L-Okkorrenzi tal-Pulizija għas-snin 1878 u l-1883

///L-Okkorrenzi tal-Pulizija għas-snin 1878 u l-1883
L-Okkorrenzi tal-Pulizija għas-snin 1878 u l-1883 2017-12-31T01:33:56+00:00

Għal dawn l-aħħar snin għaddejin bir-riċerka tagħna għall-ktieb ta’ l-istorja ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u dan wassal sabiex immorru mfittxu fl-arkivju ta’ Santu Spirtu r-­Rabat fejn qed jinżammu l-okkorrenzi tal-Pulizija. Tlabna li naraw id-dokumenti ta’ bejn 1-1875 u 1-1885. Sfortunatament il-persuna responsabli ġibditilna l-attenzjoni li dawk ta’ bejn is-snin 1878 u 1883 huma neqsin. Qalilna wkoll li dawn ir-‘rekords’ tal-­pulizija sa ftit tas-snin ilu kienu f’kantina ġewwa d-depot tal-pulizija.

Sa hawn aħna qatt ma ppuntajna subgħajna lejn ħadd. Issa ġara li fil-ktieb tal-festa ppublikat mis-Soċjeta Filarmonika l-Unjoni ta’ din is-sena 2007, dehru żewġ artikli, wieħed miktub minn James Aquilina, fejn taħt is-subtitlu ‘Attentat biex tinqered l-istorja tal-każin’ kiteb li “Min ħeba dawn id-dokumenti  m’għamlux b ‘kumbinazzjoni, iżda bl-­iskop biex in-nies li tinteresahom l-istorja tal-każini ma setgħu qatt ikunu jafu aktar dwar l-istorja mużikali. ” u l-ieħor mill-Kumitat ta’ l-istess Soċjeta l-Unjoni fejn inkiteb hekk, “… min jaf ta liema ġurdien xiħ kienet dik l-id li ċartet u ħadet parti minn dan id-dokument biex ċaħħdet lill-poplu Malti milli jkun jaf is-sewwa ta I-istorja??”

F’dawn iż-żewġ artikli taw x’wieħed jifhem li kien xi ħadd mis-Soċjeta’ tagħna li qered dawn id-dokumenti.

Aħna li għaddejin bir-riċerka, dawn id-dokumenti neqsin huma ta’ importanza kbira għall-istorja tagħna,  għalhekk permezz ta’ dawn il-kelmtejn nixtiequ li niddassoċjaw ruħna u nirribattu kull impressjoni li setgħet ingħatat. Nassiguraw lil kulħadd li ħadd mill-membri ta’ l-­Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, f’dawn iż-żminijiet ma kellu aċċess għal dawn id­-dokumenti li sa xi tlett snin ilu kienu għadhom jinsabu f’kantina ġewwa id-depot tal-pulizija fil-Furjana!

Pero nixtiequ nfakkru li fil-ktleb,”Hal Luqa u l-Banda tagħha l-Unjoni’ ta’ Francis Galea, f’paġna 70 nsibu miktub li Innocent Camilleri fis-seduta tal-kumitat ta’ l-istess Banda Unjoni, fil-15 ta’ Mejju 1978, qal li  “f’riċerka li għamel wasal li anke SAB li l-banda Unjoni taħt is-­surmast Gavino Camilleri kienet talbet permess biex iddoqq f’Novembru 1883 f’Sant’ Andrija u dan ġie miċħud mill-pulizija għall-ebda raġuni”.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.