frangisk Micallef
Ta’ eta zghira emigra ‘l barra minn xtutna u b’hekk ftit li xejn kien
involut fil-hajja tas-Socjeta.

MARICARM U NINA MICALLEF il-bniet ta’ Gio Frangisk Micallef
Dawn baqghu xebbiet .

CRISTINA MICALLEF oht Giuzeppi Micallef
Cristina oht il-Fundatur tas-Societa Filarmonica San Andrea twieldet fit-3
ta’ Jannar 1858 u ta’ 23 sena zzewget lil Gio Patist Cremona. Kellhom hames
ulied, Antonio, Elvezio, Giuzeppi, Lucia u Carmela. Gio Patist Cremona kien
pizatur u kellu hanut ta’ l-injam fid-dawra z-zghira fejn kien isorgi l-karrozin
ghall-belt Vallettta. F’dan il- hanut qabel imorru ghax-xoghol kienu jiltaqghu
hafna hbieb ta’ Gio Patist Cremona fosthom Giuzeppi Micallef li kien habib
intimu tieghu. Gio Patist Cremona kien ta’ ghajnuna lil Giuzeppi micallef biex
iwaqqaf is-Societa Filarmonica San Andrea. Kien membru fl-ewwel kumitat u fl-ewwel
snin hadem biex jorganizza u jsahhah is-Socjeta. Bizejjed nghidu li l-kolonna u
l-pedestall ta’ l-istatwa ta’ Malta Gwerriera li ghadhom jintramaw fil-festa
titulari sal-lum inhadmu minnu fuq disinn ta’ membru iehor l-Perit Andre
Vassallo. Kien attiv hafna fil-kazin u kont issibu f’kull attivita li tkun
organizzata fi hdan is-Socjeta. Gio. Patist Cremona miet ta’ 67 sena fl-1926 u
martu Cristina mietet ta’ 77 sena fl-1935.

ANTONIO CREMONA iben Cristina nee Micallef
It-tifel il-kbir ta’ Gio Patist u Cristina Cremona kienu jsejhulu Ninu. Dan
tghallem il-muzika fil-kazin u beda jdoqq Clarinet mal-Banda Sant’ Andrija u
Vjolin fl-Orkestra. Wara t-tieni Gwerra Dinjija beda jdoqq il-batterija. Kien
jahdem ta’ Coppersmith fit-tarzna u parti mix-xoghol tieghu kien li jsewwi l-istrumenti
muzikali tar-ram li kienu juzaw il-bandisti tan-Navy stazjonati fil-Mediterran.
Lis-Socjeta taghna swielha hafna ghax flimkien ma’ Guzeppi Zammit sewwew bla
hlas l-istrumenti li gratilhom il-hsara meta ggarraf il-kazin f’misrah Sant’
Andrija fit-tieni gwerra dinjija.

ELVEZIO CREMONA iben Cristina nee Micallef
Elvezio kien pizatur bhal missieru Gio Patist. Bhala suldat tal-KOMRM,
fl-1911 gie maghzul biex ikun wiehed mill-kontingent Malti taht il-kmand ta’
Maj. Alf. Vella fl-isfilata ta’ l-inkoronazzjoni tar-Re Gorg V li saret f’Londra.
Ghal habta ta’ l-1920 emigra lejn l-Amerika u nsibuh fir-ritratt ta’ dawk l-emigranti
li fl-1921 irregalaw l-istendard Amerikan lis-Societa Filarmonica San Andrea.
Elvezio izewweeg lil Mariang nee Caruana, oht is-Segretarju tas-Socjeta f’dak
iz-zmien, is-Sur Gorg Caruana.

GIUZEPPI CREMONA iben Cristina nee Micallef
Giuzeppi jew ahjar kif kien maghruf, iz-zanz, kien iz-zghir fost is-subien
ta’ Gio Patist u Cristina. Tghallem il-muzika u kien idoqq il-Kornu mal-banda
Sant’ Andrija. Giuzeppi emigra lejn l-Amerika u meta gie lura Malta beda jahdem
fit-Tarzna. Izewweg lil Nina Zammit it-tifla ta’ Salvu Zammit, dak li bena n-navi
tal-knisja parrokkjali u hu Carmelo Zammit President tas-Societa Filarmoica San
Andrea bejn l-1918 u l-1942. Giuzeppi kien delittant hafna tal-loghob tan-nar u
kien jiehu hsieb tan-nar ghall-festa ta’ Sant’ Andrija li jsir mis-Socjeta
taghna. Insibuh membru tal-kumitat ghal zmien twil u baqa’ fil-kumitat sa ma
miet .

LUCIJA u CARMELA CREMONA ulied bniet ta’ Cristina nee Micallef
Lucija zewwget lil Zanzu Sapiano li kien ghalliem tal-Matematika fil-Lyceum
u ohta Carmela baqghet xebba.

NIKOLA MICALLEF hu Giuzeppi Micallef
Dan izzewweg lil Marianna minn Hal Ghaxaq u kellhom seba’ ulied, erba’
subien, Felic, Censu, Fonzu u Salvu u tliet ibniet, Carmela, Giuzeppa u Wnza.

    Felic Micallef iben Nikola Micallef
Dan kien maghruf bhala Felic tal-karettuni ghax kien jahdem il-karettuni li
kien mezz ta’ trasport uzat hafna f’dawk iz-zminijiet. Felic kien ragel ta’
sengha kbira u kien jaghmel kull tip ta’ karettuni. Met kien qieghed jinhadem
il-plancier tal-banda ghal habta ta’ l-1957, Felic gab it-torn tieghu l-kazin
biex gew intronjati l-bocci tal-bronz li hemm fil-puggaman wara li kineu gew
mill-funderija.

    Censu Micallef iben Nikola Micallef
Dan kien izzewweg tas-Sliema u mar joqghod hemm.

    Fonzu Micallef iben Nikola Micallef
Lil Fonzu kienu jsibuh bhala tal-balavostri ghax kien jahdem il-balavostri
tal-gebel. Dan baqa’ guvni. Meta bdiet tinbena mill-gdid il-knisja parrokkjali
ta’ Hal Luqa wara li kienet iggarfet fit-tieni gwerra dinjija, Fonzu gab it-torn
tal-gebel fuq iz-zuntier tal-knisja biex jintronja l-kolonni li hemm fil-faccata
mal-bieb principali tal-knisja.

    Salvu Micallef iben Nikola Micallef
Dan dahal religjuz u ha l-isem ta’ Fra Sidor. L-anzjani jiftakruh jigi ta’ kull
sena ghall-Festa Titulari ta’ Sant’ Andrija Hal Luqa.

    Carmela, Giuzeppa u Wenza Micallef ulied bniet ta’ Nikola
Micallef

Dawn baqghu xebbiet.

Diversi membri ta’ din il-familja Micallef li tkellimna fuqha f’din il-harga,
taw kontribut siewi lill-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija u xejn anqas lil Hal Luqa.
Haga bazika li kellhom komuni bejniethom kienet l-imhabba u l-ghozza lejn l-Patrun
tar-rahal Sant’ Andrija li kienet is-sisien li fuqha s-sur Giuzeppe Micallef
waqqaf l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija. Il-memorja taghhom ghandha tqawwilna
qalbna biex ahna nkomplu nimpenjaw ruhna ghall-gid tas-Socjeta taghna.
Nirringrazzjawhom ghax huma ghenu mhux ftit biex dan il-patrimonju Luqi jghaddi
ghandna bhala Ghaqda Muzikali b’sahhitha.

Hajr:
Is-sinjuri li gabru dan it-taghrif flimkien mal-kumitat ta’ l-Ghaqda Muzikali
Sant’ Andirja, jixtiequ jirringrazzjaw lid-dixxindenti tal-familja Micallef li
ghadhom maghna ghall-ghajnuna taghhom.

Fost l-ewlenin insibu lill-Fundatur u l-ewwel President, is-Sur Guzeppi Micallef
flimkien mal-familja tieghu. Dawn kienu strumentali sabiex tibda u tissahhah s-Societa
Filarmonica San Andrea, u ghall-mitt sena ta’ wara, huma u uliedhom baqghu
jaghtu kontribut siewi lill-Ghaqda taghna.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.