Feliċ Farruġia – President Onorarju – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Feliċ Farruġia – President Onorarju

///Feliċ Farruġia – President Onorarju
Feliċ Farruġia – President Onorarju 2017-12-30T23:47:33+00:00

felic

It-telfa ta’ xi ħadd għażiż għalik dejjem tħalli vojt kbir.Bil-mewt tas-sur Feliċ Farruġia, li ġrat fit-22 ta’ Lulju 1998, fl-għomor ta’ 79 sena, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija tilfet membru attiv li ftit niftakru bħalu.

Is-sur Feliċ Farruġia kien miżewweġ u kellu sitt itfal, li kienu l-ġahwra tiegħu.
Sa minn qabel il-gwerra dejjem nafuħ attiv u nvolut f’diversi attivitajiet favur ir-raħal ta’ Ħal Luqa. Kien wieħed mill-pijunieri ta’ l-iscouts f’ Ħal Luqa, kont issibu minn ta’ quddiem biex jagħti daqqa t’id fl-armar tal-knisja parrokkjali għall-festa ta’ Sant’ Andrija. Kien attiv ukoll fl-isports.

Iżda l-aktar li kienet tħabbat qalbu, bla dubju ta’ xejn, kienet għall-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Għalih il-każin kien jieħu preċedenza fuq kollox barra l-familja.

Meta l-kazin tagħna ġġarraf fil-gwerra, ħadem fuq li ħadem biex dan jibqa’ attiv u kompla jaħdem flimkien ma’ oħrajn biex illum għandna l-Każin li għandna f’wieħed mill-postijiet l-aktar ċentrali tar-raħal. Lejn l-aħħar snin tal-gwerra hu kien president.

Forsi waħda mill-avvenimenti mportanti li tagħha s-sur Feliċ Farruġia kien l-istigatur kienet it-trasferiment tal-Festa ta’ Sant’ Andrija għas-sajf. Kien ssur Feliċ li f’ laqgħa ġenerali ta’ l-Għaqda tagħna fl-1951 kien għamel proposta biex titressaq talba quddiem il-kappillan biex il-festa tibda ssir fis-sajf. Din l-inizjattiva wasslet biex fl-1961 l-festa, għall-ewwel darba saret fis-sajf kif nafuha llum. Dan kollu selħħ meta s-sur Feliċ Farruġia kien membru tal-kumitat ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija.

Fost il-karigi li okkupa, s-sur Feliċ Farruġia, nsibuħ bħala segretarju u president. Fil-fatt hu kien tlett darbiet president, bejn l-1945 u l-1946, 1-1963 u 1-1967 u bejn 1-1972 u 1-1975. Wara li temm il-kariga tiegħu, s-sur Feliċ Farruġia kien ġie unanimament maħtur President Onorarju

Minkejja dan, is-sur Feliċ Farruġia xorta baqa’ attiv ħafna f’dak kollu li kien ikun hemm bżonn, kien imidd idejh għal kollox. Meta tkun ġejja l-festa kont tarah jirsisti biex jintrama l-Każin, jarma l-istendardi u l-bandalori, jgħin fl-armar ta’ barra u mitt ħaġa oħra.

Iżda meta l-każin xtara l-maħżen ta’ l-armar u nbeda x-xogħol fuq l-armar dan tefa’ l-forzi tiegħu kollha hemm. Is-sur Feliċ Farruġia ħadem kemm felaħ biex illum nistgħu ngħidu li għandna wieħed mill-akbar postijiet fejn isir u jintrefa l-armar tal-festa. Is-sur Feliċ Farruġia sa l-aħħar jiem ta’ ħajtu baqa’ jmur il-maħżen ta’ l-armar u jagħti daqqa t’id. It-telfa tiegħu ħassejniha lkoll. Tant kien iħobb lill-Każin, li għalkemm f’eta kbira,
s-sur Feliċ Farruġia meta giet l-okkażjoni li l-Banda tagħna issifer barra minn xtutna, għamel minn kollox u baqa’ baqa’ sa ma mar mal-Banda wkoll. Kien l-aktar wieħed anzjan li akkumpanja l-Banda f’ Amalfi, l-Italja fl-1997.

Is-sur Feliċ Farruġia kien maħbub u rispettat minn kulħadd u xhida ta’ dan kien il-funeral li kellu. Ir-ringrazzjament ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kien il-funeral li għamlitlu akkumpanjat mill-Banda li tant ħabb. L-aħħar tislima kienet ċapċipa mill-qalb ta’ dawk kollha preżenti.

Is-sur Feliċ Farruġia ħalliena, iżda l-karattru sod u l-imħabba tiegħu lejn l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija żgur li ser jibqgħu ta’ eżempju għalina Ikoll.

Grazzi Feliċ!

felic
felic

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
calcium carbonate buyers in india Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.