Dun Joe Camilleri 1949 – 2003 – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Dun Joe Camilleri 1949 – 2003

///Dun Joe Camilleri 1949 – 2003
Dun Joe Camilleri 1949 – 2003 2017-12-30T23:52:55+00:00

Nhar id-disgħa ta’ Lulju 2003, il-qniepen tal-Knisja Parrokjali tar-raħal
tagħna reġgħaw kienu l-ħabbara. Din id-darba, il-qniepen daqqew fuq in-nota
funebri l-kbira, li tindaqq biss meta jmut saċerdot, nota, li baqgħet tidwi għal
ħin twil fir-raħal tagħna. Dak in-nhar, il-qniepen kienu qed iħabbru l-mewt tal-
W.R. Dun Joseph M. Camilleri, il-kappillan li mexxa lil poplu Luqi għal sitt
snin sħaħ.

Dun Joe Camilleri miet traġikament, wara li kien ilu jiġġieled il-mewt fit-taqsima
tal-Kura Intensiva għal 40 jum. Huwa, kien waqa għoli ta’ 12 il-filata fil-bokka
tal-palk taċ-Centru Parrokkjali, fejn kien qed isir xogħol ta’ manutenzjoni. Il-bokkaport
tal-palk kien miftuħ u sala kienet mudlama meta l-inċident seħħ.

Dak in-nhar tal-funeral, mijiet ta’nies ħargu fit-toroq ewlenin bħala turija ta’
apprezzament u ringrazzjament. Fil-korteo funebri, ħadu sehem fost l-ohrajn,
il-qraba ta’ Dun Joe Camilleri, il-kleru tal-Parroċċa ta’ Ħal Luqa u ta’ Ħal
Qormi, iż-żewg baned Luqin u rapprezentanza tal-Banda Pinto ta’ Ħal Qormi, il-girl
guides u l-iscouts ta’ Ħal Luqa. Fis-2.00 p.m. il-Banda Unjoni bdiet iddoqq
marci funebri segwita mill-Banda Sant’Andrija li wara bdew jalternaw b’marc kull
wahda.

Wasla tal-Korteo

Il-korteo ħa madwar siegħa biex wasal minn fejn l-iskola Primarja sal-Knisja
Parrokkjali li kienet mimlija sacerdoti u nies, u minn kull fejn ghadda, it-tebut
ta’ Fr. Joe intlaqa’ b’ċapċip kbir min-nies prezenti. Mal-wasla tiegħu
fil-Pjazza, in-nies prezenti infexxew f’ċapċipa twila li damet sejra sakemm it-tebut
iddaħħal fil-Knisja u tpogga f’riġlejn l-artal, iħares lejn in-nies. Fuq it-tebut
tiegħu tqegħdu l-Istola li kien jilbes bhala saċerdot u l-ktieb tal-Vanġelu.

KorteoPreżenti ghall-quddiesa ‘presente cadavere’ li kienet konċelebrata mill-Isqof
Awziljarju, Mons. Annetto Depasquale, flimkien ma’ madwar 120 saċerdot, attendew
diversi personalitajiet distinti. Wara l-funzjoni religjuza, it-tebut inħareġ
għall-aħħar darba mill-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa, merfugħ mill-membri
tal-Għaqda Teatrali Skene.

Malli wasal quddiem il-Kazin tal-Banda Sant’Andrija, u allura quddiem id-Dar
Parrokkjali fejn kien joqgħod matul il-parrokkat tieghu f’Ħal Luqa, ingħata l-ahhar
tislima permezz ta’ salut bil-murtali u bil-bandiera tittella u terga’ titnizzel
mezz’asta. Wara it-tebut iddahhal fil-karozza tal-mejtin li kienet maġenb
il-Kazin tal-Banda Sant’Andrija u minn hemm hekk beda t-triq tiegħu lejn
ic-Cimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn indifen fil-qabar tal-familja.

Illum għadna qedin naħsdu l-frott tal-ħidma ta’ Dun Joe Camilleri. Nemmen, li
dan il-bniedem umli kien wieħed mil-iktar persunaġġi li ħalla impatt pożittiv
fuq il-poplu ta’Ħal Luqa kemm b’mod spiritwali u kif ukoll soċjali. Għalhekk
huwa dmir tagħna li ngħozzu u nkattru dak kollu li l-mibki kappilan tagħna ħadem
għalih.

Grazzi Fr.Joe!

Riferenzi: website ta’ Hector Farrugia

 

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.