Al Martire San Andrea Apostolo – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Al Martire San Andrea Apostolo

///Al Martire San Andrea Apostolo
Al Martire San Andrea Apostolo 2017-12-30T23:21:57+00:00

Is-Sibt 19 t’April 2008 tibqa mfakkara bħala ġurnata memorabbli fl-istorja tal-Għaqda Mużikali Sant Andrija, fejn l-Banda tagħna taħt id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri daqqet l-Innijiet li s-surmastrijiet matul iż-żminijiet rregalaw lil din is-Soċjeta’. Kif ukoll żżanżnet Poema Sagra f’ġieħ l-Appostlu Sant Andrija bil-poema miktuba minn Ġorġ Peresso u l-mużika ta’ l-istess Mro Paul Schembri.

Ovvjament qiegħed nikteb dwar ‘Al Martire San Andrea Apostolo’, l-akkademja mużikali mtellgħa mill-Wisq Rev. Kappillan u l-Kleru flimkien mal-President u l-Kumitat ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija taħt il-patroċinju ta’ l-Eċċ. Tiegħu Mons Ġużeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus fil-Knisja Parrokjali tar-raħal tagħna.

Din l-akkademja kient waħda mill-attivitajiet prinċipali biex din l-għaqda tagħna tiċċelebra l-125 sena mit-twaqqif tagħha. Propju għamlet dan billi bil-mużika tfaħħar u tagħti ġieħ lil Appostlu Sant Andrija. Mill-bidu tal-fundazzjoni missierijietna sawwru din is-Soċjeta’ madwar l-Appostlu. Din is-Soċjeta onorata bl-isem tagħha b’rabta diretta mall-padrun tal-Ħal Luqin. Wara 125 u aktar mit-twaqqif tas-Soċjeta ‘La Stella’ u bħala l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija għadna lejali lejn l-iskop li twaqqfet bit-tkattir tal-arti mużikali u xogħol kontinwu b’risq il-festa f’ġieħil-padrun tagħha.

L-Innijiet ġew eżegwiti b’ordni kronoloġika, sabiex bihom propju nimxu 125 ta’ storja mużikali. Mad-daħla ta’ l-Eċċ. Tiegħu Mons Ġużeppi Mercieca, Arcisqof Emeritus fil-Knisja Parrokjali ndaqq l-Innu Pontificio taħt id-direzzjoni tal-Assistent surmast. Bil-preżentazzjoni ta’ Ġorġ Peresso għaddejna għall-ewwel innu b’ġieħ lil Sant’ Andrija minn Tomaso Galea, l-ewwel surmast ta’ din il-banda. Wara biss tlett snin mill-fundazzjoni l-banda tagħna kellha dan l-innu hekk maestuż. F’dan l-Innu, ‘Al Martire San Andrea Apostolo’ , flimkien mal-banda ħadu sehem l-Amadeus Chamber Choir u s-solisti Brian Cefai u l-Baxx Louis Cassar.

It-tieni innu ta’ Mro Gaetano Grech jispikka x-xogħol fuq il-klarinett, fejn s-solista fuq dan l-istrument jdoqq diversi kadenzi kif ukoll l-leħen tal-Baritonu Ivan Vella. F’dan l-innu ħa sehem ukoll l-Kor Amadeus.

Kienet ferm milqugħa mill-pubbliku preżenti l-Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija ta’ Mro Paolo Vella. Kienu diversi l-membri fl-1913 li taw kontribut finanzjarju sabiex dan l-innu jkun jista jindaqq. Kien rigal mistħoqq lil banda f’għeluq it-30 sena mit-twaqqif. F’dan l-innu flimkien mal-Banda Sant’ Andrija ħadu sehem l-Amadeus Chamber Choir, is-Sopran Rosabelle Bianchi, t-Tenur Brian Cefai u l-Baxx Louis Cassar.

F’aħħar iżda żgur mhux l-inqas smajna xogħol ġdid mis-Surmast Paul Schembri. Din il-Poema timxi mal-ħajja tal-Appostlu mix-xatt tal-Galilija fejn aċċetta s-sejħa li għamillu Sidna Ġesu Kristu sal-martirju kif ukoll jorbot lil Sant’ Andrija ma Ħal Luqa. Din il-Poema maqsuma f’sitt partijiet fejn jkunu diversi s-solijiet li jinstemgħu fuq l-oboe, bassoon, klarinett u klarinett baxx. F’dan l-innu flimkien mal-Banda Sant’ Andrija ħadu sehem l-Amadeus Chamber Choir, is-Sopran Rosabelle Bianchi, t-Tenur Brian Cefai u l-Baxx Louis Cassar.

Ringrazzjament mistħoqq lil Wisq. Rev Kappillan u l-Kleru tal-għajnuna li sibna sabiex din l-Akkademja setgħet tiġi organizzata. Apparti l-mużika kienu ħafna ukoll l-preparamenti sabiex din l-attivita kienet suċċess. L-ħidma bla waqfien tal-President, Segretarju u Kaxxier flimkien mal-kumitat biex tintrama l-Knisja, jsiru posters, inviti, fjuri, ktejjeb kommemorattiv u elf ħaġa oħra.

Fl-aħħar nirringrazzja lil dawk kollha li laqgħu l-istedina sabiex bil-preżenza tagħhom ċċelebrajna l-125 sena ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ġewwa l-knisja Parrokkjali bid-daqq ta’ innijiet f’ġieħ l-Appostlu Sant’ Andrija.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.