Għidut – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta
Għidut 2017-12-31T00:07:07+00:00

Qed nirriproduċu kopja ta’ ittra mibgħuta mill-avukati Jason Azzopardi & Associates lil Editur tal-ktieb tal-festa tal-2006 tas-Soċjeta’ Filarmonika l-Unjoni.

Din l-ittra tirregwarda l-artiklu mhux iffirmat li deher f’ paġna 81 tal-ktieb tal-festa tas-Soċjeta l-Unjoni tas-sena 2006. F’dan l-artiklu ġie allegat li Pierre Fava, Segretarju ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, qal lil Mr Frans Galea, l-awtur tal-ktieb ‘Ħal Luqa u l-Banda L-Unjoni’ ‘li l-istorja tal-Banda Sant’ Andrija hija mibnija fuq hearsay (għidut)’.

L-avukati Jason Azzopardi & Associates jirrelevaw li Pierre Fava qatt ma qal dan il-kliem. Mr Fava qatt ma agixxa fuq inizjattiva personali, iżda dejjem mexa bl-awtorita u kunsens tal-kumitat li minnu jifforma parti.

Fid-dawl ta’ dan qed tintalab sabiex isiru l-arrangamenti neċessarji sabiex tinħareġ korrezzjoni u apoloġija lil Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Din l-ittra li ġġib d-data tad-19 ta’ Lulju 2006 baqgħet minghajr risposta……….

Ittra Pierre Avukati

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.