Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Novembru 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.

///Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Novembru 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna.
Messaġġ mill-President Raymond Zammit – Novembru 2007 – Fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ l-Appostlu Sant’ Andrija, Patrun ta’ Ħal Luqa u ta’ l-Għaqda tagħna. 2017-12-31T19:08:22+00:00

Fi ftit tal-jiem oħra se nkunu qed niċċelebraw il-festa liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu Patrun tagħna l-Ħalluqin.  Dawn il-ġranet huma tant għal qalbna u għalhekk nieħdu l-okkażjoni sabiex ilkoll flimkien niċċelebrawhom bl-aktar mod dinjituż.  Bi pjaċir kbir ser nilqgħu fostna l-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Pawl Cremona li se jżur il-Każin tagħna nhar it-Tlieta 27 ta’ Novembru, f’liema okkażjoni ser ikollna x-xorti li nġeddu l-Konsagrazzjoni ta’ l-Għaqda tagħna lill-Qalb Mqaddsa ta’ Ġesu’ u ta’ Marija. Il-Konsagrazzjoni tas-Soċjeta kienet saret mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fis-sena 1952, propju 55 sena ilu.

F’dawn il-ġranet li ġejjin ukoll ser nagħtu bidu għall-attivitajiet li se jfakkru t-twaqqif ta’ l-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija fir-raħal tagħna.  Dawn l-attivitajiet se jkunu mifruxa fuq perjodu ta’ sena sħiħa bil-qofol tagħhom jintlaħaq fil-ġimgħa tal-festa titulari u fil-jiem ta’ qabel.  L-attivitajiet se jkunu varji b’dawk prinċipali  jkunu marbuta mal-Banda Sant’ Andrija.

Is-Sezzjonijiet kollha qed iħejju diversi attivitajiet sabiex ifakkru dan l-anniversarju.  Minn qalbi nirringrazzja lil kull min jagħti sehmu f’din il-ħidma  u nistieden lil kulħadd sabiex jieħu sehem magħna fl-attivitajiet kollha.  Nixtieq ukoll nieħu din l-opportunita’ sabiex inwassal l-istedina tagħna lilkom għall-Kunċert Vokali u Strumentali li ser ittella’ l-Banda Sant’ Andrija fit-Teatru ‘Metanoia’ nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru.  Fl-aħħarnett nagħlaq billi nawgura lil kulħadd Milied ħieni u sena ġdida mimlija risq.

Is-Saħħa.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.