Stqarrija …Iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f’Ħal Luqa

///Stqarrija …Iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f’Ħal Luqa
Stqarrija …Iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI f’Ħal Luqa 2017-12-31T02:09:39+02:00

cabergoline in usa Dan l-avveniment ċertament hu uniku għar-raħal tagħna, biżejjed niftakru li fiż-żewġt okkażjonijiet preċedenti meta kellna x-xorti li jżurna l-maħbub Papa Ġwanni Pawlu II, l-awtoritajiet ma nkludewx fir-rotta tiegħu l-qalba tar-raħal tagħna. Għaldaqstant iż-żjara ta’ Q.T. il-Papa Benedittu XVI hu avveniment uniku u għalhekk saru preparamenti biex aħna l-Ħalluqin nagħtu l-aħjar merħba possibli lill-Q.T.

trazodone buy Għaldaqstant ħassejna li kellna nagħtu rendikont ta’ dak li seħħ fil-ġranet li għaddew sabiex kulħadd ikun jaf l-għala u l-għaliex u l-Ħalluqin jkunu jafu dak li qed jiġri fir-raħal tagħna.

where to buy kamagra oral jelly in manila Nhar il-erbgħa 17 ta’ Marzu 2010 il-W Rev. Kappillan sejjaħ laqgħa fl-uffiċju tiegħu bil-għan li jkun diskuss kif l-aħjar li nagħtu merħba lill-Q. T. F’Ħal Luqa. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Sindku u l-viċi sindku, s-Surġent tal-Pulizija, iż-żewġ Presidenti u s-Segretarji tas-Soċjeta L-Unjoni u ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, l-viċi Kappillan Fr David u l-Kappillan li mexxa l-laqgħa. F’din il-laqgħa konna nfurmati b’mod uffiċjali bit-toroq minn fejn kien ser jgħaddi l-Papa, l-ħin u li ma kienx ser jieqaf. Il-Kappillan staqsa jekk aħna l-għaqdiet mużikali konniex preparati li narmaw xi armar, sintendi r-risposta kienet fil-pożittiv u qbilna li ta’ L-Unjoni jarmaw Triq Sant’Andrija u l-Pjazza u l-Għaqda tagħna tarma Triq il-Karmnu. Kient ukoll ix-xewqa tal-Kappillan li l-merħba tal-Ħalluqin tkun imżewqa bil-ħoss tal-banda. Ir-rappreżentanti taż-żewġ baned qbilna li peress li l-ħin taż-żjara kien qasir wisq u anqas ma kien ser jieqaf, ma kienx vijabli li narmaw xi baned u wara ftit diskussjoni u idejat differenti, fuq suġġeriment tal-Viċi Sindku qbilna li elementi miż-żewġ baned ta’ Ħal Luqa, jiġifieri ftit bandisti miż-żewġ baned, jingħaqdu flimkien f’banda waħda u jdoqqu fanfarra jew l-Innu Pontifiku fil-pjazza hekk u għaddej il-Papa. Dwar il-post eżatta fil-pjazza fejn kellna ndoqqu jew jekk hux fuq iz-zuntier u dwar l-innu jew hux fanfarra kellhom isiru kuntatti ‘l quddiem bejn iż-żewġ segretarji u l-kappillan. Is-sindku qabel li jieħu ħsieb il-permessi mal-pulizija. Dan kien li ġie diskuss u miftiehem dak inhar fuq il-parteċipazzjoni tal-Każini tal-Banda.

ceftin cost walgreens Sfortunatament ġimgħa ilu, eżatament nhar il-Ġimgħa 9 ta’ April, il-Kappillan iltaqgħa miegħi s-segretarju u nfurmani li tal-Unjoni kienu ser idoqqu fanfarra ħdejn il-monument tal-vittmi tal-gwerra u ma kinux ser idoqqu flimkien magħna. Sintendi dan ma kienx dak li ftehmna, iżda l-Kappillan qalilna biex aħna nagħmlu l-istess u ndoqqu għalina x’imkien ieħor basta mhux fil-pjazza. Huwa kompla qalli li fil-fatt hu kien diġa nforma lill-Kurja li kienet ser tieħu sehem banda waħda magħmula minn bandisti taż-żewġ baned tal-lokal, imma m’hemmx x’tagħmel! Immedjatament urejtu li aħna ma naqblu xejn ma’ dan. Riżultat ta’ dan aħna dehrilna li kellna niktbu lill-Kappillan u ntbagħtet l-ittra li qed tidher hawn taħt, b’kopja lis-sindku u ‘l-ispettur tal-pulizija. F’din l-ittra nfurmajnieh li aħna konna għadna qed ninsistu li jsir skond dak li ftehmna għax inħossu li hu ferm xieraq f’din l-okkażjoni hekk sabiħa, pero jekk kemm-il darba tal-Unjoni jibqgħu bl-istess ħsieb aħna konna lesti li ndoqqu xorta waħda.

keto cream price in india F’nofs din il-ġimgħa konna nfurmati, din id-darba mill-Ispettur tal-Pulizija li ma stajniex indoqqu fil-pjazza u biex indoqqu riddna permess, hu nfurmana wkoll li tal-Unjoni kienu se jdoqqu minn ġol-gallarija tal-każin u ma kellhomx bżonn permess tal-pulizija. Hu nfurmana wkoll li jekk riddna ndoqqu stajna nagħmlu dan fi triq il-Karmnu minn ħdejn l-istatwa ta’ Sant’Andrija ‘l isfel, filwaqt li jekk tal-Unjoni jiddeċiedu li jdoqqu barra setgġhu jagħmlu dan biswit l-iskola. Innutaw li għal darb’oħra tal-Unjoni reġgħu biddlu l-pożizzjoni tagħhom. Għaldaqstant aħna applikajna sabiex indoqqu ħdejn l-istatwa ta’ Sant’Andrija fi Triq il-Karmnu.

dapoxetine price in india Propju l-bieraħ, 16 t’ April 2010, erġajna ġejna nfurmati li tal-Unjoni issa kienu talbu biex idoqqu jew fil-pjazza jew ħdejn l-iskola u li l-permess li għandu jinħarġilhom hu għal ħdejn l-iskola. Għar-raba’ darba tal-Unjoni bidlu l-pożizzjoni tagħhom.

doxycycline where to buy Dan hu fil-qosor kif żviluppaw l-affarijiet sabiex kulħadd ikun jaf. Sfortunatament bħalma ġieli ġara, fil-laqgħat ikun miftihem mod u wara l-affarijiet jinbidlu … għaliex? Għal skopijiet u interessi personali u qatt għall-ġid tar-raħal.

hoodia buy Għal darb’ oħra nerġgħu nistħqu li f’okkażjoni daqstant sabiħa u unika, kien ikun ferm aktar xieraq li l-merħba li tingħata lill-Qdusija Tiegħu l-Papa mill-poplu Luqi tkun waħda kollettiva flimkien mar-Ragħaj Spiritwali tagħna l-Kappillan, il-kleru u l-għola aworitajiet ċivili tar-raħal is-Sindku u l-kunsill, kif wara kollox kien miftiehem. Żgur li dan ma seħħx mhux b’nuqqas ta’ rieda tajba min-naħa tal-Għaqda tagħna, li anki f’din l-okkażjoni, bħalma dejjem għamlet, fittxet l-ewwel l-interessi tar-raħal qabel dawk tagħha.

cytotec usa Ray Zammit female viagra uk President
Pierre Fava calcium carbonate price Segretarju

cialis buy near me wirja

lotrisone price at walgreens stud 1000 spray price in india TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
jordan arava border Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.