Francis Fava (1952-2008) – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Francis Fava (1952-2008)

///Francis Fava (1952-2008)
Francis Fava (1952-2008) 2017-12-31T00:03:03+00:00

Is-Sur Francis Fava, twieled Ħal Luqa fl-4 ta’ Marzu, 1952. Huwa kien ilu Bandist mal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija sa mill-1968.

Beda jistudja s-sulveġġ u t-Tuba fl-1966 taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħna Mro Paul Schembri. Francis ħareġ idoqq għall-ewwel darba fil-Ġimgħa l-Kbira tal-1968 taħt id-direzzjonni tas-Surmast Chev. Anton Muscat Azzopardi. Fl-istess Għaqda Mużikali beda jistudja t-teorija mas-Sur John Callejja li dak iż¬-żmien kien Assistent Surmast. Fl-1969 ħareġ idoqq mal-banda King’s Own tal-Belt taħt id-direzzjoni tas-Surmast il-Maġġur Anthony Aquilina.

Fl-1984 beda l-istudju b’aktar serjeta mas-Surmast Carmelo Schembri fejn kiseb l-ALCM Diploma fit-Tuba u teorija.

It-tfal tiegħu Rosemarie u Michael huma ukoll bandisti mal-Banda Sant’ Andrija. Ta min jirrimarka li allavolja il-problemi fiżiċi tiegħu kien dejjem jkun preżenti għal programmi li l-banda tagħna ttellgħa. Propju dawn ta’ l-aħħar din is-sena fl-akkademja ‘Al Martire San Andrea Apostolo’ u fil-programm fil-festa. Huwa rregala bosta marċijiet lil banda bl-aħħar wieħed jkun rrekordjat f’CD ġdid ta’ marċi brijużi din is-sena. Huwa dderieġa dan l-istess marċ fi programm bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 sena ħajja tal-Għaqda tagħna.

Nirringrazzjaw lil Frans għal kontribut li ta’ lil Għaqda tagħna matul dawn is-snin kollha li ilu attiv fi ħdana.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
luvox 100mg 15cp ms Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.