Mro. Gaetano Grech (1889-1890)

///Mro. Gaetano Grech (1889-1890)
Mro. Gaetano Grech (1889-1890) 2017-12-31T20:17:46+00:00

Il-Banda Sant’ Andrija dejjem kienet mogħnija bl-aqwa Surmastrijiet li bit-talenti tagħhom komplu jgħollu l-isem tal-Banda u tar-raħal tagħna Ħal Luqa. It-tielet wieħed fil-lista ta’ Surmastrijiet tal-Banda tagħna huwa Mro Gaetano Grech. F’ dan l-artiklu ser nsiru nafu aktar dwar dan is-Surmast u l-Innu li kommpona f’ġieħ l-Appostlu tagħna.

Ggrech

MRO GAETANO GRECH

Mro Gaetano Grech twieled l-Isla fit-19 ta’ Settembru 1855 minn Therese nee’ Fiamingo u Angelo Grech. Beda jistudja l-mużika minn meta kien tfajjel għand Ġanpatist Bellizzi u zijuh Ġorġ Fiamingo fejn tgħallem il-klarinett u l-vjolin. Apparti li kien Surmast Direttur tal-Banda Sant’ Andrija bejn l-1889 – 1890, kien ukoll surmast direttur tal-Baned King’s Own, La Vallette, La Vincitricem San Ġorġ ta’ Bormla, L’Unione, L-Isle Adam. La Vittorja tan-Naxxar, Queen’s Own, Prince of Wales, Duke of Edinburgh, Malta Regiment Royal Militia, La Stella ta’ Għawdex u għal xi żmien tal-Banda ta’ Rigment Skoċċiż stazzjonat f’Verdala.

Nistgħu verament ngħidu li Mro Gaetano Grech kien wieħed mill-aqwa Surmastrijiet ta-żmienu. Min kien jisma l-baned li hu dderieġa kienu jkunu tant mpressjonati li dan is-Surmast ġie mlaqqam ‘Professur tal-Mużika’. Nsibu li fl-1902 Malta kella żjara Rjali ta-Re Dwardu VII fejn dan is-Surmast dderieġa ‘massband’ ta’ madwar 600 bandist. Tant ħa pjaċir ir-Re Dwardu VII li tah l-awgurju tiegħu personali għal programm li kien għadu kif sema’. Il-kompożizzjonijiet tiegħu kienu ukoll ppreżentati waqt eżebizzjoni kolonjali li saret Londra fejn ndaqqet l-‘Overture’ ‘La figlia del Re Peppino’ flimkien ma xi poemi sinfoniċi oħra.

Id-Duke of Edinburgh għoġbu jonora lis-Surmast Grech mhux biss billi aċċetta biċċa xogħol tiegħu, ‘Pensiero Melanconico’, iżda wara li semgħu jdoqq il-vjolin ried iżommu miegħu bħala Direttur ta’ l-Orkestra u wiegħdu li jdaħħlu wkoll fl-Orkestra ta’ Sandringham Palace magħmula mill-aqwa Mużiċisti ta’ l-Imperu. Ir-rabta tas-Surmast Grech mall-familja tiegħu forsi telfitu l-isbaħ okkażjoni ta’ ħajtu.

Apparti x-xogħol profan huwa kien ukoll kompożitur ta’ mużika sagra. Ta’ prestiġju ukoll meta narawħ ‘membro Accademico del Real Circolo Bellini di Catania e decorato con medaglia d’argento’.

Dan is-Surmast eċċellenti ħalla din id-dinja fil-25 ta’ Marzu 1933.

INNO SAN ANDREA APOSTOLO

L-iktar biċċa mużika li l-Banda tagħna tgħożż ta’ dan is-Surmast Senglejan huwa l-Inno San Andrea Apostolo. Fuq il-Gazzetta Malta ta’ Novembru 1889, insibu l-programmi li esegwiet il-Banda Sant’ Andrija nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru 1889 fis-7.00pm, f’Lejliet il-Festa ta’ Sant’ Andrija u nhar is-Sibt, 30 ta’ Novembru fit-3.00pm, nhar il-Festa. Dawn il-programmi kienu saru fil-Pjazza tal-Knisja u f’kull okkażjoni indaqq dan l-Innu f’ġieħ l-Appostlu Sant’ Andrija mużika tas-Surmast Gaetano Grech.

Għal diversi snin dan l-Innu ma setax jinstab fl-Arkivju mużikali tas-Soċjeta tagħna. Ġew anke avviċinati xi dixxendenti tas-Surmast Gaetano Grech iżda san l-Innu baqa’ ma nstab qatt.

B’xorti verament tajba kien fl-1992 li saru xi kuntatti mas-Sur Noel Farruġia minn Ħaż Żebbug, fejn qalilna li għandu Innu ta’ Sant’ Andrija kompożizzjoni tas-Surmast Gaetano Grech li kien wirtu. Is-Sur Farruġia għoġbu jirregalalna dan l-Innu sabiex il-Banda tkun tista’ terġa’ ddoqqu. Dan l-Innu sabiħ ħafna ndaqq wara iktar minn mitt sena fl-1992 bis-sehem tal-Kor Santa Katarina taż-Żejtun.

IL-POEŻIJA LI TITKANTA MILL-KOR:

Di Cristo al Santo Martire
Sacriamo I nostril canti
E debellando impavido
L’error per lui mori
Per lui l’aurora fulgida
Di fe spunto nei cuori
Per lui del paganesimo
Il culto rio spari
Tu apostol guarda il supplice popol
Che prega aita
E dal sentier di vita
Lo guida al sommo amor
Lq dove cessa il tribolo
Della tempest attroce
Adorera la Croce
Tua vita, nostro Amor

Dalli

Referenzi:

Ġrajjiet l-Ewwel mitt sena ta’ L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, 1983
Mużiċisti Kompożituri Maltin u Għawdxin tal-bieraħ u tal-lum – Rob. Mifsud Bonnici, 1951

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
glycomet 500 mg contents Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.