L-Istorja Riċenti

//L-Istorja Riċenti
L-Istorja Riċenti 2017-12-31T22:49:59+00:00

1997-2007 - 10 snin mill-estensjoni tal-Maħżen ta’ l-armar.

Kien propju fl-1995 meta d-dilettanti tal-armar avviċinaw lil kaxxier ta’ dak iż-żmien, is-Sur Raymond Zammit bil-ħsieb li kellhom biex jitkabbar il-maħżen ta’ l-armar. Kif jagħmel kull kaxxier nistgħu ngħidu li għall-ewwel qad lura, speċjalment meta wieħed jq...

Akkademja Al Martire San Andrea Apostolo fuq it-televizjoni

Nġeddu l-memorji sbieħ tal-akkademja, ‘Al Martire San Andrea Apostolo’ li saret nhar is-sibt 19 t’April 2008. Dan billi nhar is-sibt li ġej 26 t’April 2008 fis-7.30pm ser tixxandar fuq l-istazzjon ‘Family TV’ min fuq il-Melita Cable. Ser issir ripetizz...

Al Martire San Andrea Apostolo

Is-Sibt 19 t’April 2008 tibqa mfakkara bħala ġurnata memorabbli fl-istorja tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija, fejn l-Banda tagħna taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri daqqet l-Innijiet li s-surmastrijiet matul iż-żminijiet rregalaw lil din is-Soċj...

Banda Skoċċiża

L-iStirling High School Music Band huma banda min Stirling gewwa l-Iskozja. Huma jtellgħu diversi kunċerti ġewwa r-raħal tagħhom. Din hija t-tielet żjara tagħhom ġewwa pajjiżna. Apparti l-programm mużikali tal-banda ser nassistu għal ‘Samba Band’ u ‘Tri...

Esebizzjoni xogħlijiet ta’ Michael Camilleri Cauchi

Sehem l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija f’esebizjoni li saret fil-każin Soc Filarmonica Pinto fl-okazzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro ġewwa Ħal Qormi. L-esebizzjoni kienet kollha xogħlijiet ta’ Michael Camilleri Cauchi b’xogħol li huwa ħadem kemm f’Malta...

Għidut

Qed nirriproduċu kopja ta’ ittra mibgħuta mill-avukati Jason Azzopardi & Associates lil Editur tal-ktieb tal-festa tal-2006 tas-Soċjeta’ Filarmonika l-Unjoni. Din l-ittra tirregwarda l-artiklu mhux iffirmat li deher f’ paġna 81 tal-ktieb tal-festa...

Ħadd mal-Maltin

L-Għaqda Mużikali Sant' Andrija bdiet is-sena 1994 bi sfida qawwija - sfida li l-Kumitat flimkien mal-partitarji laqgħu b'entużjażmu kbir. Bħala Għaqda Mużikali, diġa għaddejna minn esperjenza simili bis sehem tagħna fil-programm televiżiv: ”Bongu Malt...

Id-Devozzjoni lejn Sant'Andrija fir-raħal tal-Fontana, Għawdex

Ir-raħal ċkejken tal-Fontana f'Għawdex jinsab fit-triq li mill-Belt Victoria twasslek għall-bajja tax-Xlendi. Isem dan ir-raħal oriġina mill-isem li kien ingħata lill-għajn ta' ilma naturali li hemm mal-ġenb tat-triq li kienet u għadha tissejjaħ it-Triq ta...

Intervista mal-President fil-Festa Liturġika nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2007 mill-BBC Radio Scotland

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru 2007, il-Festa Liturġika tal-Padrun tagħna Sant’ Andrija. Ġurnata li għalina l-Ħalluqin hija speċjali ferm. Huma bosta l-Ħalluqin li ħaduha franka mix-xogħol sabiex jiċċelebraw din il-Festa. Jidher li bil-mod il-mod din il-ġu...

Kalendarju 2007

Fil-ħarġa tal-Kalendarju għas-sena 2007, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ħasbet sabiex tfakkar xi avvenimenti importanti li seħħew kemm fir-raħal tagħna ta’ Ħal Luqa u anke f’Malta u li fihom kemm hi bħala Soċjeta, kif ukoll il-membri tagħha kienu invol...

L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fuq l-Internet

X'inhu l-Internet? X'inhu l-Computer? X'inhi s- Superhighway ? Dawn x'kelmiet huma u x'għandhom x'jaqsmu ma' l-Għaqda Mużikali Sant' Andrija ta' Ħal Luqa ? Mela nibdew mill-bidu. Ilum kulħadd jaf x'inhu l-computer u x'jagħmel. Dik il-magna qisha...

Laqgħat bejn il-Kappillan, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u s-Soċjeta’ Filarmonika Unjoni.

Fuq inizjattiva tal-kappillan, Dun Joe M. Camilleri, saru tnax-il laqgħa bl-iskop li jiġi identifikat x’hemm bżonn isir bejn il-partijiet konċernati sabiex il-festa ssir waħda reliġjuża skond ix-xewqa ta’ dawk li wieġbu għall-kwestjonarju tas-Sinodu D...

Laqmijiet tal-Baned Maltin

Bla dubju ta’ xejn l-aktar żewġ laqmijiet magħrufa huma Ta’ l-Istilla u Ta’ L-Ajkla, il-laqmijiet rispettivi tal-baned La Vallette u King’s Own tal-Belt Valletta. Joseph F. Grima jirraġuna li s-sens komun jgħidlek li l-ajkla tfakkar parti mill-a...

Niftakru

Waħda mill-attivitajiet li kellha l-Banda fl-1998 kienet l-istedina biex il-Banda Żgħażagħ tagħmel progaramm mużikali fil-‘Malta Union Club’ f’tas-Sliema. Dan il-‘Club’ ilu mwaqqaf sa mill-1826 u hu miftuħ għall-membri tiegħu biss. Dan il-‘Club’ minn ...

Pedestall Sant' Andrija

Il-Ħamis, 1 ta’ Lulju 1993 Din il-ġurnata żgur li ser tibqa’ f’moħħ dawk kollha li kienu preżenti fil-Pjazza ta’ Ħal Luqa dak in-nhar. Kienet lejla li fiha ġraw diversi avvenimenti, li kollha kemm huma għollew ġieħ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u ġieħ...

Sena wara…storja qasira tal- www.bandasantandrija.org

Għaddiet sena minn meta s-sit eletroniku ġie żviluppat mill-ġdid. L-għan ta’ dan l- iżvilupp kien li nibnu dar virtwali f’din id-dinja moderna, sabiex b’hekk nkomplu bil-progress tal-Għaqda tagħna,. Għalkemm l-iżvilupp tas-sit dam iktar milli kie...

Stqarrija …Iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f’Ħal Luqa

Dan l-avveniment ċertament hu uniku għar-raħal tagħna, biżejjed niftakru li fiż-żewġt okkażjonijiet preċedenti meta kellna x-xorti li jżurna l-maħbub Papa Ġwanni Pawlu II, l-awtoritajiet ma nkludewx fir-rotta tiegħu l-qalba tar-raħal tagħna. Għaldaqstant iż...

Tagħrif dwar is-Serata Mużiko Letterarja

Serata Muziko Letterarja Fl-Okkazjoni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija App, l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija tellghet Serata Muziko Letterarja nhar it-Tlieta 29 ta’ Novembru gewwa s-Sala Giuseppe Micallef fis-sede tas-Socjeta’. F’din is-Serata i...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
finasteride proscar price Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.