Mill-President

//Mill-President
Mill-President 2017-12-31T22:58:26+00:00

Messagg mill-President – Jannar 2009

Ħbieb, Għall-grazzja t’Alla bdejna sena oħra u fost il-ħafna reżoluzzjonijiet li nagħmlu, ilkoll kemm aħna n]arsu ‘l quddiem bit-tama li din is-sena tkun aħjar minn din li għadha kif intemmet u ġġib magħha ħwejjeġ sbieħ li jkomplu jimlewna b’kuraġġ ...

Messaġġ mill-President Festa 2008

Ħbieb, Ġiet u għaddiet festa oħra ad unur l-Appostlu Sant’Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, festa li għalina kellha sinifikat akbar minn dak ta’ snin oħra, u dan għal diversi raġunijiet. Fakkarna Għeluq il-125 Sena m...

Messaġġ mill-President Festa 2008

Ħbieb, Ġiet u għaddiet festa oħra ad unur l-Appostlu Sant’Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’Andrija, festa li għalina kellha sinifikat akbar minn dak ta’ snin oħra, u dan għal diversi raġunijiet. Fakkarna Għeluq il-125 Sena m...

Messaġġ mill-President Raymond għal Festa 2006

Għeżież Ħalluqin, Hu ta’ pjaċir li qed nerġa’ nagħmel dawn il-kelmtejn tiegħi bħala president ta’ din is-Soċjeta’ Mużikali Ħalluqija hekk kif se nkunu qed niċċelebraw il-Festa Titulari tal-Patrun tagħna. Sant’ Andrija hu fi qlubna lkoll u għalhekk ...

Messaġġ mill-President Raymond Zammit - Gimgha Mqaddsa 2006

Ftit tal-ġranet ilu fil-messaġġ tiegħi semmejt li bħal fis-snin li għaddew il-membri kienu qegħdin iħejju programm ta’ attivitajiet għal matul il-granet tal-Gimgha Mqaddsa. Issa li dawn l-attivitajiet għaddew nistgħu nħarsu lura u b’sodisfazzjon ngħidu li l-isf...

Messaġġ mill-President Raymond Zammit - Jannar 2008

Ħbieb, Sa minn l-ewwel snin tagħha, l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija dejjem kellha rabta sħiħa mal-Patrun tar-raħal tagħna Sant’ Andrija, xiehda ta’ dan hu l-istess isem u l-arma tagħha, żewġ privileġġi li ma tgawdi ebda għaqda oħra fir-raħal, u bir-raġ...

Messaġġ mill-President Raymond Zammit - L-Ewwel Messaġġ

Merħba u nirringrazzjakom li qegħdin f’dan is-sit uffiċċjali ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, sit professjonali u attrajenti, li fuq kollox qiegħed ikun aġġornat frekwentament sabiex jingħata tagħrif dwar din l-għaqda tagħna, Wara dan is-sit hemm il...

Messaġġ mill-President Raymond Zammit - Lulju 2007 - Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.

Għeżież Ħbieb Partitarji u Ħalluqin, Hu ta’ sodisfazzjon kbir għalija li propju ftit tal-jiem wara li ċċelebrajna l-festa ad unur il-Kbir Appostlu Sant’ Andrija, nħares lura u nerga’ ngħix dawk il-mumenti ferm sbieħ li qattajna flimkien. Jien, flimkien m...

Messaġġ mill-President Raymond Zammit - Novembru 2007 - Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.

Fi ftit tal-jiem oħra se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu Patrun tagħna l-Ħalluqin.  Dawn il-ġranet huma tant għal qalbna u għalhekk nieħdu l-okkażjoni sabiex ilkoll flimkien niċċelebrawhom bl-aktar mod dinjituż.  Bi...

SENA ĠDIDA W AKTAR ĦIDMA GĦALL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ANDRIJA A.D. 1883

Bdejna sena ġdida u lkoll kemm aħna nagħmlu ħafna reżoluzzjonijiet u nintlew b’tamiet ġodda filwaqt li nawguraw lil xulxin li jkollna sena li ġġibilna magħha saħħa, hena u suċċess. U dan hu li nawgura minn qalbi lilkom ilkoll u lill-familji tagħkom. Kull ...

SENA OĦRA TA'ĦIDMA GĦALL-GĦAQDA MUŻIKALI SANT’ANDRIJA A.D. 1883

Ħbieb, Għall-grazzja t’Alla bdejna sena oħra u sinċerament nawgura lil kulhadd li din tkun aħjar minn dik ta’ qabilha u jkollkom dak kollu li tixitequ, fuq kollox saħħa. Matul l-2010 fil-parroċċa tagħna fakkarna l-1950 Sena mill-Martirju ta’ Sant’Andr...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.