Nfakkru lil Bandist Ġużeppi Sapiano – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Nfakkru lil Bandist Ġużeppi Sapiano

///Nfakkru lil Bandist Ġużeppi Sapiano
Nfakkru lil Bandist Ġużeppi Sapiano 2017-12-31T20:27:20+00:00

Guzeppi Sapiano

Li tkun bandist mal-Banda Sant’Andrija, hija ħaġa li żgur tagħmlek kburi, aktar u aktar meta fl-20 ta’ April tal-1924 iżżanżnet l-uniformi ġdida għall-bandisti. Din kienet ta’ ispirazzjoni għal ħafna żgħażagħ biex jitgħallmu l-mużika u strument u joħorġu jdoqqu mall-Banda.

Hekk insibu lill-Ġużeppi Sapiano li ta’ eta żgħira tgħallem il-mużika fi ħdan is-Soċjeta Filarmonika Sant’ Andrija u ħareġ idoqq il-Klarinett mall-banda.

Ġużeppi Sapiano twieled Ħal Luqa fil-5 ta’ Ottubru 1908 minn Michelo u Nicolina nee’ Grech.

Huwa iżżewweġ lil Vincenza Zammit fit-13 ta’ Mejju 1935 u kellu erbat itfal Joseph, Carmel, Andrew u Maria. Joseph it-tifel ta’ Ġużeppi li wara sar avukat kien għal ħafna żmien l-Kunsulent Legali tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija.

II-famuż arluġġar Mikiel Ang. Sapiano kien il-bużnannu ta’ Ġużeppi, waqt li t-tenur Andrew Sapiano li għadu jppaxxina bil-vuċi sabiħa tiegħu sal-ġurnata tal-lum huwa n-neputi tieghu. Gużeppi Sapiano ħalla din id-dinja fit-30 ta’ Lulju 1982.

Ħajr lill-Avukat Joseph Sapiano għall-informazzjoni u r-ritratt li għaddielna, fejn jidher Ġużeppi Sapiano ta’ 18-il sena (7 ta’ Ottubru 1927).

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.