L-1952 rat l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija trijonfanti.

///L-1952 rat l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija trijonfanti.
L-1952 rat l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija trijonfanti. 2017-12-31T01:02:17+00:00

Jekk xejn, hu zgur li l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem kienet immexxija
minn nies li dejjem habbewha u harsu l-interessi taghha sabiex jibqa’ sod l-ghan
li ghalih twaqqfet din l-ewwel Socjeta Muzikali Halluqija mis-sur Giuseppe
Micallef fl-1883. Kienu diversi l-problemi li tfaccaw matul is-snin, ma kienu
xejn anqas l-isfidi li tpoggew u nholqu biex jitbaxxa l-moral ta’ din is-Socjeta.
Kienu hafna l-intoppi u saru hafna bsaten fir-roti biex din is-Socjeta tigi
diskreditata u mwarrba. Pero illun, naraw li l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
ghadha trijonfanti u majestuza, bil-Palazz taghha jiddomina fil-pjazza tar-rahal.
Dan hu xiehda ta’ l-ghaqal li dejjem gharfu jimxu bih d-dirigenti u l-membri ta’
din is-socjeta, ghaqal li dejjem issarraf f’gieh lejn il-Patrun tar-rahal Sant’
Andrija u l-akbar xiehda ta’ dan hu l-istess isem taghha.

Palazz Bethsaida 1952Fl-1933, fl-okkazjoni tal-Gublew tad-Deheb ta’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
d-dirigenti u l-membri taghha mmexxija mis-sur Carm Zammit kienu rregalawlha
bandalora bl-istemma u l-motto ta’ Hal Luqa.

Fl-1952, fl-okkazjoni tas-Sebghin sena ta’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija, d-dirigenti
u l-membri taht il-presidenza tas-sur Toninu Micallef irregalaw lis-Socjeta l-isbah
rigal li qatt setghu jirregalawlha, l-”Palazz Bethsaida” f’Misrah il-Knisja.

Sa qabel it-tieni gwerra dinjija l-Kazin tas-socjeta kien ga fil-pjazza tar-rahal,
f’Misrah Sant’ Andrija fejn tinsab l-Ghassa tal-Pulizija llum. Izda fl-gheqqel
tal-hbit mill-ajru, il-Kazin ta’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija sar munzell
gebel u terrapin bhalma spicca hafna mill-bini l-iehor li kien hawn fl-istess
pjazza u anke l-knisja parrokkjali. Bhala post alternattiv, d-dirigenti
akkwistaw post iehor fi triq il-Karmnu li ma kien xejn addattat ghas-Socjeta.
Dan iz-zmien kien zmien difficli ferm, x-xewqa tal-membri kienet li l-Kazin
tas-Socjeta jerga’ jsib postu fil-misrah, pero aktar ma beda jghaddi z-zmien
aktar bdew isiru bsaten fir-roti u aktar saret difficli. Minn qalb it-tifrik
strutturali li kien garrab l-Kazin u t-tifrik morali li kienu garrbu d-dirigenti
u l-membri ta’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija, fuq ix-xefaq dehret ix-xemx li
imliet b’kuragg dejjiemi lill-membri ta’ din is-Socjeta, filwaqt li hasdet lil
dawk kollha li hadmu bla serhan sabiex jaraw li l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
ma terga’ qatt lura bil-kazin taghha fil-pjazza. Kien propju nhar il-21 ta’
April 1951 meta l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija trasferit is-sede taghha ghal
numru 10 f’Misrah il-Knisja.
L-1952
Kif diga rajna bhala President tas-Socjeta kien is-sur Toninu Micallef, iben
Salvu Micallef hu l-Fundatur u l-ewwel President tas-Socjeta, Giuseppe Micallef.
Is-sur Toninu kien ga President fi snin ohra, 1942-1944 fl-gheqqel tat-tieni
gwerra dinjija, 1946-1947 u bejn 1951 u 1952. Is-Sur Toninu Micallef hadem bla
serhan flimkien ma’ ohrajn sabiex jaraw li l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
ticcelebra b’mod denjituz l-anniversarju taghha. Il-kumitat kien hatar
Kummissjoni ghal dan il-ghan u kienet maghmul minn dawn is-sinjuri membri
tal-kumitat: Toninu Micallef – President, Dominku Zarb – Segretarju, Leli
Schembri – Kaxxier, Andrew Cassar – Vici-President, Frans Mifsud – Asst.
Segretarju, Andrew Demicoli – Asst. Kaxxier, G.B. Caruana – Direttur, G.M.
Zammit – Tezorier, Carmelo Caruna – Arkivista, Anthony Demicoli u Karm Mangion -Membri.

Il-hidma ta’ dawn is-sinjuri flimkien ma dik ta’ hafna ohrajn, membri u
ammiraturi tas-Socjeta ssarfet f’festi kbar li ghagbu u ghadhom fil-memorja ta’
dawk kollha li ghexuhom u ghadhom mimlijin bil-ghomor. Hidma li halliet
lill-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija hafna ahjar milli qatt kienet qabel. Fost id-diversi
attivitajiet li saru, l-qofol ta’ kollox kienu zewg avvenimenti li kienu ta’
sinifikat kbir, l-ewwel wiehed, l-inawgurazzjoni tal-Kazin il-gdid u l-iehor ta’
signifikat importanti ghall-Banda ta’ l-istess Socjeta, jigifieri t-tberik ta’
l-istrumentatura gdida tad-ditta Boosey & Hawks u l-inawgurazzjoni ta’ Arkivju
Muzikali gdid.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.