Mro. Carmelo Caruana (1927 – 2005)… iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija

///Mro. Carmelo Caruana (1927 – 2005)… iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
Mro. Carmelo Caruana (1927 – 2005)… iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija 2017-12-31T20:23:24+00:00

MroCarmeloCaruanaMro Carmelo Caruana twieled Hal Luqa fit-3 ta’ Novembru 1927 bin Gwann
Battista u Giovanna nee’ Farrugia. Huwa izzewweg lis-Sinjura Evelina mill-Birgu fl-1954.
Kellu zewg ulied, bintu Joane u Joseph li hu ukoll muzikant u bandist ma diversi
baned fosthom l-banda taghna.

Minn ckunitu kellu rabta kbira ma’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija peress li
missieru kien attiv fil-kazin u membru fil-Kumitat. Missier is-Surmast Caruana ,
is-Sur Gio Batta Caruana kien ghal diversi snin Direttur tal-Kazin, kaxxier ,kif
ukoll President fi zmien l-Gwerra bejn l-1944 u 1945 u ghalhekk kien jiehu lil
ibnu l-kazin mieghu. Mro Carmelo Caruana ukoll kien membru tal-kumitat u serva
f’bosta karigi fosthom ta’ Segretarju u Arkivista. Kien membru fil-kumitat bhala
arkivista meta fl-1952 l-Ghaqda ghalqet 70 sena , u gie inwgurat l-kazin
prezenti flimkien ma strumentatura gdida u Arkivju Muzikali gdid. Propju fl-2002
meta l-Ghaqda fakkret l-50 sena min din il-grajja l-Ghaqda pprezentat memento
lilu kif ukoll lil Frans Mifsud, l’ unici tnejn li kien ghadhom hajjin min dak
il-kumitat. Mro Carmelo Caruana kien wiehed minn ta’ l-ewwel li nhatar Membru
Onorarju tal-Ghaqda taghna.

Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro Carmelo Caruana kienet dik fil-kamp
muzikali. Kif kienet drawwa f’dawk iz-zminijiet, jigifieri ftit qabel it-Tieni
Gwerra Dinjija. Membri jew Bandisti kienu jghallmu dak li jafu lil ohrajn. Ma
kienx hawn skejjel tal-muzika. Fil-kas ta’ Mro Caruana kien propju missieru Gan
Patist , li kien muzikant, li beda jghallmu. Maestro Vincenzo Caruana Spiteri,
ukoll iben l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija kien iz-ziju tieghu, hu missieru.
Mal-Banda Sant’ Andrija huwa hareg idoqq bil-kwartin. Kompla l-istudji tieghu
ghand Mro Antonio Muscat Azzopardi u wara tghallem l-armonija u l-vjolin that
Mro Agostino Camilleri.

Ghal zmien twil kien jifforma parti mill-Kappella tas-Surmast Lorenzo Galea
tal-Birgu u tas-Surmast Camilleri, maghrufa ghal hafna servizzi religjuzi
f’diversi knejjes ta’ Malta u Ghawdex. Beda l-karriera tieghu bhala Surmast
mal-Banda Sant’ Andrija fejn dan idderiega ghal diversi darbi bhala
‘co-director’ tal-banda. L-ewwel darba li dderiega l-Banda Sant’ Andrija
ufficjalment bhala sostitut tas-Surmast A. Muscat Azzopardi kien fil-15
t’Awwissu 1949, min dakinhar dderiega lil Banda ghal bosta drabi Is-Surmast
prezenti ta’ dak iz-zmien Mro Antonio Muscat Azzopardi kien jemmen li s-Surmast
Caruana kellu talent muzikali kbir u ghamel min kollox biex jghin lil dan
it-talent johrog fil-berah. Kienet drawwa ta’ Mro Antonio Muscat Azzopardi li
jrawwem lil Mro Caruana billi jhallieh jidderiegi l-kuncerti tal-Banda. Kont
tarhom wara l-kuncert jiddiskutu l-muzika maghzula, kif ukoll d-direzzjoni.

Wara l-Gwerra b’Malta prattikament kollha mgarrfa , l-Banda Sant’ Andrija dejjem
baqghet attiva bil-kuncerti. Mro Carmelo Caruana flimkien ma diversi bandisti
kienet l-hena taghhom li johorgu l-muzika u jdoqqu kuljum kull filghaxija.
Apparti Mro Carmelo Caruana (kwartin) trawmu diversi bandisti eccezzjonali
fosthom is-Surmast presenti tal-Banda Sant Andrija’ Mro Paul Schembri
(Euphonium), John Calleja (kurunetta) , GianMari Busuttil (Baxx) , Guzeppi
Bartolo (Trumbun) u diversi ohra. Bandisti ta’ talent kbir li Mro Caruana gharaf
juza is-servizzi taghhom kemm dam Surmast ta’ Baned ohra madwar Malta.

Drawwa ohra li ghenet ittejjeb it-talent tal-Mro Caruana kienet li Mro Muscat
Azzopardi kien jixtri diversi partituri orkestrali biex jigu rrangati ghal Banda
taghna kif ukoll ghall-Banda l’Isle Adam tar-Rabat fejn Mro Muscat Azzopardi
kien ukoll Surmast. Kien ihalli f’idejn Mro Caruana biex jirranga l-muzika. Mro
Carmelo Caruana zgur jibqa maghruf ghal kompozizzjonijiet u arrangamenti
muzikali li ghamel ghal baned.

Meta kont tidhol fl-istudju tieghu fejn kien jikkomponi u jirranga kont thoss li
dhalt f’tempju tal-muzika. Kull fejn iddawwar wiccek tara kotba, partituri ,
CD’s kollox marbut mal-muzika. Impressjonanti l’ammont ta’ arrangamenti li kellu
arkivjat , kif ukoll jimperssjonak ghax meta kont issaqsih ghal xi bicca muzika,
kien jghidlek, “ Iva ghandi zewg arrangamenti”. Hu ipprepara tant xoghlijiet
muzikali biex setghu jkunu esegwiti mill-banda kemm dik immexxija minnu kif
ukoll minn baned ohrajn. Xiehda ta’ dan Mro Carmelo Caruana nhatar Maesto
Onorarju ta’ diversi baned ma’ Malta. Fost dawn nsibu bla dubju lil Ghaqda
Muzikali Sant’ Andrija , Banda Beland taz-Zejtun, ta’ Birzebbugia, ta’ Bormla,
ta’ Hal Qormi, kif ukoll ta’ San Lawrenz tal-Birgu.

Ghat-talenti muzikali tieghu kien maghzul bhala Surmast tal-Banda Maria Mater
Gratiae ta’ Haz Zabbar fl-1963 u dam ghal ghaxar snin Surmast. Fl-1969 ma din l-istess
banda dderiega l-Innu Kantata lill-Appostlu Sant’ Andrija nhar il-Festa f”Hal
Luqa.

Kien fl-1973 meta biex inghaqad bhala Surmast tal-King’s Own kellu jhalli
l-Banda ta’ Haz Zabbar. Fil-kazin tal-Banda tal-Belt huwa ga kien ilu aktar minn
ghaxar snin bhala Assistent, jghallem l-aljievi u jassisti lis-Surmast l-Maggur
Anthony Aquilina. Kien ukoll bandist ma’ din il-banda fejn kien jdoqq
il-klarinett Piccolo. L-ewwel darba li dderiega l-King’s Own kienet fil-Festa
tal-Madonna tal-Gilju fl-Imqabba fl-1973. Sena wara fl-1974 gie celebrat
ic-Centenarju mit-twaqqif tas-Socjeta u Banda King’s Own. Il-King’s Own that id-direzzjoni
ta’ Mro Carmelo Caruana esegwiet program fit-Teatru Manoel fejn daqqet is-Sinfonija
Struensee ta’ Mayerbeer u Sinfonija ‘Dal Nuovo Mondo’ ta’ Dvorak li kollha
spiccaw b’applawsi kbar. Min dakinhar il-quddiem kienu biss successi
bil-programmi li ta’ kull sena l-Banda Cittadina King’s Own kienet tesegwixxi
madwar Malta u Ghawdex, kif ukoll fil-programmi gewwa l-Istitut Kattoliku
fil-Furjana. Nistghu nghidu li l-maggoranza tal-karriera muzikali tieghu nafuha
ma’ din il-banda fejn dam ghal 29-sena shah. Fl-2002 kellu jirtira ghal
ragunijiet ta’ sahha, bhala apprezzament tal-hidma li ghamel ma-din il-Banda l-kumitat
hatru bhala Surmast Emeritus.

Mro Carmelo Caruana kien ukoll Surmast tal-Banda Kristu Re’ ta’ Rahal Gdid bejn
l-1987 u 1993.

Ghal sittax-il sena mexxa wkoll il-Banda tat-Tarzna fejn kien impjegat bhala
‘draughtsman’.

Huwa dejjem hadem biex ikattar u jghallem is-sbuhija tal-muzika. Hafna jiftakru
il-programm ta’ Peter Paul Ciantar ‘Siesta’ kuljum wara nofsinhar fuq FM Bronja.
Dan kien program radjofoniku fejn l-Maltin kienu jitolbu biex jindaqqu diversi
bcejjec ta’muzika klassika. Kull nhar ta’ Hamis is-Sur Ciantar kien icempel lil
Mro Caruana biex fuq ir-radju jiddiskutu dwar xi kompozitur partikolari. Ukoll
waqt il-kuncerti kien jhobb jispjega dwar il-muzika li ser tindaqq.

L-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija dejjem sabet l-appogg tas-Surmast Carmelo
Caruana. Kien jigi bil-qalb kollha jiltaqa ma shabu membri tal-Ghaqda taghna.
Kull meta is-Socjeta’ kellha bzonn xi bicca muzika dan kien jghaddiha lil
arkivista ‘senza interessi’. Ukoll kull meta fil-ftit okkazjonijiet is-Surmast
prezenti kien jkun ndispost huwa kien jidderiegi l-banda minfloku. Kien dejjem
unur li banda tkun diretta f’xi okkazjoni minn Surmast ta’ dik il-kwalita’
specjalment min bniedem li ghamel isem ghal Hal Luqa madwar Malta kollha.

Mro Carmelo Caruana miet nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar 2005 fl-omor ta’ 78 sena.
Il-Funeral sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Rahal Gdid. Fil-funeral tieghu hadu
sehem zewg baned Maltin. Il-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid , b’korteo gewwa
Rahal gdid. Kif ukoll sar Korteo iehor gewwa rahal twelidu, Hal Luqa, bil-Banda
Sant’ Andrija. Diversi kienu l-baned li gew bl-istandard taghhom, apparti l-Ghaqda
Muzikali Sant’ Andrija u L-Banda Kristu Re ta’ Rahal Gdid li daqqew kien hemm
rappresentati dawn il-baned, il-King’s Own Band tal-Belt Valletta, l-Banda
Beland taz-Zejtun, Isle Adam tar- Rabat, Banda San Lawrenz u Prince of Wales
tal-Birgu, Lilly Band u Sta Marija tal-Mqabba, Banda Sta Katerina taz-Zurrieq,
San Guzepp ta’ Hal Ghaxaq, Santa Marija tal-Qrendi u Nicolo Isourd tal-Mosta.
Dan kollu b’turija ta’ rispett kbir li kellu dan is-surmast mill-komunita
bandistika Maltija.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.