Festa 1974

Festa 1974 2017-12-30T23:47:04+00:00

Programm1974

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju

Fit-8.00pm, il-Banda Sant’ Andrija għamlet marċ mat-toroq ta’ Ħal Luqa b’marċi brijużi li ħafna minnhom huma kompożizzjoni ta’ Surmastrijiet u membri ta’ l-istess Banda.

Fid-9.30pm, saret ċerimonja li fiha nkixfet statwa ġdida ta’ Sant’ Andrija li tqegħdet fil-fontispizzju tal-faċċatat tal-każin. Il-Kappillan, Dun Innoċenz Borġ bierek l-istatwa filwaqt li l-Banda Sant’ Andrija daqqet l-Innu Marc lill-Patrun tal-Banda Sant’ Andrija ta’ John Calleja. Din l-istatwa nħadmet mill-iskultur Chev. Alfred Camilleri Cauchi O.R.C.B u ġiet irregalata minn Joseph Galea, partitarju u benefattur kbir tagħha.

Din l-istatwa artistika għadha iżejjen il-faċċata tal-kazin u għadha meqjusa bħala xogħol mill-isbaħ ta’ dan l-artist

Fl-10.00pm, l-Banda esegwiet program mużikali fuq il-planċier tagħha taħt id-direzzjoni tas-surmast Chev. Anton Muscat Azzopardi O.S.J. O.R.C.C., A.Mus.,L.C.M.
F’dan il-programm ndaqqu dawn il-biċċiet :

Slavonic Rhapsody No. 1 – C. Friedman
Rigoletto – G. Verdi
Gran Finale Seconda – Aida – G. Verdi

Fil-11.00pm sar logħob tan-nar f’Misraħ il-Knisja maħdum min Jackie Ellul tal-Independent Fireworks Factory tal-Qrendi

Is-Sibt 6 ta’ Lulju

Fit-8.00pm il-Banda Sant’ Andrija għamlet marċ mat-toroq prinċipali tar-raħal u wara ttellgħet l-iStatwa ta’ Malta Gwerriera f’Misraħ il-Knisja

Fl-10.15pm, il-Banda Sant’ Andrija esegixxiet program mużikali taħt id-direzzjoni tas-surmast Chev. Anton Muscat Azzopardi O.S.J. O.R.C.C., A.Mus.,L.C.M.

Il-Ħadd 7 ta’ Lulju

Fis-7.15pm, il-Banda Beland taż-Żejtun għamlet marċ mat-toroq tar-raħal u wara esegwixxiet programm mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Hector Dalli A.Mus.,L.C.M.

Dawn kienu l-lista ta’ marci li ndaqqu mill-Banda Sant’ Andrija fl-1974

ST. ANDREW – Anton Muscat Azzopardi
HEAVEN – Paul Schembri
NIGHT IN SPAIN – John Calleja
AVENGER– Carmelo Caruana
50TH ANNIVERSARY – Andrew Coleiro
LIJOIN – Alex Serge
MARCELLE – Julius Fenech
AMALFI – John Calleja
HOLDFAST – Paul Schembri
ENDOR – Carmelo Caruana
FANEGA – Carcia

Kazin1974

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.