Sehem l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija f’esebizjoni li saret fil-każin Soc Filarmonica Pinto fl-okazzjoni ta’ Lejl f’Casal Fornaro ġewwa Ħal Qormi.
L-esebizzjoni kienet kollha xogħlijiet ta’ Michael Camilleri Cauchi b’xogħol li huwa ħadem kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex. Kien l-artist stess li talab sabiex l-istatwa ta’ Sant’ Andrija li din is-sena għalqet 30 sena minn mindu ħarġet min idejn dan l-artist tkun għal wiri għal din l-okkażjoni. Fost ix-xogħlijiet esebiti kien hemm ukoll l-wiċċ u d-disinn tal-istatwa ta’ San Pawl. Fil-main image ta’ dan l-artiklu naraw l-artist flimkien mal-istatwa ta’ Sant’ Andrija
Ir-relazzjoni tal-għaqda tagħna hija waħda ferm tajba mal-familja Camilleri Cauchi peress li l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija tista tiftaħar li għandha xogħlijiet tal-familja Camilleri Cauchi, ulied il-maghruf statwarju Għawdxi Wistin Camilleri Cauchi li kien magħruf għal ħila artistika tiegħu. Filwaqt illi Michael ħadem l-istatwa ta’ Sant’Andrija li tintrama fil-Pjazza tal-knisja fil-ġranet tal-festa, ħuh Alfred, kien ħadem l-istatwa ta’ Sant’Andrija li tinsab fil-faccata tal-Każin. Ħuhom Paul, pitter il-kwadru li jinsab fis-sala prinċipali tal-Każin li juri l-adorazzjoni tas-salib ta’ Sant’Andrija xogħol li tlesta u ġie inawgurat fl-1983. Barra minhekk, Paul pitter ukoll il-kwadri ta’ fuq il-bandalori li jintramaw fil-pjazza fil-ġranet tal-festa u li juru siltiet mill-ħajja tal-Appostlu Sant’Andrija.