Surmastrijiet

//Surmastrijiet
Surmastrijiet 2017-12-30T22:26:43+00:00

Mro. Antonio Muscat Azzopardi (1932-1978)

ĦAJTU Anton Muscat Azzopardi kien iben Wenzu u Emilja. Kien twieled fit-23 ta’ Awissu 1903 fil-Belt Pinto Ħal Qormi, u miet f’jum il-Kunċizzjoni tal-1979. Kellu 76 sena. Fi tfulitu marda qalila żammitu erba’ snin fis-soda sa kważi wasslitu f’xifer il...

Mro. Carmelo Caruana (1927 - 2005)… iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija

Mro Carmelo Caruana twieled Hal Luqa fit-3 ta’ Novembru 1927 bin Gwann Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa izzewweg lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954. Kellu zewg ulied, bintu Joane u Joseph li hu ukoll muzikant u bandist ma diversi baned fos...

Mro. Caruana Spiteri

Is-surmast V. Caruana Spiteri, hekk kien jiffirma, twieled f’Ħal Luqa Malta, nhar l-4 ta’ Mejju 1896. Missieru kien jismu Ġużeppi Caruana u ommu Karmena Spiteri. Hu kien ir-raba’ fost ħames aħwa, żewġ ibniet u tlitt subien. Ġie mgħammed l-għada minn D...

Mro. Espedito Deguara, A.Mus.L.C.M- (1904-1994)

Nhar il-Gimgħa, 7 ta' Jannar, 1994, tħabbret il-mewt tas-Surmast Espedito Deguara, Membru Onorarju ta' l-Għaqda tagħna . Espeditu Deguara twieled iż-Żejtun fil-25 ta' Lulju, 1904, minn Marija nee Vella u Salvu Deguara, li kien mużicista. Huwa beda j...

Mro. Michael Pulis BMus, A(Mus)LCM, ALCM

Mro. Michael Pulis BMus, A(Mus)LCM, ALCM – Assistent Surmast Mro Michael Pulis twieled Ħal-Luqa fl-4 ta' Gunju ta' 1973 u huwa iben Nicholas u Jane nee Spiteri. Nistgħu ngħidu illi Michael ġej minn familja mużikali, fejn fost l-oħrajn insibu lil kuġ...

Mro. Paul Schembri

Mro Paul Schembri MISM MIWM Kien propju 30 sena ilu li s-Surmast tagħna Mro Paul Schembri ħa f’idejħ it-tmexxija tal-Banda Sant’ Andrija wara li rtira min din il-kariga Mro Anton Muscat Azzopardi. Nistgħu ngħidu li l-għażla tas-Surmast Paul Schem...

Mro. Salvatore Azzopardi (1892-1976)

Mro Salvatore Azzopardi twieled Ħal Luqa fil21 ta’ Jannar 1892 min Ġużeppi u Martina nee Bondin. Wara li ħa l-ewwel edukazzjoni tiegħu, kompla jistudja sakemm sar għalliem. Hu żżewweġ lil Franġiska Farrugia fl-1920 u kellhom sebat itfal. Kien ħabib kbir ...

Mro. Tommaso Galea (1829 - 1893)

Is-surmast Tommaso Galea twieled fil-parroċċa ta’ San Duminku, il-Belt Valletta nhar il-21 ta’ Diċembru 1829. Kien iben Lorenzo u Gratia Saison u kien it-tmien wild fost 9 aħwa. Tommaso kien fil-fatt ir-raba’ isem li ngħata fil-magħmudija tiegħu, iżda kif ta’...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.