L-Istorja Miktuba

//L-Istorja Miktuba
L-Istorja Miktuba 2017-12-31T22:48:45+00:00

Bethsaida

Aħna l-Ħalluqin nisimgħu ħafna b’dan il-post, Bethsaida. Nafu li hemm xi rabta mal-Padrun tagħna l-Appostlu Sant’ Andrija. Saħansitra l-każin ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija huwa msemmi għal dan il-post. Kif ukoll kompożizzjoni riċenti li s-surma...

Festa 1974

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju Fit-8.00pm, il-Banda Sant’ Andrija għamlet marċ mat-toroq ta’ Ħal Luqa b’marċi brijużi li ħafna minnhom huma kompożizzjoni ta’ Surmastrijiet u membri ta’ l-istess Banda. Fid-9.30pm, saret ċerimonja li fiha nkixfet statw...

Festa tal-Madonna taċ-Ċintura 1884

Kienu jsiru ħafna festi, kbar u żgħar fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħal Luqa matul is-sena. Fost il-festi żgħar insibu dik ta’ San Filippu Neri, San Alwigi u San Vinċenz Ferreri. Il-festi l-kbar mbgħad kienu jinkludu tal-Madonna tal-Karmnu, tas-Salib, tad-Duluri,...

Il-50 Anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetajiet Mużikali f’Ħal Luqa

Fil-kitbiet li nsibu fil-passat issemmiet kemm-il darba li filwaqt li l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fakkret l-anniversarju tal-50 sena mit-twaqqif tagħha, fil-każ tas-soċjeta l-oħra ta’ Ħal Luqa din qatt ma fakkritu. Għaliex intqal hekk...

Il-Festa mill-bidu saż-żminijet tal-lum

Il-bidu tal-Festa Il-festi titulari ħadu l-bixra tagħhom ta' kif nafuhom illum fuq medda ta' snin u kienu diversi l-fatturi u ċ-ċirkustanzi li wasslu għal dan. Il-festa titulari tar-raħal tagħna lill-Appostlu Sant'Andrija għaddiet mill-istess żvilupp...

Il-Festa Titulari tas-sena 1913 u egħluq it-tletin sena mit-twaqqif ta' l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija

II-festa titulari ta' Sant'Andrija li saret mill-Ħalluqin f’Novembru tas-sena 1913, kienet festa speċjali. Il-poplu Ħal Luqi kien ikkontribwixxa bis-sħiħ sabiex l-istatwa titulari ta' Sant'Andrija tkun restawrata. Skond kif inhu magħruf minn dokumentazzjoni storika...

Il-Fundatur u l-Membri fl-ewwel Kumitat

Kien proprju f'Ġunju ta' 1-1883 meta twaqqfet uffiċjalment l-ewwel għaqda mużikali fir-raħal ta' Ħal Luqa u ngħatat l-isem f'ġieħ il-Patrun tar-raħal Sant' Andrija. Hu fatt aċċettat li mhux lakemm twaqqaf soċjeta mużikali u għaldaqstant żgur li l-ħsie...

Il-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittorja – 1897 u s-sehem tal-Banda Sant’ Andrija f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.

Fis-sena 1897 il-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem fil-festi kbar li saru fl-okkażjoni tal-Ġubilew tad-Djamanti tar-Reġina Vittorja. Fl-20 ta’ Ġunju, il-Banda Sant’ Andrija kienet waħda mill-baned li ħadu sehem fl-isfilata li saret minn Bieb il-Bombi sal...

Il-Kazin f'Pjazza tal-Knisja

Dan l-atriklu huwa siltiet min kitbiet tas-Sur Alex Serge dwar is-sede tal-Għaqda tagħna li kiteb fl-okkażjoni tal-Festa fil-ħarġiet annwali tal-ktieb tal-Festa. Din is-sena nfakkru l-55 sena min meta is-soċjeta’ mxiet għal 10 Misraħ il-knisja. Huwa ...

Il-kundizzjonijiet f’Ħal Luqa fi żmien il-bidu u l-ewwel snin tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija

Skond iċ-ċensiment li sar fit-3 t' April, 1881, il-popolazzjoni ta' Ħal Luqa kienet tgħodd 1834 - 931 rġiel u 903 nisa. Prinċipalment in-nies ta' Ħal Luqa kienu ħaddiema tar-raba', ħaddiema tax-xatt fil-ġarr tal-faħam, ħaddiema fix-xogħol tal-ġebel u ...

Il-Pedestall tal-Martirju ta' Sant' Andrija

Ħsibt biex nagħmel xi riċerka dwar disinjatur-skultur minn Ħal Luqa, ġie quddiemi document interessanti ħafna. Dan id-dokument huwa d-disinn oriġinali tal-pedestall tal-Martirju ta’ Sant’ andrija li kien jintrama fil-Pjazza ħdejn il-Każin tal-Banda Sa...

Il-Planċier Artistiku

Il-Planċier Artistiku Fis-6 ta Settembru 1953, il-Kumitat kellu proposta quddiemu sabiex jagħmel planċier ġdid u modern. F’dak iż-żmien, is-soċjeta’ kienet għada kemm għamlet spiża kbira billi xtrat strumentatura ġdida ta’ Boosey & Hawkes u g...

In-Nobbli Giorgio Crispo Barbaro, Marchese di San Giorgio

L-Ewwel President Onorarju tas-Societa’ Filarmonica San Andrea 1886-1900 “Bil-mewt tal-wisq mibki s-Sur Giuseppe Micallef, is-Societa’ Filarmonica San Andrea u l-każin li jġib l-istess isem tilfu l-President u l-Fundatur tagħhom. Bħala suċċesur biex jimla ...

Inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II - 1953

Fil-festi li saru f’Malta għall-inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II, il-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem fl-isfilata tal-baned li saret fil-Belt Valletta. Għal din l-okkażjoni s-Soċjeta’ għamlet karru trijonfali li kien jirrapreżenta lill Malta bħa...

Is-Societa Filarmonica San Andrea fil-bidu tas-seklu għoxrin (1905-1906)

1905 Iż-żmien malajr igerbeb u sal-bidu tas-seklu għoxrin s-Societa Filarmonica San Andea kienet stabbilit ruħha sew fi gżiritna kemm fil-qasam mużikali u anke f'attivitajiet kulturali u soċjali. Il-każin tas-soċjeta fl-1905 kien għadu proprju f...

L-1952 rat l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija trijonfanti.

Jekk xejn, hu zgur li l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem kienet immexxija minn nies li dejjem habbewha u harsu l-interessi taghha sabiex jibqa’ sod l-ghan li ghalih twaqqfet din l-ewwel Socjeta Muzikali Halluqija mis-sur Giuseppe Micallef fl-1883. Kie...

L-Għaqda Mużikali Sant' Andrija magħtul iż-żminijiet

Dawn huma sintesi qasira b’ħarsa l-aktar speċifika tal-ħidma mużikali tal-għaqda tagħna min meta din bdiet tagħti s-sehem tagħha fil-ħajja tal-poplu Ħal Luqi. Żgur li dan l-artiku m’għandux jitqies bħala ta’ referenza peress li issa, aktar min qatt qab...

L-innu "Al Martire San Andrea Appostolo"

L-innu "Al Martire San Andrea Appostolo" hu kompożizzjoni ta' Mro. Tommaso Galea fl-1886. Fl-1883 is-surmast Tommaso Galea inħatar bħala l-ewwel surmast taċ-Circolo e Filarmonica S. Andrea, ta' Ħal Luqa. Ma' din il-banda huwa għamel perjodu ta' ħames...

L-Okkorrenzi tal-Pulizija għas-snin 1878 u l-1883

Għal dawn l-aħħar snin għaddejin bir-riċerka tagħna għall-ktieb ta' l-istorja ta' l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija u dan wassal sabiex immorru mfittxu fl-arkivju ta' Santu Spirtu r-­Rabat fejn qed jinżammu l-okkorrenzi tal-Pulizija. Tlabna li naraw id-d...

Sant’ Andrija fi Triq il-Karmnu, 130 sena fostna.

Bix-xieraq li llum nġibu tagħrif dwar l-istatawa ta’ Sant’ Andrija fi Triq il-Karmnu, peress li jaħbat il-130 sena minn meta l-Isqof Mons. Carmelo Scicluna ta’ l-indulgenzi għal min jitolb quddiem l-istatwa propju fis-16 t’Ottubru 1878. Fejn illum hemm ...

Statwa Malta Gwerriera

L-istatwa ta' Malta Gwerriera L-Għaqda Mużikali Sant'Andrija jew kif kienet magħrufa dak iż-żmien bħala Societa' Filarmonica San Andrea, rat il-bidu taghha fl-1883. Kif il-banda ssaħħet sew, is-soċjeta' bdiet taħseb sabiex ikollha statwa simbolu t...

Statwa Sant' Andrija 1979-2009

Article " Fi żminijiet mgħoddija, f'Misraħ Sant'Andrija fejn hemm il-Kazin tal-Banda Sant'Andrija, kienet tintrama statwa fuq kolonna li kienet tirraprezenta l-martirju ta' l-Appostlu Sant'Andrija; imma sfortunatament din spiċċat u llum ma fadal xejn...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.