Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Lulju 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.

///Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Lulju 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.
Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Lulju 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna. 2017-12-31T19:07:41+00:00

Għeżież Ħbieb Partitarji u Ħalluqin,

Hu ta’ sodisfazzjon kbir għalija li propju ftit tal-jiem wara li ċċelebrajna l-festa ad unur il-Kbir Appostlu Sant’ Andrija, nħares lura u nerga’ ngħix dawk il-mumenti ferm sbieħ li qattajna flimkien. Jien, flimkien mas-Segretarju Pierre Fava, l-Kaxxier George Mifsud, l-membri kollha tal-Kumitat, s-sezzjonijiet u numru kbir ta’ żgħażagħ, nisa, irġiel u tfal, ilkoll partitarji ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, ĊĊELEBRAJNA FESTA KBIRA F’ARMONIJA, GĦAQDA U DIXXIPLINA KBIRA. GRAZZI, GRAZZI KBIRA LILKOM ILKOLL GĦALL-FESTA LI GĦAMILNA LILL-KBIR APPOSTLU SANT’ ANDRIJA PATRUN TA’ ĦAL LUQA U TA’ L-GĦAQDA TAGĦNA.

Il-mumenti li qattajna flimkien, kemm gewwa l-Knisja Parrokkjali għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u anke waqt iċ-ċelebrazzjonijiet esterni kienu xiehda ta’ maturita kbira li tagħmel ġieħ kemm lill-Għaqda tagħna u anke lil Ħal Luqa. Kullmin ġie minn irħula oħra biex jassisti għall-Festa tagħna kollha kellhom kliem ta’ tifħir, kemm għal prodott li offrejna f’marċi, briju, nar u armar u anke għall-atmosfera trankwilla li rrenjat tul il-jiem kollha tal-Festa.

Sfortunatament, f’dawk il-jiem ta’ ferħ kellna ngarbu jiem ta’ niket ukoll, meta tħabbret il-mewt tal-maħbub tagħna Gianmari Busuttil. Kienet deċiżjoni unanima li sabet l-appoġġ assolut tal-membri u nista’ ngħid tal-poplu Ħalluqi li filwaqt li nagħtu tislima xierqa lil dan ir-raġel, inħassru wkoll iċ-ċelebrazzjonijiet esterni li kienu programmati fil-jum tal-funeral tiegħu. Gianmari tant ħadem għall-festa ta’ Sant’ Andrija li kienet ħaġa sabiħa li dan jingħata l-aħħar tislima propju fil-jiem meta l-pjazza u t-toroq kienu armati għall-Festa. Tajnieh tislima xierqa bħala wieħed li tul ħajtu ħadem bla waqfien għall-Għaqda tagħna u qatt ma ċaħadha. F’isem sħabi kollha u l-partitarji għal darb’ oħra nerġa’ nwassal il-kondoljanzi tagħna lil martu, uliedu u l-familjari kollha tiegħu. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta’ dejjem.

Jekk nagħtu ħarsa lejn l-attivitajiet tal-Festa kemm dawk li kellna matul dik il-gimgħa kif ukoll dawk li ġew qabel u anke wara, jiġifieri l-Lejla a la Ħalluqija u l-Għada tal-Festa b’wiċċna minn quddiem ngħidu li kienu suċċess enormi minn kull aspett. Minn qalbi nirringrazzja lill-uffiċjali sħabi, u l-membri l-oħra kollha fil-kumitat, lis-surmast Mro. Paul Schembri u l-bandisti kollha, lid-dilettanti ta’ l-armar, lil tan-nar, liż-żgħażagħ u lin-nisa għall-ħidma tagħhom tul is-sena kollha speċjalment fil-jiem tal-festa. Tapprezzaw ilkoll li sabiex tagħmel festa bħal dik li nagħmlu f’Ħal Luqa jfisser li numru kbir ta’ nies jagħmlu sagrifiċċji kbar tul sena sħiħa, ħafna drabi anke f’periklu kontinwu. Għaldaqstant hu sewwa li lkoll nuru li napprezzaw dan. Żgur li s-suċċess hu dovut lilhom ilkoll. Grazzi lilkom ilkoll f’isem il-Ħalluqin kollha.

Nixtieq nieħu l-opportunita sabiex nirringrazzja lill-W. Rev. Kappillan Dun Karm Camilleri u l-kleru kollu u nifirħilhom għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tant solenni li kellna fil-knisja u għall-għajnuna kollha tagħhom. Nirringrazzja wkoll lil dawk il-voluntiera kollha li ħadmu sabiex il-Knisja Parrokkjali tagħna ntramat kif jixraq għall-Festa. Lis-Sindku s-Sur Johnny Schembri, l-Viċi Sindku u l-kunsilliera kollha ta’ l-appoġġ u l-għajnuna tagħhom u fl-aħħar u mhux anqas lill-membri tal-Korp tal-Pulizija.

Issa li għaddiet il-festa, ħarsitna tmur ‘il quddiem, lejn festa oħra, il-Festa li ser tfakkar il-125 Sena Anniversarju ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija. Fi ftit tax-xhur oħra ser nibdew iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta magħha, ċelebrazzjonijiet li se jkunu mifruxa tul is-sena 2008 kollha, bil-qofol jintelħaq fil-jiem tal-Festa Titulari tal-Patrun Sant’ Andrija. Konvint li dawn se jkunu festi, li bl-għajnuna tagħkom, jibqgħu jisemmew bħalma kienu dawk kollha li ġew qabel. Il-festa ta’ din is-sena kienet il-preludju ta’ dak li hu ġej. L-awgurju tiegħi hu wieħed, dak li nibqgħu magħqudin bħalma konna dejjem, għax fejn hemm l-għaqda hemm is-saħħa u t-trankwilita u hekk nagħmlu żgur li jkollna suċċessi kbar bħalma kellna dejjem.

Minn qalbi Grazzi u saħħiet.

Ray Zammit
President

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
generic claritin - loratadine (10mg) - 100 tablets Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.