Tagħrif dwar is-Serata Mużiko Letterarja – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Tagħrif dwar is-Serata Mużiko Letterarja

///Tagħrif dwar is-Serata Mużiko Letterarja
Tagħrif dwar is-Serata Mużiko Letterarja 2017-12-31T02:13:46+00:00

Serata Muziko Letterarja

Fl-Okkazjoni tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija App, l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija tellghet Serata Muziko Letterarja nhar it-Tlieta 29 ta’ Novembru gewwa s-Sala Giuseppe Micallef fis-sede tas-Socjeta’. F’din is-Serata inghataw gieh zewg personalitajiet ulied Hal Luqa : il-Kittieb u Storiku Juann Mamo (1886 – 1941) u t-Tenur maghruf Andrew Sapiano (1934- ). Din is-serata kienet that il-patrocinju tal-W. Rev. Kanonku Dun Karm Zammit B.A, Lic. D.

Is-Sur Lino Bugeja ghamel introduzzjoni ghal din is-serata fejn ta’ taghrif dwar wiehed mill-mistednin distinti , is-Sur Andrew Sapiano. Wara l-introduzzjoni t-Tenur Andrew Sapiano kanta a viva-voce “Ave Maria”, kompozizzjoni ta’ Mro Joseph Fenech, li fl-1989 kiteb din il-muzika bhala Omaggio ghat-talent vokali ta’ dan it-Tenur Hal Luqi. Andrew Sapiano kien akkumpanjat mill-pjanista J. A. Fsadni B.A. Mus, A.L.C.M.

Kien imiss lil Gorg Peresso li jaqra silta min-novella ta’ Juann Mamo “Fl-ahhar Alla Lahqu!”. L-udjenza mill-ewwel indunat bit-tema sarkastika u kkulurit li dan il-kittieb Hal Luqi kien jikteb. Il-qari ta’ Gorg Peresso dahhal l-udjenza fi-dinja li kien jghix fiha Juann Mamo, dik tal-bidu tas-seklu ghoxrin.

That id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri l-bandisti solisti tal-Banda Sant’ Andrija daqqew “Gabra ta’ Innijiet f’gieh Sant’ Andrija”. Arrangament ta’ Mro Paul Schembri tal-1983 fejn fih nsibu diversi melodiji minn diversi innijiet li nkitbu ghal Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija. Fost dawn nsibu “Al Martire San Andrea” (1886) ta’ Mro Tommaso Galea, l-‘Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija” (1913) ta’ Paolo Vella, l-“Innu Popolari lill-Patrun Sant’ Andrija” (1973) ta’ John Calleja u l-‘Innu lil Banda Sant’ Andrija’ (1920) ta’ Mro Antonio Miruzzi. Ghal darb ohra t-tenur Andrew Sapiano kanta a viva-voce dawn l-innijiet.

Silta ohra li nqrat min Gorg Peresso kienet l-ewwel kapitlu ta’ “Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka” ta’ Juann Mamo. Dan huwa l-iktar xoghol konoxxut tal-kittieb Juann Mamo.

Interessanti ferm kienet it-tahdita dwar Juann Mamo minn Dr. Adrian Grima. Bl ghajnuna visiva ta’ slides imhejjija min Dr Grima huwa ta’ harsa lejn il-hajja ta’ dan il-kittieb Hal Luqi. Fisser fl-iehma ambjet ghex u x’kienu l-hsibijiet tieghu wara l-kitbiet li ppublika. Prezenti fis-sala Giuseppe Micallef kien hemm fostna tnejn min ulied Juann Mamo.

It-tenur Andrew Sapiano semmalna silta ohra a viva-voce mill-“Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija” ta’ Paolo Vella. Fejn kanta s-solijiet fuq it-tenur kif ukoll l-final tal-kantata dejjem akkumpanjat mis-solisti tal-Banda Sant’ Andrija that id-direzzjoni ta’ Mro Paul Schembri.

Is-serata ghalqet b’ kelmtejn ta’ l-okkazjoni mill-president tas-Socjeta’ s-Sur Raymond Zammit. Saru ukoll prezentazzjonijiet lil ulied Juann Mamo, lil-Koordinatur tas-serata Lino Bugeja, lil Gorg Peresso, lil Dr Adrian Grima , kif ukoll lil W. Rev. Dun Karm Zammit li that il-patrucinju tieghu kienet din is-serata.

Taghrif:

Juann Mamo

Twieled Hal Luqa fit-28 ta’ Settembru 1886 minn Pawlu Mamo u Marija Anna Camilleri, it-tnejn minn Hal Luqa. Juann kien it-tielet wiehed fost hames ahwa, ilkol imwelldin fl-istess rahal. Il-familja Mamo, maghrufa bhala “Ta’ Klawdju” kienet toqghod fid-dar 64 Triq Brittanika (illum Triq Pawlu Magri). Missieru kien bidwi u bennej, u lil ibnu kien jibghatu jindokra t-tin u t-tin imqaddet, izda Gwanni kien jaghtih lin-nies biex jehles minnu u jintasab jistudja. Sa minn zghozitu halla r-rahal u ftit li xejn kien jersaq ‘l hemm.

Fid-19 ta’ Mejju 1923 Gwann izzewweg lil Carmela Vella mill-Marsa fil-parrocca tal-Marsa, u kellu disat itfal. Kien jghammar fid-dar 51 (illum 118) Triq Azzopardi, il-Marsa. Fit-28 ta’ April 1941, ghall-habta tal-hdax nieqsa kwart ta’ filghodu Mamo nstab mejjet b’”hasda minn kustilji miksura” fuq il-blat maghruf bhala il-Munqar, hdejn Wied Babu, limiti taz-Zirrieq. Din is-sejba saret wara li kienu ilhom ifittxuh, ghax naqas mid-dar, ghal madwar sebat ijiem. Jinghad li waqa’ waqt li kien qieghed ifittex xi hxejjex medicinali.

Mamo ghex dejjem hajja ta’ fqir. F’zewg passaporti tieghu, bhala professjoni, hemm imnizzel li kien skrivan fl-ewwel wiehed, u anukwarju fit-tieni. Il-karattru haj, avventurier u kritiku tieghu jidher f’ghadd ta’ hidmiet u kitbiet. Kien bniedem li jhobb isiefer biex jitbieghed minn Malta ghal xi zmien u jiskopri dinjiet ahjar: ghex ghal numru ta’ snin gewwa l-Egittu u zar it-Tunezija, Franza, l-Italja u l-Ingilterra.

Oliver Friggieri jqis lil Mamo bhala bniedem li ddedika hajtu ghall-kultura tal-poplu. Il-herqa kbira tieghu ghal bidla progressiva fil-gzira rabtitu l-aktar mal-persunalita’ u mal-fehmiet ta’ Manwel Dimech. Fost il-publikazzjonijiet ta’ Mamo hemm ir-rumanz Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka (1930-31), Gabra ta’ Sigrieti (1934) u Obstetricia Illustrata (1939).

Minn Gwann Mamo. Il-Kittieb tar-Riforma Socjali, ta’ Oliver Friggieri (Mid-Med Bank,1984)

Andrew Sapiano

Twieled Hal Luqa fis-17 ta’ Settembru 1934 izda ftit ghex Hal Luqa peress li fil-gwerra l-familja marret toqghod il-Mosta.

Beda jkanta bhala tifel ma’ kor fil-knisja tal-Mosta. Meta kiber ftit u l-familja marret il-Hamrun, Andrew inghaqad mal-kor ta’ Dun Guzepp Cachia u minn hemm beda jiskopri li kellu vuci u gie mheggeg minn hafna biex jiehu xi lezzjonijiet. Fil-fatt beda jistudja ma’ Bice Ciappara, sopran maghrufa, u wkoll mat-tenur Twanny Cini li ukoll introducieh mall-Kappella Bugeja li kienu jiehdu sehem f’bosta servizzi religjuzi matul il-festi tas-sajf sew f’Malta kif ukoll f’Ghawdex. Ha ukoll xi lezzjonijiet minghand kantanti taljani ta’ l-opra li kienu jigu r-Radio City fl-istagun li kien idum xaghrejn u jsiru xi ghaxar opri differenti.

Kanta fi kwantita ta’ kuncerti li kienu jsiru regolari fi swali bhal tas-Civil Service, Casino Maltese, Overseas Club ecc. Ghadu jiehu sehem ma’ diversi baned f’innijiet tal-patrun tal-post u f’bosta tigijiet.

Xoghlijiet importanti li kanta bhala solista kienu fost l-ohrajn zewg opri ta’ Karmelo Pace, ‘Caterina Desguanez’ u ‘l Martiri’, ‘Requiem’ ta’ Verdi u ta’ Anton Nani, ‘Cavalleria Rusticana’, concert versions tat-‘Tosca’ u ‘Ernani’ oratorji famuzi bhal ‘Elijah u Paulus’ ta’ Mendellshon, ‘Messiah’ ta’ Handel, ‘Stabat Mater’ ta’ Dvorak u ta’ C Pace u hafna xoghlijiet ohra. Fl-1965 rebah l-uniku konkors ta’ vucijiet klassici li sar go San Anton Gardens. Ghadu attiv hafna fil-kant u mfittex minn surmastrijiet u baned. Ma’ Brian Cefai u Joseph Aquilina jifforma parti mit-trio ‘The Three Maltese Tenors’ li kantaw b’success kemm f’Malta kif ukoll barra.

Dr. Adrian Grima

Jghallem il-letteratura Maltija fl-Universita’ ta’ Malta. Kiseb id-Dottorat b’tezi dwar hames metafori li sawru l-immaginarju nazzjonali fil-letteratura Maltija. Tkellem dwar il-letteratura, il-kultura u l-Mediterran f’konferenzi f’Malta, reggio Calabria, Palermo, Ruma, Cipru, Delfi, Londra, Birmingham, Parigi u Puerto Rico, u fl-universitajiet ta’ Yale u Colorado at Boulder fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.

Fl-1999 ippublika It-Trumbettier, ktieb ta’ poeziji bil-Malti bi traduzzjonijiet ghall-Ingliz li rebah it-tieni post fil-Premio Tivoli Europa Giovani ghal kotba ta’ poezija ppublikati fl-Ewropa fl-1999. Uhud mill-poeziji tieghu dehru f’pubblikazzjonijiet fl-Italja, Franza, Cipru, l-Izrael, l-Olanda, l-Awstrija, il-Germanja, u Korsika, u qara x-xoghlijiet tieghu f’Malta, Belfast, Cipru, Delfi, Katanja, Ruma u l-Olanda. F’ Novembru 2005 hareg il-ktejjeb, bi traduzzjonijiet ghall-Ingliz ta’ poeziji li nkitbu bil-Malti.

Dr. Grima huwa l-editur ta’ Ktieb ghall-Hruq (Inizjamed, 2005), F’kull Belt Hemm Kantuniera (Inizjamed,2003), Bliet (u Miti) (Inizjamed 2002), u gabriet ohra ta’ letteratura kontemporanja bil-Malti. Hareg ukoll il-ktejjeb ‘Dghajjes Qodma u Mahmugin’ – Dun Karm, id-Dielja u l-Barranin (Kumitat Festi Nazzjonali, 2004) u Gzejjer ta’ Diversita’ Kulturali/Islands of Cultural Identity ma’ Kevin MacNeil (2001).

Dr Adrian Grima huwa l-koordinatur ta’ l-inizjattiva kulturali Mediterranja Inizjamed, organizzazzjoni li waqqaf flimkien ma’ ohrajn fl-1998, korrispondent Malt ital-websajt dwar il-kultura fil-Mediterran, Babelmed, u Kap tal-Kumitat Tekniku tal-Letteratura fi hdan il-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti. Ghal iktar taghrif dwar Dr Adrian Grima tista tidhol fil-websajt tieghu www.adriangrima.250free.com.

(Biex tara ir-ritratti idhol MediaGallery/General/Serata Muziko-letterarja)

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.