L-Evoluzzjoni tal-Knisja ta’ Ħal Luqa – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

L-Evoluzzjoni tal-Knisja ta’ Ħal Luqa

//L-Evoluzzjoni tal-Knisja ta’ Ħal Luqa
L-Evoluzzjoni tal-Knisja ta’ Ħal Luqa 2017-12-31T01:04:34+00:00

L-Ewwel Knisja

Il-knisja ta’ Ħal Luqa għaddiet minn evoluzzjonijiet kbar matul żminijiet l-imgħoddija. Ir-raħal ta’ Ħal Luqa nqata’ parroċċa għalih fl-1634 u f’din l-istess sena bdiet tinbena l-ewwel knisja ta’ Ħal Luqa. Dun Ġulju Muscat ġie maħtur bħala l-perit tal-bini tal-knisja.

(Il-kappella ta’ Bir Miftuħ) (Id-dar parrokkjali ta’ Bir Miftuħ) (Is-salib tad-dejma ta’ Bir Mifttuħ)

Il-wesgħa fejn bdiet tinbena din il-knisja kien hemm żewġ kappelli fosthom dik ta’ San Anton Abbati u dik ta’ San Ġiljan li sal-lum nistaw naraw l-inkwadri tieghu.

L-ewwel knisja ġiet mibnija fuq still iktar rinaxximentali. Bejn l-1693 u l-1699 kien hemm tibdil fil-faċċata u fl-istruttura ta’ din l-istess knisja. Skond il-pittura ta’ Caruana Dingli (il-Mian Image ta’ dan l-atriklu), l-koppla kienet ferm iżgħar minn dik li nafu lum. Dak iż-żmien il-koppli kienu jinbnew żgħar. Prova ta’ dan huma l-knisja ta’ Ħal Kirkop, Ħal Safi w ż-Żurrieq. Ta’ min jsemmi li l-koppla ta’ l-Mqabba l-antika kienet simili għal dik ta’ Ħal-Luqa.

Il-kampnari li kellha l-ewwel knisja kienu iktar sempliċi minn dawk li nafu llum. Skond il-pittura ta’ Caruana Dingli nsibu li dawn kienu simili ħafna għal dawk ta’ Ħal Tarxien. Il-qniepen għal dawn il-kampnari ġew mħallsa mill-flus tal-avukat Ġużeppi Casha.

Fil- preżent għadna nistaw naraw partijiet żgħar ħafna minn din il-knisja. Fuq il-bejt tal-knisja nsibu l-lavur li kellha taħt l-kampnar. Fl-ewwel sular taħt il-kampnar nsibu wkoll il-pilastru tal-faċċata tal-lemin. Fiċ-ċimiterju tal-pesta għad hemm ukoll l-istatwi ta’ Santu Rokku, San Mikiel flimkien mal-kolonni tal-kor. Dawn kienu fuq iz-zuntier l-antik tal-knisja kif tixhed il-pittura ta’ Caruana Dingli.

(Il-pilastru tal-lemin tal-faċċata ta’ l-ewwel knisja )(Il-lavur ta’ taħt il-kampnari tal-ewwel knsija)

L-estensjoni tal-Knisja

Fl-1901 bdiet l-estensjoni tal-knisja l-antika. Din l-estensjoni kienet tinkludi l-bini tan-navi, faċċata ġdida, u kampnari godda. Il-perit Franġisku Sammut kien responsabli għall-pjanti l-ġodda tal-knisja.


(Il-bini tal-knisja tan-navi fl-1901)(L-statwi li kienu fuq iz-zuntier tal-ewwel knisja)

Il-kampnari ġew mtawwla u ngħataw dehra ta’ still barokk b’diversi arkittetura li nistaw narawa sal-lum. Minkejja li l-kampnari ġew mkabbra sostanzjalment, l-koppla thalliet l-istess. Filfatt il-koppla ġiet integrata fil-bini l-ġdid tal-knisja. Eżempju ta’ dan nistaw narawħ illum fil-knisja tan-Naxxar peress li l-koppla ġiet parti integrali mil-knisja li hemm fil-preżent.

(Il-kampnari il-ġodda li nbnew mal-bini tan-navi)

Il-faċċata kellha tibdil radikali. Fil-faċċata żdiedu żewġ arloġġi taħt kull kampnar, filwaqt li fil-parti ċentral il-faċċata l-knisja ġiet mżewwqa b’erbgħa kolloni. Dawk t’isfel kienu fuq still joniku filwaqt li dawk ta’ fuq kellhom dehra ta’ kolloni fuq still kompost ta’ joniku u korint . Bejn iż-żewġ kampnari ġiet imqeda l-istatwa tar-rendentur. Iktar tard twaħħlu l-istatwi tal-fidi u dik tat-tama.

Ir-rikostruzzjoni tal-Knisja

L-estensjoni l-ġdida tan-navi kellha ħajja pjutost qasira. Fl-1939 bdiet it-tieni gwerra dinjija fejn Malta kellha sehem attiv ħafna peress li din kienet bażi militari ta’ l-Ingliżi. Ħal Luqa ma ħelsieta xejn minn dawn l-attakki. Il-bażi militari ta’ l-Inglizi kienet qrib ta’ Ħal Luqa. Fid-9 ta’ April 1942 il-knisja kemm dik ta’ Ħal-Luqa u dik ta’ l-Mqabba ġarbu ħsara estensiva. Dawn ġew attakati fl-għar attakk ta’ bombi fuq il-gżejjer tagħna . Il-bomba li waqgħet fuq in-navi tan-naħa tax-xellug ikkawżat problemi strutturali kbar. Is-Sibt 8 ta’ Mejju 1943 l-qniepen tal-knisja daqqew biex jiċċellebraw t-tmiem tal-gwerra. Il-Ħalluqin b’rieda u kurraġġ ma jaqta’ xejn bdew ir-rikostruzzjoni tal-knisja sena biss wara l-waqfien mil-gwerra.

(Ajruplan ipparkjat fl-ajrupdrom qrib Hal-Luqa) (In-nava tal-lemin li ma waqghetx bil-gwerra)

Bi grazzja kbira u b’ħila kbira tal-bennejja, in-navati tal-lemin ġew salvati. Filfatt dawn jaghmlu parti integrali mill-knisja li għandna llum.

Għal dan il-progett l-imgħallem Ġeraldu Spiteri u l-perit Indri Micallef ħadu reponsabilita’ tal-bini tal-knisja ġdida. Bejn 1944 u l-1953 saru diversi xogholijiet fosthom il-bini mil-ġdid tan-navi li jgħatu għat-triq id-9 ta’ April, il-bini tal-kappelluni dak ta’ l-Agunija u dak tar-Rużarju. Ma’ dawn ix-xogħolijiet nsibu wkoll li nħatt u nbenna l-kampnar tax-xellug.

(In-nava tax-xellug tiġi mġarrfa fil-gwerra)(Il-kampnar li reġa’ nbenna bl-istess ġebel)

Ta’ min jirrimarka li l-kampnar ma waqax fil-gwerra iżda minħabba ħsarat fl-istruttura tal-knisja, l-kampnar kellu jiżżarma u jinbena bl-istess ġebel.

Il-bini tal-koppla kien wieħed kruċjali peress li din ta’ l-aħħar tat xejra ġdida lil knisja l-ġdida. Il-koppla li nafu llum hija mibnija fuq still barokk. Għalkemm tista’ tkun suġġettiva l-koppla hija simili għal dik tal-katidral li hemm ġewwa Merk fl-Awstrija.

(Il-bini mill-ġdid tal-knisja)(L-aħħar xogħolijiet fuq il-bini tal-koppla)

It-tul ta’ din il-koppla żdied sostanzjalment biex ġie wieħed proporzjonali mal-kampnari. Forsi huma ftit dawk li jafu li sur Salv Zammit għamel disinn ta’ koppla ferm isbaħ minn dik li naraw llum. Għal xi raguni din ma ġietx approvata mill-kurja.

(Il-koppla li nbniet wara l-gwerra)(Id-disinn tal-koppla li għamel Salv Sammut)

Tibdil kbir kien propju fil-parti ċentrali tal-faċċata tal-knisja. Il-kolonni ta’ ħdejn it-tieqa tan-nofs tneħħew biex saret arkata u gallarija li nistaw narawa sal-lum. B’xorti tajba partijiet mill-kolonni li ġew mħottija għadhom fuq il-bejt tal-knisja.

(Il-faċċata l-antika tal-knisja)(Il-kolonni li kienu jagħmlu parti ċentrali mil-faccata)

Ħafna huma tal-fehma li l-parti ċentrali tal-faċċata tal-knisja ġiet simili ħafna għal dik tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.

(Is-similaritajiet bejn il-parti centrali tal-faċċata tal-konkatidral ta’ San Ġwann mal-knisja ta’ Ħal-Luqa)

Monsinjur Innoċenz Borġ kien strumentali għall-arkitettura li hemm ġewwa l-knisja speċjalment dik li hemm mat-twieqi.

(It-twieqi tal-knisja fuq still barokk)

Fil-preżent

L-aħħar evoluzzjoni li għaddejja ġewwa din l-istess knisja hija dik tal-koppla u l-invjar tal-pilastri tal-knisja. B’kurraġġ kbir Dun Karm Camilleri ħa r-responsabilita’ ta’ kappillan fil-parroċċa. Fl-2005 il-kappillan ħabbar l-proġett ambizjuż tal-koppla. Lejn l-aħħar tas-Sajf ġew mpoġġija t-travi biex tkun tista’ tingħalaq l-koppla. Riċentament intrama l-armar biex tkun tista’ titiqaxxar iż-żebgħa li hemm u terġa’ tinżebaħ. Il-pitturi tal-koppla ser ikunu is-seba’ bejatidunijiet. Fl-istess waqt il-koppla ser tigi wkoll indurata bid-deheb. Tul dan is-sajf il-kappillan ħa l-inzjattiva biex tingħata il-manutezzjoni meħtiega lill- bibien tal-knisja.

(L-armar fil-koppla) (Il-manutenzzjoni tal-bibien)

Ma’ dan ix-xogħol kollu, ix-xogħol tal-invjar tal-pilastri reġa’ miexi ġmielu. Tul dan ix-xogħol inkixfu partijiet importanti mil-istorja ta’ knisja. Fl-invjar tal-pilastri tal-kappellun tat-twelid instabu forom ta’ kaxxi tal-fil. Dawn kienu jindikaw il-lavur li kien hemm mal-pilastri fil-knisja qabel ma’ waqghet bil-gwerra. Dan il-lavur kellu jitneħħa biex jiġi pariċċ il-pilastru tal-qalb ta’ Ġesu’.

(Il-post fejn kien jinsab l-lavur mal-pilastru) (Ix-xogħol tal-invjar fil-knisja)

Konklużjoni

L-evoluzzjoni tal-knisja hija waħda ferm interessanti meta tikkunsidra t-transformazzjonijiet kbar li għaddiet u għada għaddejja anke fiż-żminijiet tal-lum. Bla dubju ta’ xejn din turi l-qlubija u l-kuraġġ persistent tal-Ħal-Luqin biex il-parroċċa tkompli tevolvi matul il-587 sena li dan ir-rahal ilu jezisti. Din l-evoluzzjoni ma kienetx waħda biss biex tagħqdi l-esigenzi tal-parroċċa iżda wkoll waħda li tagħti qima akbar lil Alla l-Ħallieq ta’ kollox. Għalhekk kull Ħal-Luqi għandu dmir li jħossu kburi b’din istorja tant prezzjuża li għandu dan ir-raħal.

Referenzi:

Kotba:
Ħal-Luqa Niesha u Grajjietha., Dun Guzepp Micallef .
Ħal-Luqa Fil-Gwerra, Fil-Paci., Kunsill Lokali Luqa.
370 Sena Parroċċa Sant’ Andrija – Ħal-Luqa., Attard Charles, Fava Pierre, Fenech Anton
Lehen il-Parroċċa., ħarġa 366
5000 years of architecture in Malta – Leonard Mahoney
Ħajr li Anton Morana tal-informazzjoni li għaddieli dwar il-kappella ta’ Salv Sammut

Ritratti:

Meħuda mill-awtur jew mill-kotba ta’ riferenza, minbarra r-ritratt ta’ l-armar fil-koppla li ġie ġentilment misluf lil awtur min Neil Żammit.

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.