Għaddiet sena minn meta s-sit eletroniku ġie żviluppat mill-ġdid. L-għan ta’
dan l- iżvilupp kien li nibnu dar virtwali f’din id-dinja moderna, sabiex b’hekk
nkomplu bil-progress tal-Għaqda tagħna,.
Għalkemm l-iżvilupp tas-sit dam iktar milli kien ipjanat, ir-riżultati kienu
tajbin ħafna. Is-sit għandu dehra u disinn oriġinali w fl-ebda ħin ma użajna
prodotti oħra lesti. Pprogrammajna ukoll sistema biex nkunu nistgħu naġġornaw
is-sit b’mod faċli ħafna w malajr. Dan jagħti ċ-ċans lil persuni mhux tekniċi li
jħħaddmu s-sit; eżempju ċar ta’dan rajnih fi żmien il-Ġimgħa tal-Festa ta’din
is-sena fejn konna naġġornaw is-sit kull filgħaxija b’dak kollu li jkun ġara
f’dik il-ġurnata. Ir-reazzjoni tal-publiku ġenerali kienet pożittiva ħafna u
kelna wkoll numru sabiħ ta’suġġerimenti kif nistgħu nkomplu mmexxu l-quddiem dan
is-sit.
Iżda ftit wara li konna tellajna s-sit, iltqajna mal-ewwel problemi. Ċertu nies
ippruvaw isolvu l-problemi tagħhom fuq il-guestbook tas-sit u ffirmaw ukoll
b’isem il-president tal-Għaqda tagħna. Fi żmien il-festa ukoll ċertu nies għażlu
l-guestbook sabiex joffendu u jweggħu lil ħaddiehor. F’dak iz-zmien kelli nieħu
d-deċiżjoni li neħħi l-guestbook għal ftit żmien. Il-politika li użajt fir-rigward
tal-guestbook u sezzjonijiet oħra tas-sit kienet li nħalli l-viżitatur
il-liberta’ kollha iżda li jkun responsabli. F’dan ir-rigward ippermettejt anki
kritika lejn l- Għaqda tagħna. Iżda l-esperjenza għalmitni li ħafna drabi xi
persuni abbużżaw u ħamġu l-isem ta’dak li jirrapreżentaw.
Minkejja dawn il-problemi u oħrajn, jien flimkien ma sħabi nippruvaw naġġornaw
is-sit kull ġimgħa sabiex noffru dejjem materjal ġdid. Fil-fatt fuq dan is-sit
hemm madwar 80 artiklu flimkien ma iktar minn 2,000 ritratt; kollu materjal li
għaddejna lil publiku bl-għola kwalita’. Dan kollu juri ħidma ħajja mimlija
entużjażmu w fi ftit żmien, is-sit tal- Għaqda Mużikali Sant’Andrija sar wieħed
mill-iktar segwiti f’Malta.
L-għan li għalih konna bnejna s-sit mill-ġdid ilħaqnih, imma issa irridu
nimmiraw iktar l-fuq. Fil-futur għadna proġett ieħor sabiex nkomplu nkabbru dan
s-sit tagħna. Dettalji ta’dan il-proġett se jitħabbru iktar il-quddiem iżda minn
issa napella lil kulħadd li min għandu xi suġġerimenti jgħaddihomlna halli dan
is-sit ikun l-ideja ta’kulħadd u mhux ta’persuna waħda biss. Nemmen li b’dan il-proġett, www.bandasantandrija.org tista ssir attrazzjoni ferm ikbar milli hija bħalissa.
Nixtieq nirringrazzja lil sinjuri Hector Farruġia w Oliver Cini li ħadmu fuq is-siti
tal-passat tal-Għaqda tagħna. Lil Bernard u Antonie li jaġġornaw is-sit
kontinwament. Fl-aħħar lil dawk il-mijiet li jżuru s-sit tagħna li bis-saħħa
ta’dan iħeġġuna nkomplu naħdmu għall-ġid tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija
Grazzi tal-għajnuna tagħkom.