Banda Skoċċiża – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Banda Skoċċiża

Banda Skoċċiża 2017-12-30T23:56:49+00:00

L-iStirling High School Music Band huma banda min Stirling gewwa l-Iskozja. Huma jtellgħu diversi kunċerti ġewwa r-raħal tagħhom. Din hija t-tielet żjara tagħhom ġewwa pajjiżna. Apparti l-programm mużikali tal-banda ser nassistu għal ‘Samba Band’ u ‘Trio of pipers’. Ukoll ‘Jazz Group’ zgħir ser isemmalna xi biċċiet ‘swing’ kif ukoll xi żfin tradizzjonali Skoċċiż.

Kulħadd huwa mistieden għal dan il-programm nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ġunju mit-8.00pm il-quddiem f’ Misraħ il-Knisja quddiem il-każin tal-Banda tagħna.

Fir-ritratt jidhru l-‘Corps of Drums’ tar-‘Royal Hospital School’ li kienu mistiedna tas-Soċjeta’ tagħna nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Lulju 2004.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.