L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fuq l-Internet – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fuq l-Internet

///L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fuq l-Internet
L-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fuq l-Internet 2017-12-31T01:13:08+00:00

X’inhu l-Internet? X’inhu l-Computer? X’inhi s- Superhighway ?

Dawn x’kelmiet huma u x’għandhom x’jaqsmu ma’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa ? Mela nibdew mill-bidu.

Ilum kulħadd jaf x’inhu l-computer u x’jagħmel. Dik il-magna qisha typewriter bit-television screen quddiemha. Permezz tal-computer, il-bniedem illum jista’ jwassal il-messaġġ tiegħu mal-erbgħat irjieħ tad-dinja. Il-bniedem tal-lum ivvinta mezz kif jgħaqqad miljuni ta’ computers flimkien permezz tal-World Wide Web (WWW) u għalhekk jien nista’ nara x’kiteb Peppi li qiegħed l-Awstralja. U ovvjament Peppi tal¬Awstralja jista’ jaqra xi ktibt jien fil-computer tiegħi. U hekk nistgħu nikkomunikaw flimkien.

Dan kollu għialiex qed ngħiduh? L-internet mhux qiegħed hemm għan-negozji kbar jew gvernijiet biss. Illum anki l-Każini tal-Baned għandhom il-Home Page tagħhom fuq l-internet biex ikunu jistgħu jilħqu l-eluf ta’ Maltin li jgħixu f’pajjiżi barranin u li kienu membri u attivisti tagħhom, u li minħabba ċirkostanzi ta’ dawk iż-żminijiet kellhom isiefru biex isibu l-fortuna tagħhom f’pajjiżi oħra.

L-ewwel soċjeta’ mużikali Maltija li kellha l-Home Page tagħha fuq l-internet kienet l-Imperial Band Club tal-Mellielia (http://www.waldonet.net.mt/*pcuta/ibc.htm). Warajha kienet l-Għaqda Mużikali Santa Marija ta’ I-Imqabba (www.keyworld.net/kgvbc) (http://www.davmar.com.mt/PUBLIC/USERS/marju_1129) u t-tielet l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa. U issa hemm ukoll l-Għaqda Mużikali Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar.

L-Għaqda tagħna ukoll għandha l-Home Page tagħha pero’ mhix Home Page bħal tas-soċjetajiet l-oħrajn li semmejna, għax biex tidħol għaliha trid tgħaddi minn ġo site oħra. Għal kull min huwa nteressat ser nagħti l-indirizz ta’ fejn wieħed jista jsib il-Home Page ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Dan huwa : http://www/geocities.com/CapitoIHiI1l3450/sabc.htm.

Diga kien hemm xi ħbieb tagħna fl-Amerika li daħlu f’din il-Home Page u kitbulna fejn ħeġġewna u qalulna li ħadu gost li fl-aħħar ir-raħal tagħna ta’ Ħal Luqa jinsab fuq l-internet.

U din m’hix l-unika paġna li hemm fuq Ħal Luqa. Home Page interessanti li sibt fuq l-internet u li tittratta dwar il-Festa ta’ Sant’ Andrija li tiġi ċċelebrata miż-żewġ soċjetajiet mużikali tar-raħal tagħna hija dik ta’ Mark Fiorentino (http://members.tripod.comrmarkfio/festa.html) li fiha minbarra tagħrif dwar il-¬festa ta’ Sant’ Andrija jgib anki ritratti tat-tiżjin li jkolina fil-festa.

Dan il-proġett għadu fil-bidu tiegħu u għad irridu nissofistikawh biex ikun denju ta’ Pagni oħra li nsibu fuq I-internet. Pero’ kollox ma kollox u bħala bidu, m’aħniex anqas minn ħaddieħor. J’Alla permezz ta’ dan il-mezz effiċjenti u modern inkomplu nkattru u nsaħħu iktar il-kuntatti bejn l-għaqda tagħna u l-ħbieb tagħna emigranti fl¬Awstralja, l-Amerika, l-Ingilterra u bnadi oħra tad-dinja.

Awtur – Hector Farrugia (1997)

NOTA

Dan l-artiklu inkiteb fil-ktieb tal-Festa tal-1997. Jista jkun li l-indirizzi tas-siti msemmija nbidlu min dak iż-żmien. Inkiteb fil-kuntest li l-internet kienet xi ħaġa ġdida għal ħafna. Niftakru li f’dawk iż-żmienijiet l-aħjar ‘computer’ disponibbli kien xi ‘486’ bil-Windows 95.

L-kunċett tas-sit m’għadux biss biex jaqdi l-emigranti iżda peress li l-computer daħal fid-djar ta’ ħafna huwa mezz tajjeb ta’ komunikazzjoni tas-Soċjeta’ mal-Membri.

Irriproduċejna dan l-artiklu biex nagħtu ġieħ lis-Sur Hector Farruġia li snin ilu kellu din il-viżjoni u kien min ta’ l-ewwel f’Malta li tella pagna elettronika dwar il-Każin tagħna fuq l-internet. Xtaqna nirringrazzjawh tal-pariri li jagħtina u tad-diversi artikli li għoġbu jgħaddilna għal dan is-sit. GRAZZI – Webmaster

web site hector

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.