Ħal-Luqa u Ġrajjietha

/Ħal-Luqa u Ġrajjietha
Ħal-Luqa u Ġrajjietha 2018-01-06T22:10:25+00:00

L-Evoluzzjoni tal-Knisja ta’ Ħal Luqa

L-Ewwel Knisja Il-knisja ta’ Ħal Luqa għaddiet minn evoluzzjonijiet kbar matul żminijiet l-imgħoddija. Ir-raħal ta’ Ħal Luqa nqata’ parroċċa għalih fl-1634 u f’din l-istess sena bdiet tinbena l-ewwel knisja ta’ Ħal Luqa. Dun Ġulju Muscat ġie maħtur bħ...

L-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu fl-Awstralia

Fl-aħħar ta’ Novembru tiġi ċċelebrata l-Festa liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu. Mhux biss f’Ħal Luqa jgħixu l-Halluqin. Dan b’mod speċjali lejn sħabna emigrant Ħal Luqin fl-Awstralja li fil-bidu ta’ Novembru jorganizzaw Festa ad Unur Sant’ Andrija....

L-iScouts f’ Ħal-Luqa

Għal ħabta ta’ 1935 ingħata bidu għat-twaqqif tal-Moviment ta’ l-Iscouts f’Ħal Luqa mis-Sur Johnny Cole bħala Scout Master u s-Sur Meli. Dawn kienu it-tnejn mir-Raħal Ġdid u kienu jiġu f’garaxx fi Triq il-Ġdida f’Ħal Luqa sabiex jiktbu ż-żgħażagħ u t-tfal ...

L-Istatwa tal-Qaddisa Massimilla f'Ħal Luqa

Fl-2005 sar restawr ta' l-istatwa tal-Qaddisa Massimilla li tintrama fi Triq il-Karmnu, Ħal Luqa, biswit il-kappella ta' Santa Marija tal-Ftajjar. Sar restawr ukoll tal-pedestall ta' din l-istatwa. L-Għaqda Mużikali Sant'Andrija ta' Ħal Luqa tieħu ħsie...

Luqa Football Youth Nursery

Issieħeb mal-Football Nursery ta’ Ħal Luqa u għamel użu mill-faċilitajiet billi torganizza logħbiet bejn il-ħbieb f’dwan il-pitches.

Ritratt bi Storja

Xi kultant naraw ritratti li, wara li nkunu forsi tajnihom daqqa t'għajn ħafifa, ninsewhom għal kollox. Mill-banda l-oħra, hemm dawk ir-ritratti, li għal xi raġuni, li xi kultant l-anqas biss nirrejalizzawha, jolqtuna b'mod li jibqgħu iqajjmu fina kurżit...

San Ġorġ Preca u Ħal Luqa

Il-beatu Malti Dun Ġorġ Preca se jsir Qaddis nhar il-Ħadd, 3 ta' Ġunju f'Ruma. Dan ħareġ mill-Konċistorju tal-Kardinali dwar il-kanonizzazzjoni tal-ħames beati, fosthom Dun Ġorġ Preca, li sar fit-23 ta’ Frar 2007, fil-Vatikan. Il-Konċistorju ssejjaħ mill...

Tlett Statwi fuq il-faċċata tal-Knisja

Fil-parti tan-nofs tal-faċċata tal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa nsibu tliet statwi li huma r-redentur li nsibuh fin-nofs fuq Pedestall u żewġ statwi fil-ġnub. Dawn jirrapreżentaw il-Fidi u t-Tama. L-istatwi huma xogħol Franġisku Saverju Sciortino....

Tliet Arkitetti Ħalluqin tas-Seklu Sbatax u Tmintax

Lejn l-aħħar tas-seklu 17 u bidu tas-seklu 18, Ħal Luqa tat lil Malta tliet arkitetti li taw kontribut kbir lill-istorja ta' l-arkitettura Maltija u l-ambjent mibni. Kien fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann, u l-Maltin kull meta kellhom il-mezzi u minħabba l-ħil...

Tliet Knejjes Żgħar f'Ħal Luqa u l-Kwadri Titulari tagħhom

Il-Knisja ta' San Gakbu Fit-triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa limiti ta’ Ħal Luqa hemm il-knisja żgħira ta' San Gakbu. Il-knisja oriġinali ddedikata lil dan l-appostlu nbniet għal ħabta ta' 1-1550 iżda ma kinetx fl-istess post fejn tinsab illum, iżda fl-in...

Xogħol Mattia Preti F’Ħal Luqa

Mattia Preti (1613-1699) – Bijografia Mattia Preti twieled f'Taverna fiI-Provincja ta' Catanzaro ġewwa l-Kalabrija fl-1613 minn familja nobbli li sintendi setgħet timbuttah'il quddiem faċilment. L-edukazzjoni kattolika u fl-istess ħin privileġġjata tiegħu,...

Żewġ Sunetti Antiki f’Ġieħ Sant’ Andrija

F' Il-Ħabbar Malti tal-ĠimgHa, is-6 ta' Diċembru, 1878, dehru żewġ sunetti, wieħed bil-Malti u l-ieħor bit-Taljan, iddedikati lil Sant' Andrija Appostlu u Martri, meqjum fil-Parrocca ta' Ħal Luqa (ref 1) . Dawn is-sunetti kienu xogħol is-Sur Klement ...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.