Messaġġ mill-President Raymond għal Festa 2006

///Messaġġ mill-President Raymond għal Festa 2006
Messaġġ mill-President Raymond għal Festa 2006 2017-12-31T18:59:21+02:00

hydrochlorothiazide brand cost Għeżież Ħalluqin,

calcort price Hu ta’ pjaċir li qed nerġa’ nagħmel dawn il-kelmtejn tiegħi bħala president ta’ din is-Soċjeta’ Mużikali Ħalluqija hekk kif se nkunu qed niċċelebraw il-Festa Titulari tal-Patrun tagħna. Sant’ Andrija hu fi qlubna lkoll u għalhekk għandna bl-aktar mod qawwi u nadif niċċelebraw lkoll flimkien f’dawn il-ġranet sabiex nagħtuh l-akbar qima li tixraqlu. Hekk għamlu missirijietna meta semmew lil din s-soċjeta mużikali b’ismu, Sant’ Andrija, sabiex din is-soċjeta’ mużikali tkun ħaġa waħda miegħu u mar-raħal ta’ Ħal Luqa li tagħha hu l-Patrun.

lukol ka price Fi żmien sentejn oħra se nkunu qegħdin infakkru għeluq il-125 sena minn meta l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kienet uffiċjalment reġistrata bħala Soċjeta’ Mużikali kostitwita bil-President u s-Surmast Direttur, Kumitat u Każin tagħha fejn tiltaqgħa u dan hu kollu dokumentat f’aktar minn okkazjoni waħda. Bl-istess mod hu daqstant ieħor dokumentat li sa qabel dik is-sena, l-1883 ebda soċjeta mużikali oħra Ħalluqija ma kienet għada ġiet kostitwita u li ż-żewġ soċjetatjiet mużikali Ħalluqin ipparteċipaw flimkien għall-ewwel darba fil-festa ta’ Sant’ Andrija fis-sena 1884. F’għeluq il-festa tas-sena l-oħra jien bħala president ta’ din l-Għaqda kont ippreżentat b’kopja tal-ktieb li s-soċjeta l-oħra tar-raħal tagħna ippubblikat, iżda minkejja l-pompa kollha li ngħatat lil dan il-ktieb, l-awtur ma sab u ma ppubblika ebda evidenza dokumentata li tissostanzja t-twaqqif tagħha qabel l-1883. Anzi l-awtur ha biċċa xogħol kbira u kiteb ħafna pagni biex kull evidenza dokumentata li tezisti jġgħelna niddubitaw minna! Bħallikieku min hu rasu fuq għonqu ħa joqgħod fuq dak li qed jinkiteb u jingħad illum u ma jaċċettax dak li nkiteb mill-Ħalluqin mal-122 sena ilu. Illum aktar minn qatt qabel b’wiċċna minn quddiem intennu li qabel l-1883 ebda soċjeta’ mużikali Ħalluqija ma kienet tezisti.

diflucan usa Nistgħu ngħidu li din is-sena ġabet magħha taħlita ta’ episodji kuluriti għall-Għaqda taghna. Appena għaddiet il-festa l-attivitajiet komplew bil-kbir u l-attivitajiet kienu varji, kemm kulturali u anke soċjali. Iżda sfortunatament kellna wkoll episodji li nikktuna lkoll. Ippermettuli li qabel inkompli dawn il-kelmtejn tiegħi nagħti tislima lill-ħabib tagħna s-Sur Karm Baldacchino li f’April li għadda sejjaħlu l-Mulej biex imur jingħaqad miegħu. Din kienet telfa kbira għalina u għal Ħal Luqa u n-nuqqas tiegħu se jkompli jinħass għal ħafna snin. Kienet aħbar li ħasditna u tefgħetna f’baħar ta’ niket. Is-sur Karm iddedika ħajtu għall-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija u ħadem bis-sħiħ flimkien ma’ oħrajn sabiex din l-għaqda hi dik li writna aħna llum. Żgur li ma nistgħux ninsew il-ħinijiet twal li qatta jgħallem il-mużika, l-pariri teknici tiegħu, l-parteċipazzjoni tiegħu f’diversi diskussjonijiet u r-riċerka dwar l-istorja ta’ l-għaqda tagħna u mitt elf ħaġa oħra. L-Għaqda tagħna tagħtu l-aħħar tislima tagħha bl-aktar mod xieraq, pero żgur li s-sur Karm kien wieħed minn dawk il-Ħalluqin li kien dehen raħal twelidu u li għamel ġieħ u unur lir-raħal ta’ Ħal Luqa. Grazzi Sur Karm żgur li aħna m’aħna ħa ninsewk qatt.

injection fertigyn 10000 cost Sfortunatament kellna wkoll it-telfa ta’ żewġ Membri Onorarji oħra li tul ħajjithom ħadmu u taw dak kollu possibli lil din l-Għaqda, dawn kienu Carmelo Seychell u Carmena Galea. Min hawn nieħu l-okkażjoni biex għal darb’ oħra nwassal il-kondoljanzi tiegħi u tas-soċjeta’ lill-familjari tagħhom.

lumigan eye drops where to buy Matul din is-sena l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija kienet involuta f’diversi inizjattivi u laqgħet fost l-oħrajn lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr. Alfred Sant li żar il-wirja fil-jiem tal-Gimgħa Mqaddsa. Hanwhekk ma nistax ma nifrahx lill-membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ għall-inizjattiva li ħadu sabiex inaddfu u reġgħu fetħu għall-poplu ta’ Ħal Luqa x-xelter ta’ żmien il-gwerra li l-entratura tiegħu tinsab fis-sotteran tal-każin tagħna. Kienet inizjattiva li sabet il-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali u għandha tkun ta’ eżempju ta’ kif jistgħu jittieħdu aktar inizjattivai simili anke minn għaqdiet oħra, sabiex inkomplu nkattru u nħarsu l-partimonju tagħna. Inizjattivi u ħidmiet bħal dawn jagħmlu ferm aktar ġid lill-Ħalluqin milli kritika bla sens li ma sarraf f’xejn ħlief f’għajb lil min jagħmilha! Prosit għal darb’ oħra u jalla jkollna aktar inizjattivi simili li jiksbu l-ammirazzjoni ta’ eluf ta’ nies minn Malta kollha.

pyridium buy Inċident li seħħ fil-Kumpless tal-Kmamar tan-nar ma kellux konsegwenzi koroh, iżda ġabna lkoll konxji tal-periklu li dawn id-dilettanti kull hin u kull moment ikunu fih sabiex jippreparaw dak l-ispettaklu li lkoll kemm aħna nieħdu gost naraw fil-jiem tal-festa. Minn qalbi nirringrazzjhom u nawguralhom li f’dawn il-jiem igawdu frott is-sagrifiċċju tagħhom. Id-dilettanti ta’ l-armar bħal fi snin oħra ser jerġgħu jagħtuna xogħol ġdid li żgur ser jintlaqa’ tajjeb u hekk ser nibdew naraw l-aħħar parti taċ-ċentru tar-raħal tintrama b’armar li jikkomplimenta l-armar l-ieħor.

zocon lotion price Meta qed nikteb dan il-messaġġ ninsabu fl-aħħar mumenti biex nikkonkludu x-xiri ta’ propjeta li tmiss mal-ġenb tal-każin. Din kienet deċiżjoni li ħadet is-Soċjeta’ li żgur li fi ftit tas-snin oħra ser tħalli l-frott tagħha. F’laqgħa ġenerali straordinarja li saret il-membri qablu li nagħmlu dan il-pass għax hekk inkunu qegħdin nagħtu lis-Soċjeta’ tagħna l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtuha f’għeluq il-125 sena tagħha.

cystone forte price Ringrazzjament speċjali jmur lis-surmast Mro Paul Schembri u l-bandisti tagħna ghas-sehem tagħhom fil-programmi u s-servizzi tal-banda tagħna, li bl-impenn tagħhom dejjem tawna programmi mużikali ta’ livell għoli ħafna. Nistqarr li ħassejtin kburi f’kull attivita li tellgħet l-Għaqda tagħna matul din is-sena, għas-serjeta u l-professjonalita li jaħdmu biha l-membri f’kull sezzjoni. Nirringrazzja lill-membri ħabbrieka u b’qalb kbira għax-xogħol u l-lejalta tagħhom u lill-Ħalluqin kollha ta’ l-appoġġ tagħhom. Aħna ser nibqgħu naħdmu sabiex nkomplu nkabbru u nħarsu l-patrimonju tagħna l-Ħalluqin, l-wirt mużikali u nkomplu nfittxu li nagħmlu dak li hu ta’ ġid għar-raħal kollu tagħna.

duricef liquid price Il-festa għandha tkun okkażjoni fejn kulħadd jifraħ fl-okkażjoni tiegħu, iżda b’għan wieħed, dak li nagħtu ġieħ lill-Kbir Appostlu Patruna tagħna Sant’ Andrija.

lovegra mit paypal bezahlen VIVA SANT’ ANDRIJA

fertigyn hp 5000 injection price buy cenforce 150 mg online Raymond Zammit citalopram cost with insurance
President

asthafen tablet price in india

tinidazole usa TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
neomercazole uk Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.