Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija u t-370 Sena tal-Parċċa – 2004 – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija u t-370 Sena tal-Parċċa – 2004

//Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija u t-370 Sena tal-Parċċa – 2004
Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija u t-370 Sena tal-Parċċa – 2004 2018-01-06T22:28:50+00:00

Is-sena 2004 kienet timmarka għeluq 370 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna u għal dan l-anniversarju is- Sezzjoni Żgħażagħ ħasbet biex tippubblika ktieb mimli storja u ritratti storiċi li juru minn xiex għaddiet il-knisja tagħna tul dawn is-snin. Il-pubblikazzjoni ta’ dan il-ktieb kellha ssir fil-jiem tal-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija.

Il-preparazzjoni għal din il-pubblikazzjoni bdiet fis-sajf fejn wara li nfurmajna lill-Kappillan fejn tagħna kull għajnuna possibbli u nkurraġiena għal din l-inizjattiva tagħna, kellimna lis-Sur Anton Morana fejn flimkien żviluppajna l-kontenut tal-ktieb. Bdejna billi ħadna diversi ritratti filknisja ta’ għamara u oġġetti sagri oħra li b’xi mod jew ieħor illum inqerdu u fadal biss fdalijiet minnhom.

Il-ktieb kien imqassam f’erba’ partijiet: l-ewwel parti artiklu miktub minn Dun Ġużepp Micallef li kien kiteb fil-Pronostiku Malti fl-1983 ftit qabel ma miet, flimkien ma’ ritratti tal-knisja minn ġewwa u minn barra tul iż-żminijiet fosthom il-knisja fil-gwerra u anke il-bini mill-ġdid tal-knisja. It-tieni parti kienet kronoloġija tal-ġrajjiet li seħħew f’dawn it-370 sena flimkien ma’ diversi ritratti ta’ fdalijiet ta’ opri sagri li llum m’għadhomx jidhru. Hawnhekk wieħed jara il-kor tal-knisja kif kien sal-gwerra. Il-kor kien għadu ma ntmissx bħal bqija tal-knisja li ġa kienet tneħħiet ħafna mill-iskultura barokka li kien hemm. Sfortunatament minn dawn il-biċċiet ta- l-iskultura kull ma fadal xi ħaġa fiċ-ċimiterju ta- Wied il-Knejjes fejn hemm ukoll l-istatwi li kien hemm qabel ma nbnew in navi. It-tielet parti kienet artiklu minn Anton Morana fuq il-Patrimonju artistiku tal-knisja. U l-aħħar parti informazzjoni fuq l-istatwa artistika ta- Sant- Andrija kif ukoll ritratti ta- din l-istatwa kemm qabel ir-restawr tal-1913 kif ukoll kif nafuha llum.

Kien nhar il-Ġmgħa 26 ta-Novembru meta saret il-preżentazzjoni tal-ktieb fis-sala tal-każin mistiedna kienu l-kleru kollu li ħadem fil-parroċċa tagħna personalitajiet mill-qasam ta- l-arti, Dr Mario Tabone, Chairman tal-Heritage Malta kif ukoll l għaqdiet Ħalluqin. Wara kelmtejn mis-Sur Anton Morana, il-President tas- Soċjeta’ u l-Kappillan, għamel kelmtejn ukoll Dr. Mario Tabona fejn faħħar din l-inizjattiva u ħeġġeġ biex dawn it-teżori jiġu preservati tajjeb bħal f’xi Mużew. Huwa wiegħed ukoll kull għajnuna mill-Heritage Malta. Wara saret il-preżentazzjoni tal-ktieb mill-edituri tiegħu lill-President tas-Soċjeta’ li wara preżentah lill-Kappillan u lill-Kleru kif ukoll lis-sindku, kunsilliera u lill-mistiedna f’dik il-lejla. Nhar it-30 ta- Novembru proprju fil-Festa Liturġika ta- Sant- Andrija ġejna mistiedna fuq il-Programm Kulturali ‘Meander’ fuq TVM fejn tajna ħarsa ħafifa lejn ilkontenut ta’ dan il-ktieb.

Dan il-ktieb serva sabiex il-poplu Luqi ssir jaf bil-patrimonju li kellha l-knisja tagħna li sfortunatament minħabba l-gwerra u minħabba nuqqasijiet oħra li kien hawn matul iż-żminijiet intilfu ħafna oġġetti artistiċi. Iżda il-ħsieb wara dan kollu kien sabiex nqajmu kuxjenza forsi xi darba jkun possibli li jsir mużew sabiex ma jkomplux jinqerdu affarijiet antiki li llum saru teżori.

Fl-aħħarnett nixtieq nirringrazzja lill-WR Kappillan ta- l-għajnuna li tana kif ukoll lis-Sur Anton Morana tal-ħsieb u l-għajnuna li tagħna waqt il-preparazzjoni tal-ktieb kif ukoll lil kull min sellifna xi ritratti u għajnuna oħra biex stajna noħorġu din ilpubblikazzjoni.

http://larryhefner.com/comments/feed/ Programm Mużikali fid-29 ta- Novembru 2004

Bħala parti mill-attivitajiet li saru mill-Għaqda Mużikali Sant’Andrija fl-okkażjoni tal-Festa Liturġika ta’ Sant’Andrija, l-kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjeta’ ddeċidiet li għandha ttella Programm Mużikali fis-Sala Giuseppe Micallef f’Palazz Bethsaida.

Dan il-Programm ingħata f-idejn l-bravu Asst. Surmast tal-Banda Sant’Andrija Mro. Michael Pulis, li f-idejh kienet l-għażla mużikali tal-programm. Mro. Michael Pulis xtaq li jagħti ġieħ lil dawk is-surmastrijiet ta- qabilna li tant kabbru l-istorja tal-Banda Sant’Andrija. Indaqqu biċċiet oriġinali ta- Antonio Miruzzi, John Calleja (Ex Solist mal-Banda Sant- Andrija), tas-Surmast preżenti Mro Paul Schembri, kif ukoll Mro. Michael Pulis ipprepara arranġament tas-Sinfonia 39 Minuetto e Trio ta’ W.A. Mozart.

Il-Banda kienet komposta minn bandisti tal-post li urew l-ħila tagħhom speċjalment f’partijiet solo li daqqew. Ta’ min isemmi liż-żagħżugħ bandist Neville Pace (Klarinett) li daqq l- ‘Adagio per Clarinetto KV622’ ta’ W.A. Mozart. Lis-solista Christopher Camilleri (Klarinett) li daqq l-Intermezzo tal-‘Cavalleria Rusticana’, kif ukoll lil John Coleiro tal-interpretazzjoni tiegħu tax-xogħol ta- John Calleja ‘Bye Gone Days’. Lil Robert Sultana (Althorn), Pierre Paul Gauci (Kurunetta) u Raphael Demicoli (Corno) fis-solijiet tagħhom fit-Trovatore ta’ G. Verdi.

Dan il-programm ntlaqa- tajjeb man-nies preżenti fis-sala li faħħru l-eżekuzzjoni ta’ dan il-programm.

 

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.