L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija magħtul iż-żminijiet

///L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija magħtul iż-żminijiet
L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija magħtul iż-żminijiet 2017-12-31T01:07:26+02:00

tretinoin cream 0.025 buy online Dawn huma sintesi qasira b’ħarsa l-aktar speċifika tal-ħidma mużikali tal-għaqda tagħna min meta din bdiet tagħti s-sehem tagħha fil-ħajja tal-poplu Ħal Luqi. Żgur li dan l-artiku m’għandux jitqies bħala ta’ referenza peress li issa, aktar min qatt qabel, għandna ktieb dettaljat bħala referenza għal ġrajjiet kollha tal-għaqda tagħna miġbura fil-ktieb, L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija – Twelidha u Ġrajjietha ’ ta’ Jesmond Grech.

Ma stajtx ma nagħmilx enfasi fil-bidu ta’ dan l-artiklu dwar il-bidu ta’ din l-għaqda u min fejn oriġinat, peress li kien hawn disgwidi u dubji fuq dan is-suġġett li issa ġew finalment ċċarati. Ta’ min jinnota li artikli dwar l-bidu tal-għaqda tagħna preċedenti għal ktieb ‘L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija – Twelidha u Ġrajjietha’ ġew mneħħija min dan is-sit. Kif kiteb tajjeb l-awtur Jesmond Grech,” Fil-kitba ta’ l-istorja d-dokumenti jixbhu lix-xemx f’ġurnata msaħħba; daqqa jinħbew u taqa’ d-dalma, daqqa jitfaċċaw u kollox jidher f’dawl ġdid. Huwa għalhekk li l-kitba ta’ l-istorja qatt ma tista’ tkun defenittiva, għaliex wara li tkun inkitbet tista’ tinqala’ xi ħaġa oħra li toffri verżjoni oħra ta’ kif setgħu seħħew l-affarijiet.”

Dan l-artiklu hu ‘collage’ ta’ tagħrif miġbura minn kotba tal-festa, kotba tal-istorja tal-1951 u 1983, kif ukoll mill- ktieb, “L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija – Twelidha u Ġrajjietha ” ta’ Jesmond Grech (2008)

Bernard Cutajar

Jidher li f’Ħal Luqa lejn l-1875 kien hawn ir-rekwiżiti neċċessarji sabiex titwaqqaf għaqda mużikali. Is-Surmast Vincenzo Camilleri kien ilu għomru u żmienu jdoqq ma’ diversi baned fis-servizzi Inglizi. Il-konnessjoni ta’ dan il-mużiċist Belti ma’ Ħal Luqa ġejja miż-żwieġ tiegħu ma’ Marija Grazzja Fava fit-23 ta’ Diċembru 1845. Il-familja Camilleri kellhom residenza tas-sajf f’Ħal Luqa fid-dar numru 100, Triq il-Karmnu. Hemm kien isir xi tagħlim tal-mużika. F’dawn iż-żminijiet kien hawn moviment sabiex titwaqqaf banda ġewwa Ħal Luqa.

Nistgħu ngħidu li l-istorja tal-bidu tas-Soċjetajiet mużikali ma kienetx ċara għal diversi snin biż-żewġ każini jgħidu l-versjoni tagħhom sakemm waqt riċerka li saret għall-ktieb, ‘L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija – Twelidha u Ġrajjietha’ l-awtur Jesmond Grech kellu l-opportunita sabiex jeżamina documenti li jixħtu dawl ġdid fuq x’ġara f’dawn l-ewwel żminijiet.

Dawn huma dokumenti miktubin mill-mibki Noe Ciappara li kien jikteb b’mod assidwu u eżatt fuq diversi aspetti storiċi marbuta ma’ Ħal Luqa. Dawn id-dokumenti kienu miktubin fl-1978. Il-ġenwinita ta’ dan is-sors hija li f’intervista li s-Sur Francis Galea għamel mas-Sur Gerald Vassallo fl-2005, iben Pietru Vassallo, wieħed mill-ewwel bandisti ta’ din l-ewwel għaqda Ħalluqija jikkorabora ma’ dak li kiteb Ciappara fin-noti personali tiegħu snin qabel.

Kull filgħaxija, speċjalment fis-sajf il-familja Camilleri kienu joħorġu barra maġenb id-dar tiegħu u joqogħdu jdoqqu biċċiet ta’ mużika leġġera. Din ix-xena kienet tiġbed l-interess ta’ ħafna rġiel Ħalluqin li kienu jinġabru madwarhom , B’hekk nistgħu ngħidu li twieled l-interess fil-mużika f’dan ir-raħal. It-tagħlim tal-mużika beda jsir min Vincenzo Camilleri u wliedu.

Malajr intgħażlu irġiel biex jiffurmaw kumitat, bdew jiġbru il-flus biex jarmaw il-każin li kienu krew post apposta viċin id-dar tal-familja Camilleri, quddiem it-Triq ta’ Wied il-Knejjes u anki għall-ispejjeż ta’ l-armar li titlob l-orkestra kif ukoll il-banda.

Rivelazjoni interessanti hija li wara li bdew isiru il-laqgħat ta’ dan il-kumitat u xi programme ħfief spissi, xi ħadd minn tal-kumitat, aktarx mastru Pietru Azzopardi, li dak iż-żmien kien prokuratur tal-Ġimgħa l-Kbira, ġietu l-idea li quddiem il-kantuniera li tiġi bejn Triq il-Karmnu u t-triq ta’ Wied il-Knejjes, titwaqqaf statwa ta’ Sant’ Andrija, il-patrun ta’ Ħal Luqa, bħala tifkira ta’ din l-għaqda. F’inqas min sena, l-istatwa kienet lesta bil-pedestall b’kollox. B’hekk intgħażlet ġurnata sajfija tas-sena 1878 biex fiha tiġi mtellgħa din l-istatwa. Dak in-nhar rar-tlugħ ta’ l-istatwa saret festa kbira, il-bandisti bl-istrumenti f’idejhom lesti għal demostrazzjoni memorabbli tal-bidu ta’ din l-għaqda mużikali f’Ħal Luqa.

Mela jidher ċar li fl-1878 kien hemm formazzjoni mużikali li daqqet fl-okkażjoni tat-tqegħid ta’ l-istatwa msemmija bħala kommemorazzjoni tat-twaqqif tagħha. Sabiex banda tkun tista’ ddoqq jeħtieġ żmien ta’ prova u taħriġ. Mela, sabiex setgħu jdoqqu għal dik l-okkażjoni fl-1878, il-bandisti kien ilhom xi żmien, possibilment sena, sentejn, jekk mhux tlieta, jitgħallmu u jikkunċertaw. Kollox jaqa’ bizzilla mat-teorija li fl-1875 beda t-tagħlim tal-mużika bil-ħsieb li titwaqqaf banda.

Din il-formazzjoni tissejjaħ ‘għaqda mużikali’ minħabba li sas-sena 1878 l-iktar li tgħallmu strumenti tal-korda; għalhekk aktar kont tista’ ssejħilha orkestra jew banda… Billi f’ħafna rħula ta’ Malta kienu qegħdin jitwaqqfu l-baned mxew sabiex jitgħaalmu strumenti tar-ram u tal-qasba.

L-orkestra jew banda li kienet teżisti fl-1878 kellha l-isem ta’ La Stella. Fuq dan hemm qbil ma’ dak li ġie rappurtat li kien jgħid Pietru Vassallo, wieħed mill-ewlenin bandisti ta’ din l-għaqda mużikali. Il-Każin kien semmewħ La Stella fejn din kienet l-unika għaqda mużikali Ħal Luqija taħt id-direzzjoni ta’ Gavino Camilleri, wieħed mit-tfal ta’ Vincenzo Camilleri.

Taħt id-direzzjoni ta’ Gavino Camilleri it-tagħlim mexa ġmielu u nistgħu ngħidu li sal-1879 l-għaqda La Stella bil-banda tagħha kienet ffurmata u kompluta b’kollox, sewwa b’numru sabiħ ta’ bandisti, kif ukoll fil-varjeta tal-istrumenti fil-formazzjoni. Dik s-sena sar ukoll standard ċelesti skur u kurċetta fuq stilla bħala standard tal-għaqda mużikali La Stella.

Iċ-ċelest skur ukoll huwa assoċjat ma La Stella u eventwalment mal-Banda Sant’ Andrija li, kif ser naraw hija l-kontinwazzjoni ta’ din is-soċjeta’ bikrija. Il-kulur ċelesti jibqa assoċjat mal-Banda Sant’ Andrija fejn ninnutaw terħa ċelesti ma’ l-istatwa ta’ Malta Gwerriera maħduma fl-1886 kif ukoll l-istilla bir-raġġi fuq l-parti ta’ fuq tal-pedestall.

Il-Każin tal-banda kien l-uniku post fir-raħal fejn in-nies setgħu jiltaqgħu u jiddiskutu. Fejn jiltaqgħu n-nies jitħalltu l-ideat u jitwieldu l-opinjonijiet. Dan huwa oġġett fih innifsu sabiħ iżda, b’xoti hażina, mhux kulħadd huwa matur biżżejjed biex jifhem u jaċċetta l-opinjoni ta’ ħaddieħor. Għalekk titwieled il-pika li, xi drabi. Iġġib magħha l-firda wkoll.

Jissemma li waħda mill-kawżi tal-firda bejn il-mużiċisti Ħalluqin saret minħabb l-pika li nħolqot bejn il-fazzjoni ta’ Nikol Sammut (L-Ewwel president tal-Banda Unjoni) u ta’ Giuseppe Micallef (L-ewwel president tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija). Jidher li kien ġara xi inkwiet fil-festa tal-Kunċizzjoni tal-1879, fejn xi bandisti tat-Triq tal-Karmnu marru jdoqqu għall-istess festa ġewwa Bormla u l-bandisti l-oħra li baqgħu Ħal Luqa kienu min-naħa tal-pjazza u jappoġjaw lil Nikola Sammut. Jidher li f’din l-okkażjoni dawn tal-pjazza wrew ix-xewqa li jinfirdu mill-bandisti ta’ triq il-Karmnu u jiffurmaw banda oħra taħt il-Presidenza ta’ mastru Nikol li għal dik l-okkażjoni ma aċċettax il-proposta.

Fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat tal-każin La Stella li saret f’Diċembru 1879 sar ftehim biex fit-tielet Ħadd ta’ Jannar 1880 issir laqgħa ġenerali tal-kumitat, bandisti u membri, u rġiel oħra min Ħal Luqa biex jitwaqqaf kumitat formali għat-twaqqif sod tal-banda, għall-isem tal-banda, kif ukoll għall-għażla tal-president u tas-surmast tal-banda. Din il-laqgħa x’aktarx ġiet deċiża minħabba li s-sitwazzjoni fil-għaqda ma kienetx feliċi. Il-firda mhux biss kienet imminent imma, fil-prattika saret. Kien jonqosha biss li tiġi sanzjonata f’dik il-laqgħa fil-bidu ta’ Jannar fejn naraw li kienu żewġ persuni li ppreżentaw irwieħhom għall-presidenza, s-sur Giuseppe Micallef u mastru Nikol. Dawn iż-żewġ personalitajiet wasslu għall-żewġ każini u biex miz-zokk ewlieni (La Stella) ħarġet fergħa oħra. Skond id-dokumenti ta’ Noe Ciappara l-elezzjoni ntrebħet minn Giuseppe Micallef fejn is-sostenituri ta’ mastru Nikol li ħafna minnhom stennew din l-okkażjoni sabiex jinfirdu ħarġu l-barra. Għal din l-elezzjoni hemm disgwid ta’ versjoni ma’ dak li jgħidu tal-Banda Unjoni. Sfortunatament evidenza fuq il-voti ta’ dik l-elezzjoni sal-ġurnata tal-lum ma nstabux u ma nistgħux nikkonfermaw min hu korrett. Pero joħroġ punt ċar u indiskuss, li l-president Giuseppe Micallef kellu biżżejjed appoġġ biex La Stella tkompli u li mastru Nikol kellu l-appoġġ biex titwaqqaf banda oħra ġdida.

Fil-kitbiet tal-Banda Unjoni mhux biss ma jaqblux ma min rebaħ l-elezzjoni, lanqas jaqblu fis-sena li fiha saret il-firda! Fil-ktieb ta’ Frans Galea li kien ħareġ f’għeluq il-125 sena mit-twaqqif tal-banda jirreferu għall-1883 bħala s-sena li saret il-firda. F’paġna 57 ta’ dan il-ktieb, Ħal Luqa u l-Banda tagħha Unjoni nsibu li l-firda saret għall-ħabta ta’ Awwissu jew Settembru 1883. Filwaqt li f’paġna 66 naqraw rapport ta’ intervista ta’ Ġerlad Vassallo, iben Pietru Vassallo li fl-1880 il-mużiċisti li kienu jdoqqu bħala orkesta ma Vincenzo Camilleri bejn ħames u seba’ snin qabel ffurmaw banda u semmewha l-Unjone fejn dawk li ma qablux telqu għal rashom u xi tlett snin wara ffurmaw banda. Il-punt prinċipali li joħroġ huwa li l-firda saret fl-1880 u mhux fl-1883. Fuq dan Pietru Vassallo u Noe Ciappara jaqblu, kif ukoll jaqblu li fil-bidu l-Banda Sant’ Andrija kienu jsibuhom bħala La Stella.

B’din il-firda fisser li l-ebda min dawn iż-żewġ formazzjonijiet ma seta jdoqq peress li l-bandisti nfirxu maż-żewġ għaqdiet. Is-Sur Giuseppe Micallef u s-sostenituri tiegħu baqgħu bħala La Stella bil-każin fi Triq il-Karmnu. Il-bandisti li nfirdu mill-fergħa ewlenija La Stella sabu l-appoġġ ta’ Vincenzo Cermona mlaqqam tal-maxku. Dan kien negozjant u kellu dar kbira fejn kien isiru xi teatrini. Dawn il-bandisti sabu ruħhom idoqqu f’dan it-teatrin li semmewh ‘Teatrin ta’ l-Ajkla’. Din l-għaqda ma dan it-teatrin li l-għaqda l-ġdida ssejħet l-Unjone. Naraw li anke fit-teatrin kien hemm ir-rivalita peress li kien isir ukoll teatrin mill-għaqda La Stella.

Kien fl-1883 li ż-żewġ baned kienu f’pożizzjoni li jeżegwixxu programm mużikali. La Stella kompliet tiffunzjona taħt Giuseppe Micallef u aktar tar dbl-siema Societa Folarmonica San Andrea b’ Mro Tomaso Galea bhala Surmast Direttur tal-Banda. Il-fergħa l-ġdida ssejħet L’Unione għall-bidu u wara L’Unione Vincitrice taħt il-presidenza ta’ mastru Nikol Sammut, b’Maestro Gavino Camilleri bħala surmast direttur.

Tul l-aħħar sittax-il sena tas-seklu dsatax kellha diversi okkażjonijiet fejn
fihom stabilixxit ruħha fil-gzejjer tagħna. Il-bidu kien diffiċli u ma kien
nieqes minn problemi. Tul dawn is-sittax-il sena l-Banda għaddiet minn taħt
idejn xejn anqas minn tmien surmastrijeit li kienu:

Tomaso Galea 1883-1886
Carmelo Abela 1886-1889
Gaetano Grech 1889-1890
Luigi Barbosa 1890-1891
Carmelo Doneo 1891-1892
Gavino Camilleri 1892-1893
Salvatore Spiteri 1893-1896
Spiridione Zammit 1896-1900

Dawn l-ewwel sbatax-il sena ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kienu
karaterizzati b’diversi suċċessi. Wara li l-Banda Sant’ Andrija bdiet tieħu sehem
fil-festi tar-raħal, dik tal-Madonna taċ-Ċintura fit-30-31 ta’ Awissu 1884 u dik
ta’ Sant’ Andrija fit-30 ta’ Novembru 1884, l-Banda daqqet f’diversi postijiet
oħra. Fl-Imsida fl-1886 fl-okażjoni tat-tqiegħed ta’ l-ewwel ġebla tal-Knisja
Parrokkjali, f’tas-Sliema fl-1892 fil-festa ta’ Stella Maris, f’San Giljan
fl-1894, fiż-Żurrieq u fil-Furjana fl-1896, u fil-Belt Valletta fis-sena 1897
fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Djamanti tar-Reġina Vittoria.

Tul dawn is-snin il-Kazin ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kien għadu fi Triq
il-Karmnu fl-aktar parti qadima tar-raħal fil-viċinanza ta’ l-istatwa ta’ Sant’
Andrija li għada hemm sal-lum. Fl-1889 kien indaqq Innu lill-Appostlu Sant’
Andrija, kompożizzjoni ta’ Mro Gaetano Grech . Fl-1894 ndaqqet ukoll Marcia San
Andrea kompożizzjoni ta’ Mro Salvatore Spiteri. Lejn l-aħħar tas-seklu dsatax
naraw li twaqqfet kumpanija tat-tejatru bl-isem “La Stella” li jibqa sinonimu ma din l-għaqda tagħna anke wara li l-Banda ssemmiet għal Padrun Sant’ Andrija. Il-Każin jibqa magħruf bħala Casino La Stella u bil-laqam tal-Istilla li għadu jintuża sal-ġurnata tal-lum.

venlor xr 150 price 1900
L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija bdiet is-seklu ghoxrin taht il-Presidenza ta’
Giovanni Micallef,b’ Mro Antonio Pace Surmast Direttur , sitt membri fil-Kumitat,
b’24 Bandist.

canesten cream price in india 1906
F’dan Il-perjodu naraw li numru sabiħ ta’ bandisti tagħlmu strument
tal-korda u hekk giet imwaqqfa l-Orkestra Sant’ Andrija, l-mużiċisti kienu
kunsidrati wkoll bħala bandisti tal-Banda Sant’ Andrija.

kamagra oral jelly for sale in usa 1907
Mro Antonio Cassar maħtur bħala Surmast Direttur

kamagra 100mg oral jelly uk 1908
Mro Paolo Vella maħtur Surmast Direttu.

sildigra super power canada 1913
Mro P Vella irregala lill-Banda l-”Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija”
fuq versi bit-taljan ta’ Patri Carmelo Del Bambin Gesu CS. Dan indaqq l-ewwel
darba f’dik l-istess sena.

keppra uk 1914
Mro Antonio Miruzzi nħatar bħala Surmast Direttur. Tul iż-żmien li dam bħala
surmast, sa l-1922 dan irregala lill-banda Sant’ Andrija sett ta’ Marċi
Funebri u sett ta’ Marċi Brijużi. Barra dawn hu irregala wkoll l-”Innu tal-Banda
Sant’ Andrija”, xogħol mill-isbaħ.

cost of clindamycin topical gel 1919
Mro Vincenzo Caruana iben din is-Socjeta jirregala “Innu Marċ lil Malta
Gwerriera”.

zovirax cream price in india 1920
L-istess Surmast jirregala marcia funebri “Ai Caduti della Patria” b’memorja
tal-Maltin li ħallew ħajjithom waqt l-irvelijiet ta’ l-1919.

crestor uk 1922
Mro Salvatore Spiteri, minn Ħal Luqa jiħatar Surmast Direttur.

lasix ampul price 1923
Mro Vincenzo Caruana jirregala l-”Inno Stabat Mater Dolorosa”.

detrol usa 1924
Fl-20 ta’ April, tkun imżanżna uniformi ġdida tal-Banda ta’ kulur abjad. Fl-istess
okkażjoni jiżżanzan palk ġdid għall-Banda, sett qniepen u xi strumenti ġodda
oħra tad-Ditta Boosey & Hawks. F’dik l-okkazjoni kien sar programm mużikali
f’Misraħ il-Knisja

tenvir cipla price in india 1930
F’din is-sena naraw li l-Banda Sant’ Andrija kienet komposta minn 40 bandist
kollha bl-uniformi u beritta. L-Banda kienet tieħu sehem lejlet u nhar il-festa
Titulari ta’ Sant’ Andrija, fil-Ġimgħa l-Kbira u fi programmi oħra kemm f’Ħal
Luqa u anke barra r-raħal.

depakote buy online 1932
Fil-15 ta’ Settembru rtira mill-kariga tieghu bħala surmast direttur Mro S
Spiteri. Floku ngħażel Mro Anton Muscat Azzopardi. Nhar il-Hadd 27 ta’ Novembru
l-Banda Sant’ Andrija esgwiet l-ewwel programm mużikali tagħha taħt id-direzzjoni
tas-suramst il-ġdid. Għal dan il-programm kien preżenti l-Prim Ministru ta’
Malta Sir Ugo P Mifsud. Mro Anton Muscat Azzopardi dam jidderieġi l-Banda Sant’
Andrija sa l-1978.

xenical buying online 1935
Fis-6 ta’ Marzu, l-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem fl-isfilata ġewwa l-Belt
Valllett fl-okkazjoni tal-Ġublew tal-Fidda tar-Re Gorg V. Għamlet ukoll marċ
mit-tarf tar-raħal sal-Pjazza Sant’ Andrija. 8 ta’ Ġunju l-Banda Sant’ Andrija
laqgħet lill-Legat tal-Papa, l-Kardinal Alessio Lepicier bid-daqq ta’ l-Innu tal-Papa
fejn il-Bieb tal-Bombi. Fil-festa ta’ Sant’ Andrija s-solo kurunettista Carmelo
Fenech daqq il-”Carnevale di Venezia” flimkien mal-Banda. F’dan l-istess żmien
ħafna bandisti tal-Banda Sant’ Andrija ngħaqdu mal-Banda ta’ l-Iscouts ta’ Ħal
Luqa.

1940
Dik is-sena l-festa ta’ Sant’ Andrija ma saritx iżda l-bandisti li kienu
jagħmlu parti mill-Banda ta’ l-Iscouts flimkien ma’ xi bandisti ta’ l-Army
daqqew xi marċi mar-raħal.

1943
L-Banda Sant’ Andrija fl-20 ta’ Ġunju sellmet lir-Re Ġorġ VI bid-daqq tal-God
Save f’tarf ir-raħal f’egħluq iż-żjara tiegħu f’pajjiżna fl-okkażjoni ta’ l-għoti
tal-George Cross lil pajjiżna.

1944
L-Banda Sant’ Andrija għamlet marċ mat-toroq ta’ Ħal Luqa biex ikun ċelebrat
id-dħul ta’ l-Allejati f’Ruma. Wara sar programm mużikali fil-Pjazz Sant’
Andrija. Dik is-sena l-Banda Sant’ Andrija kienet mistiedna ddoqq fl-Mqabba
għall-festa ta’ Santa Marija u l-Isla għall-festa tal-Vitorja.

1947
Ghall-ewwel laqgha li saret biex titwaqqaf il-Malta Band Clubs Association,
is-Sinjuri Gio Batta Caruana u Antonio Micallef nħatru bħala delegati ta’ l-Għaqda
Mużikali Sant’ Andrija.

1952
Nhar il-Gimgha 27 ta’ Ġunju ngħata bidu għal-festi kbar li saru fl-okkażjoni
tas-70 Anniversrju mit-twaqqif ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Ta’
signifikat speċjali kienet il-Bandalora bl-arma tal-Belt ta’ Amalfi fl-Italja li
kienet ġiet irregalata lill-Banda Sant’ Andrija mill-Concerto Bandistico di
Amalfi u l-Kallotta mingħand Monsinjor Angelo Rossini Arcivescovo di Amalfi.

1953
Għall-okkażjoni ta’ l-inkurunazjoni tar-Regina Elizabetta II l-Banda Sant’
Andrija ħadet sehem b’karru fl-isfilata li saret fil-belt Valletta. Il-Banda
Sant’ Andrija bdiet tieħu sehem fil-festa tal-Vitorja fix-Xagħra Għawdex u
baqgħet tagħmel hekk sa l-1959.

1957
Wara decizjoni li kienet ittiehdet mill-awtoritajiet ta’ dak iż-żmien fejn
il-Banda l-oħra tar-raħal ġiet vantaġjata, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ma
kellha l-ebda triq oħra ħlief li ma tihux sehem fil-festa sakemm tibqa’ ssir
preferenza bejn il-baned tar-raħal. Dan kien żmien difficli ferm kemm
għall-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u kifukoll għar-raħal kollu.

1958
Fit-28 ta’ Settembru l-Banda Sant’ Andrija esegwiet Progaramm Mużikali
fil-Pjazza tal-Palazz fil-belt Valletta u kien imfaħħar hafna. Fil-festa
titulari l-Banda Sant’ Andrija reġgħet ma partecipatx.

1959
Fl-20 ta’ Settembru kien inawgurat il-plancier artistiku tal-Banda. Ix-xogħol
fuqu kien inbdeda fl-1954. Dan kien inawgurat minn Sir Luigi Camilleri
ex-President tal-Qorti u tbierek mill-Isqof Galea. F’dik l-istess okażjoni
l-Banda Sant’ Andrija esegwiet Programm Mużikali fuq l-istess planċier biex
tfakkar egħluq il-25 sena mill-ħatra ta’ Mro. Anton Muscat Azzopardi bħala
Surmast Direttur tal-Banda. Dak inhar fost is-siltiet li ndaqqu nsibu l-Overture
1812 li ndaqqet flimkien mal-kor. Dik is-sena l-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem
fil-festa titulari bħal turija ta’ rieda tajba u għamlet l-istess fis-snin
1960-1962.

1960
Nhar il-25 ta’ Lulju l-Banda Sant’ Andrija sellmelil-Legat tal-Papa
fil-Pjazza tal-Knisja, li kien gie Malta għall-Festi Ċentinarji tan-Nawfragju ta’
San Pawl.

1964
Fl-okkażjoni ta’ l-għoti ta” l-Indipendenza lil pajjizna l-Banda Sant’ Andrija fid-19 ta’ Settembru laqgħet id-Duka ta’ Edinburgh bl-innu Ingliz fil-bypass ta’ Ħal Luqa u wara għamelt marċ mat-toroq tar-raħal u daqqet l-Innu Malti fil-Pjazza tal-Knisja.

1965
Il-Banda Sant’ Andrija għamelt marċ u programm fil-belt Valletta nhar id-9 ta’ Settembru fl-okkażjoni tal-festa nazzjonali.

1967
Fl-okkazjoni taż-żjara tar-Regina Elizabetta f’pajjiżna l-Banda Sant’ Andrija daqqet marci brijuzi fil-bypass ta’ Ħal Luqa.

1971
F’din is-sena fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied, l-istudenti tal-Banda flimkien ma’ xi bandisti oħra għamlu programm mużikali f’Misraħ il-Knisja taħt id-direzzjoni ta’ l-Asst. Surmast is-Sur Johnny Calleja. Dan kien il-bidu ta’ dan il-programm li l-Banda Sant’ Andrija għada tesegwixxi ta’ kull sena nhar il-Milied filghodu.

1972
Dik is-sena bdiet id-drawa li s-sett tal-marċi l-ġodda li jkun ser indaqqu għall-festa Titulari jkunu kollha komposizzjoni ta’ surmastrijiet u bandisti ta’ l-istess Banda. Drawwa li għada ssir sal-ġurnata tal-lum.

1973

Fil-festa titulari s-sur Johnny Calleja rregala lill-Banda Sant’ Andrija “Innu
Popolari lill-Patrun tal-Banda Sant’ Andrija”,b’versi tas-sur PP Theuma.

1974
Il-Banda Sant’ Andrija kienet komposta minn 36 bandist Ħalluqi.

1978
Wara 46 sena bħala Surmast Direttur tal-Banda Sant’ Andrija, Chev Anton
Muscat Azzopardi kellu jirtira minn din il-kariga minhħbba saħħtu. Hekk
fil-festa ta’ dik is-sena, Mro Anton Muscat Azzopardi għadda l-bakketta tad-direzzjoni
lis-surmast Paul Schembri, iben Ħal Luqa u l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Mro
Paul Schembri għadu jokkupa din il-kariga.

1979
Fit-8 ta’ Diċembru tħabbret il-mewt ta’ Chev. Anton Muscat Azzopardi.
Il-Banda Sant’ Andrija flimkien mal-Banda L’Isle Adam tar-Rabat Malta li tagħha
wkoll kien surmast direttur akkumpanjawh fil-funeral li sarlu fid-9 ta’ Diċembru
fir-Rabat u f’Ħal Luqa.
Fit-13 ta’ Diċembru, l-Banda Sant’ Andrija kellha l-unur li tirrapreżenta l-Baned
Maltin fl-okkazjoni tal-Ħames anniversarju ta’ Jum ir-Repubblika b’daqq ta’
marċi brijużi minn Misraħ Gavino Gulia sal-Monument ta’ Jum il-Ħelsin fil-Birgu.

1981

Dik is-sena s-Surmast Paul Schembri irregala l-Innu Marc lill-Banda Sant’
Andrija b’lirika tiegħu stess. Dan l-innu għadu popolari ferm mal-partitarji
kollha.

1983
Is-sena Ċentinarja ta’ l-Għaqda Muzikali Sant’ Andrija (1883-1983). Biex
jitfakkar dan l-anniversarju hekk importanti saru divesi attivitajiet mifruxa
tul is-sena kollha, li laħqu l-qofol tagħhom fix-xahar ta’ Ġunju.

1984

Fl-1884 l-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa ta’ Sant’
Andrija u dak inhar fost is-siltiet li ndaqqu kien hemm Selection mit-Traviata.
Din is-sena biex jitfakkar dan l-anniversarju l-Banda Sant’ Andrija fil-programm
tal-festa nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju esegwiet l-istess Selection mit-Traviata.

1986
Fil-festa ta’ dik is-sena ndaqq l-”Inno Al Martire Sant’ Andrea Appostlo” ta’
Mro Tommaso Galea, innu li ndaqq għall-ewwel darba mitt sena qabel 1886.

1987
Din is-sena rat il-bidu tal-Banda taż-Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali
Sant’ Andrija. Fost l-impenji li kellha wieħed isemmi programm mużikali
f’Ħas-Serh, s-sehem tagħhom waqt quddiesa organizzata għall-barranin residenti
f’Malta f’San Ġwann u l-programm mużikali li esegwew barra quddiem San Gwann u
anke l-parteċipazjoni tagħhom fi programm għall-jiem tal-Milied fiċ-ċentru
tas-Sależjani f’Hal Luqa.
F’dik is-sena wkoll l-Banda Sant’ Andrija kienet ħadet sehem f’konkors imniedi
mill-Ministeru tal-Kultura fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Repubblika fejn il-Banda Sant’
Andrija nhar il-11 ta’ Dicembru, kisbet it-tieni post u ġiet irregalata bi
trofew mill-Ministru Dr.A. Sciberras Trigona. L-konkors kien sar fit-Teatru
Manoel fil-belt Valletta. Dak inhar il-Banda Sant’ Andrija kienet ġiet imfaħra
għall-mod kif kien esrgwit programm mużikali hekk diffiċli.

1988

Titwaqqfet b’mod uffiċjali l-Banda Żgħażagh Sant’ Andrija fi ħdan l-Għaqda
Muzikali Sant’ Andrija. Matul din is-sena dawn iż-żgħażagħ daqqew fil-Vittoriosa
Lawn Tennis Club, fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana u anke f’okażjonijiet privati.
Il-Banda Sant’ Andrija kienet komposta minn 48 bandist tal-post.

1989
Il-Banda Sant’ Andrija ħadet sehem b’marċ fil-belt Valletta u l-Furjana
f’egħluq il-25 sena minn meta Malta saret Indipendenti.

1990
Din is-sena l-Banda Sant’ Andrija ġiet mistiedna biex iddoqq fil-festa ta’
Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex. L-Banda Sant’ Andrija kienet tagħmel servizz
simili fis-snin ħamsin.

1994
Il-Ħadd 16 ta’ Jannar l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ħadet sehem waħedha
fil-programm televiziv ‘Il-Ħadd mal-Maltin” fuq l-istazzjon tat-television
nazzjonali. F’dan il-programm il-Banda Żgħażagħ Sant’ Andrija esegwiet live xi
siltiet muzikali fis-sala principali tal-każin. Dan il-programm kien segwit minn
udjenza kbira madwar Malta kollha u kien ta’ unur kbir għas-Soċjeta tagħna li
b’impenn sħiħ proġettat stampa sabiħa u pożittiva tar-rahal tagħna.
Il-Ġimgha 21 ta’ Jannar il-Banda Żgħażagħ Sant’ Andrija ħadet sehem fil-Festival
tal-Baned taż-żgħażagħ Maltin organizzat ghall-ewwel darba mill-Għaqda Kazini
tal-Baned Maltin. Għal dan il-programm il-Banda kienet magħmula minn madwar 35
bandist żagħżugħ tal-post u esegwiet programm mill-isbaħ u bi preċiżjoni kbira,
tant li kien imfahhar minn dawk kollha preżenti. Il-Banda taż-żgħażagħ baqgħet
tippartecipa kull sena f’dan il-Festival.

1995

Minn din is-sena l-istudenti tal-Mużika fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija
bdew jiġu preparati biex jersqu għall-eżamijiet tat-tejorija u prattika mill-Għaqda
Każini tal-Baned Maltin.

1996
Din is-sena għall-ewwel darba l-Banda Sant’ Andrija kompost minn bandisti
tal-post esegwiet programm mużikali f’Misrah il-Knisja nhar l-Gid il-Kbir
filghodu. Il-Banda kienet taht id-direzzjoni ta’ l-Asst. Surmast tagħha Mro
Raymond Fenech.

1997
Nhar is-SIbt 22 ta’ Frar, għar-raba darba, l-Banda Żgħażagħ Sant’ Andrija
ippartecipat fil-Festival tal-Baned Żgħażagħ. Fil-programm li kien esegwit
spikkaw is-siltiet Csardas bi Christopher Camilleri bħala solista fuq
il-klarinett u l-Carnival of Venice b’Michael Pulis solista bil-kurunetta li
flimkien mal-bandisti l-oħra kollha tal-post , deher ċar kemm l-bandisti
żgħazagħ fi ħdan l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija huma ta’ livell għoli u li
kellhom futur mill-isbah fil-qasam muzikali.
Din is-sena tibqa’ mfakkra ghax fiha nkitbet pagna ohra fl-istorja ta’ l-Ghaqda
Mużikali Sant’ Andrija u ta’ Ħal Luqa, meta l-Banda Sant’ Andrija kienet l-ewwel
banda Ħalluqija li kienet mistiedna biex iddoqq barra minn xtutna, eżatament
f’Taormina fi Sqallija u fil-Belt ta’ Amalfi l-Italja. Din iż-żjara saret bejn
is-16 u l-21 ta’ Settembru u kienet suċċess kbir. L-Banda Sant’ Andrija esegwiet
programmi mużikali f’dawn iż-żewġt ibliet u kienet preżentata b’diversi rigali
mis-sindki tagħhom. L-Arcisqof ta’ Amalfi wkoll preżenta rigal sabiħ lill-Banda.
B’din iz-zjara l-Banda Sant’ Andrija issiġilat l-ħbiberija tagħha ma’ din il-belt,
liema ħbiberija mbdiet 45 sena qabel fl-1952.

1998
Il-Banda Żghażagħ fi ħdan il-Banda Sant’ Andrija barra li ħadet sehem fil-Festival
għall-Baned taż-Żgħażagħ, kienet mistiedna wkoll mic-Chairperson u l-Kumitat tal-Malta
Union Club biex tesegwixxi programm mużikali fis-sala principali tal-Club
tagħhom. Dan il-Kunċert sar nhar il-Ħamis 15 ta’ Ottubru u kien success kbir.
Il-Banda kellha kliem ta’ tifhir minn dawk kollha preżenti u saħansita fil-ħarġa
tal-ġurnal ta’ l-istess Club kienet dedikata faċċata għal dan il-kunċert.
Is-Sezzjoni Żgħażagħ fakkret egħluq il-5 snin mit-twaqqif tagħha u l-Banda
Żgħazagħ ipparteċipat b’marċ fis-swali ta’ St. Vincent de Paule, u fil-Quddiesa
ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjhali.
Fil-festa tfakkar egħluq l-20 sena ta’ Mro Paul Schembri bħala Surmast Direttur
tal-Banda.

1999
Il-Banda Żgħażagħ ħadet sehem fil-Festival tal-Baned taz-Zghazagh fit-30 ta’
Jannar u kienet komposta minn madwar 35 bandist tal-post u esegwiet programm
strumentali mill-aqwa fejn indaqqu fost l-oħrajn, l-Overture Orfeo al Inferno ta’
J Offenbach u Sonatina La Tromba Magica tas-surmast P Schembri.
Nhar il-Ħamis 30 ta’ Dicembru l-Banda Sant’ Andrija flimkien ma’ Disa’ Baned
Maltin ohra kienet magħżula biex tirrapreżenta l-Baned Maltin kollha b’marċ mat-toroq
tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-bidu tal-Millenju l-ġdid.

2000
Is-sena elfejn sabet lill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija popolari aktar minn
qatt qabel, mimlija entużjażmu u ħeġġa biex tkompli tgħolli isimha u isem Ħal
Luqa ‘l fuq. Sabet Banda kbira b’isem il-Patrun tar-Raħal, b’Surmast iben l-istess
Għaqda u iben Ħal Luqa. Matul di is-sena il-Banda
Sant’ Andrija esegwiet diversi programmi kemm f’Ħal Luqa u anke f’irħula oħra
fosthom f’Ħaż-Żebbuġ, Ħal Kirkop, il-Marsa u Raħal Ġdid.

2001
Il-Banda Sant’ Andrija ħasbet biex tippreżenta Programm Mużiklai taħt id-direzzjoni
ta’ Mro Paul Schembri, fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Universita ta’ Malta taħt
il-Patroċinju tal-President ta’ Malta l-ET l-Professur Guido De Marco fil-bidu
ta’ l-ewwel sena ta’ Seklu u Millenju Ġdid. Fost is-siltiet li ndaqqu wieħed irid isemmi s-Sinfonija “From the New World” ta’ Antonin Dvorak liema sinfornia ndaqqet kollha. X’aktarx li
din kienet l-ewwel darba li din is-sinfonia ndaqqet kollha minn banda f’Malta.

2002
Fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mill-ftuħ uffiċjali ta’ Palazz Bethsaida bħala
s-sede ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija f’Misraħ il-Knisja, l-Banda Sant’
Andrija esegwiet program vokali u strumentali fuq il-planċier tagħha fl-ewwel
jum tat-tridu tal-festa Titulari taħt il-Patronċinju ta’ L-eċċ. Tiegħu
l-President ta’ Malta l-Profs. Dr. Gudio de Marco.
Mal-Banda ħadu sehem il-vuċijiet flimkien mal-Kor Amadeus taħt id-direzzjoni ta’
Mro Brian Cefai u fost is-siltiet li ndawwu nsibu ‘Carmina Burana’ ta’ Carl Orff
li ndaqqet flimkien mal-kor.

2003
Din is-sena tfakkar egħluq il-25 sena mill-ħatra ta’ Mro Paul Schembri bħal
Surmast Direttur tal-Banda Sant’ Andrija. Biex jitfakkar dan ittelgħa Programm
Strumentali fit-tejatru Metanoia f’Ħal Luqa mill-Banda Sant’ Andrija fejn kien
esegwiti siltiet mużikali li huma kollha kompożizzjoni ta’ dan is-surmast. F’din
l-okkażjoni ndaqqet għall-ewwel darba sinfonija bl-isem Bethsaida li kienet
irregalata lis-Soċjeta f’din l-istess okkazjoni mill-istess surmast biex
jitfakkar dan l-anniversarju. Is-Soċjeta min-naħa tagħha preżentat lis-surmast
plakka bl-arma tas-Soċjeta maħduma fil-fidda b’iskrizzjoni li tfakkar dan l-anniversarju.
|
2004
Fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-wirja Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2004 grupp ta’ bandisti
tal-post ingħaqdu f’żewg sezzjonijiet kwartett tal-qasba u grupp tal-brass li
separatament esegwew siltiet ta’ mużika da camera, inizjattiva li ntlaqgħet ferm
tajjeb.
Fil-festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija kienet mfakkra b’pompa akbar mis-soltu
mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, propju biex jitfakkar li 120 sena ilu
fl-1884 kient ħadet sehem għall-ewwel darba fil-festa Titulari ta’ Sant’ Andrija . Għal
dan il-għan saru diversi attivitajiet fosthom Programm Muzikali mill-Banda
komposta minn bandisti tagħha taħt id-direzzjoni ta’ l-Asst. Surmast Mro Michael
Pulis.

2005
Fl-okkażjoni tal-ftuh tal-wirja Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2005 grupp ta’ bandisti
tal-post inghaqdu taħt it-tmexxija tal-Asst Surmast Michael Pulis sabiex daqqew arranġamenti tal-istess assistent surmast, fosthom bil-Preludio tar-‘Rigoletto’ u l-‘Adagio’ ta’ Samuel Barber. Tħabbret il-mewt tas-Surmast Carmelo Caruana, iben l-għaqda tagħna bil-banda takkompanja korteo funebri bid-daqq tal-marċi ġewwa Ħal Luqa.

Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika l-Banda Sant’ Andrija daqqet diversi siltiet mill-Innijiet tagħha sabiex tagħti gieħlil Padrun tagħna Sant’ Andrija. Din is-serata bis-sehem tal-Banda kienet f’ġieħ żewġ personalitajiet Ħalluqin, it-Tenur Andrew Sapiano u il-kittieb Ħal Luqi Juann Mamo.

2006
F’din is-sena l-għaqda tagħna sofriet telfa oħra ta’ persuna li ħadmet snin twal sabiex ikattar it-tagħlim mużikali, dan kien is-Sur Carmelo Baldacchino, l-għalliem tal-aljievi. Ma naqasx li l-banda ddoqq fil-koreto funebri b’apprezzament għax-xogħol siewi li wettaq din is-Sur Karm.
Il-ftuħtal-wirja Miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju 2006 sar b’aktar pompa mis-soltu billi tnaddaf u nfetaħ ix-xelter tal-pjazza miż-żgħażagħ tal-għaqda tagħna. Il-Banda tagħt is-sehem tagħha bi programm fil-pjazza quddiem il-każin.
Għal festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija f’Novembru 2006 il-Banda tellgħet kunċert sinfoniku ġewwa t-Teatru Metanoia fejn rajna lis-Solista tal-banda fuq l-Althorn is-Sur Robert Sultana jdoqq capricc fantastiku ta’ Hartmann kif ukoll is-Surmast Paul Schembri jirregala lill-Banda xogħol ieħor mużikali oriġinali bl-isem ta’ Dance Splendour’.

2007
L-Banda bdiet l’impenji tagħha billi daqqet għall-ewwel darba b’marċ f’Jum Ħal Luqa, taħt l-inizjattiva tal-kunsill Lokali bi ftehim bejn iż-żewġ baned fejn kull waħda talterna dan is-servizz ta’ kull sena. Din is-sena ukoll l-Banda daqqet programm mużikali fil-pjazza quddiem il-każin għal ftuħ tal-Wirja miċ-Ċenaklu sal-Kalvarju.
Sfortunatament din is-sena kella tkun sena oħra fejn il-banda titlef persuna lit ant ħadmet u daqqet fl-isetss banda. Is-Sur Gian Mari Busuttil, bandist veteran, jmut fil-ġimgħa tal-Festa ta’ Sant’ Andrija ġurnata qabel il-programm tal-Festa. Il-banda akkumpanjat bil-marċi funebri il-korteo funebri u b’turija ta’ rispett ħassret il-programm mużikali tal-Festa għal dik is-sena.
Għal festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija f’Novembru 2007 il-Banda tellgħet kunċert sinfoniku ġewwa t-Teatru Metanoia fejn jispikkaw l-arranġament li ndaqqu għal banda tal-bandisti u surmastrijiet Andrew Calleja u Michael Pulis. Jkun Andrew Calleja li f’dan il-kunċert jdoqq solo fuq it-trumbun b’arranġament tiegħu stess.

2008
Din is-sena kienet waħda ferm mistennija mill-għaqda fejn din għalqet 125 sena min meta ssemiet għal Patrun tar-raħal tagħna Sant’ Andrija. Il-banda kienet mpenjattiva ferm f’din is-sena fejn daqqet xejn aktar minn 23 servizz. Sfortunatament fosthom ukoll kellna żewġ funerali tas-Sur Carmelo Magri u s-Sur Francis Fava. Mro Andrew Calleja jinħatar assistent surmast. Ħarġet 3 cds, ta’ marċi funebri, brijjużi b’marċijiet kollha ta’ surmastrijiet u bandisti tagħha, kif ukoll ieħor bil-kompożizzjonijiet kollha oriġinali rregalati lil banda min Mro Paul Schembri propju fis-sena fejn is-surmast tagħna kien qed jiċċelebra t-30 sena min meta nħatar surmast. Daqqejna marċ fil-belt Valletta fejn il-Banda wasslet lil kumitat għal preżentazzjoni tal-ktieb tal-istorja tal-għaqda lil President ta’ Malta, fejn daqqejna l-Innu Malti fil-preżenza tal-President ġewwa l-bitħa tal-Palazz.
Il-Qofol tal-ħidma tal-banda ssarfet fi tlett programm kbar fejn il-banda uriet il-kapaċitajiet tagħha fl-att ta’ eżekuzzjoni u direzzjoni mis-surmast maħbub tagħna. Memorabbli l-akkademja ‘Al Martire San Andrea Apostolo mtellgħa fil-knisja parrokjali f’April. Hawn il-banda daqqet l-innijiet kollha l-kbar li għanda f’ġieħil-qaddis. Kient ukoll okkażjoni fejn is-surmast rregala xogħol ieħor mill-isbaħ bil-Poema – Sant’ Andrija, b’kitba ta’ Ġorġ Peresso għal banda, kor, Tenur u Sopran. Mill-aqwa l-programm tal-Banda ġimgħa qabel il-festa titulari fejn f’din l-okkażjoni bħal fl-akkademja l-banda kienet akkumpanjata bil-kor Amadeus taħt id-direzzjoni tas-Surmast Brian Cefai, s-Sopran Rosabelle Bianchi u t-Tenur Charles Vincenti
Okkażjoni oħra mill-isbaħ mill-banda fejn ġie mtellgħa Kunċert Sinfoniku fit-Teatru Nazzjonali, t-Teatru Manoel, fl-okkażjoni ta’ Santa Ċeċilja bħala l-mistiedna tal-Għaqda Każini tal-Banda. Il-banda daqqet biċċiet mpenjattivi fosthom id-Die Moldau ta’ Smetana, Hungarian Rhapsody No2 ta’ Liszt u żewġ kompożizzjonijiet ta’ Mro Paul Schembri , ‘Ċentinaria’ u ‘Bethsaida’. Dan kien għeluq mill-isbaħ tal-festi tal-Anniversarju tal-125 sen min meta twaqqfet uffiċjalment l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u b’tifkira tat-twaqqif ta’ l-ewwel għaqda mużikali f’Ħal Luqa 130 sena ilu mill-antenati tagħna li semmewha La Stella.

Il-banda tagħmel marċ madwar it-toroq ta’ Ħal Luqa nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru fil-Festa liturġika sabiex tagħti bidu għaċ¬-ċelebrazzjonijiet li matul l-2009 jwasslu biex nfakkru it-375 Sena mit-twaqqif ta’ Ħal Luqa bħala parroċċa.

Bla tlaqlieq u esitazzjoni nistqarru li l-2008 kienet waħda mill-aqwa jew mhux l-aktar sena li fiha l-għaqda mużikali tagħna għamlet attivitajiet mużikali b’xejn anqas min tlett programme grandjużi li żgur għollew isem ir-raħal tagħna, isem l-għaqda tagħna u fuq kollox tajna ġieħ u tifħir lill-Appostlu Padrun tagħna Sant’ Andrija

2009
J’Alla li f’din is-sena nkomplu fuq dak li bnejna fis-snin kollha l-imgħoddija. Nħarsu l-quddiem b’ottimiżmu lejn il-ġejjieni b’fiduċja fin-nies, il-membri, li fl-aħħar mill-aħħar huma dak li jgħamlu s-soċjeta’ tagħna sħiħa. Avveniment mill-isbaħ żgur li ser jkun l-programm fuq il-planċier artistiku tagħna peress li din is-sena dan jgħalaq 50 sena minn meta ġie inawgurat. Dan il-planċier hu wieħed minn tal-ewwel tax-xorta tiegħu li saru fil-gżejjer Maltin u għadu meqjus fost l-isbaħ li hawn.

livial buy online TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
harga viagra gold usa Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.