L-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu fl-Awstralia – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

L-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu fl-Awstralia

//L-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu fl-Awstralia
L-Festa Liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu fl-Awstralia 2017-12-31T01:06:51+00:00

Fl-aħħar ta’ Novembru tiġi ċċelebrata l-Festa liturġika ta’ Sant’ Andrija Appostlu. Mhux biss f’Ħal Luqa jgħixu l-Halluqin. Dan b’mod speċjali lejn sħabna emigrant Ħal Luqin fl-Awstralja li fil-bidu ta’ Novembru jorganizzaw Festa ad Unur Sant’ Andrija. Din tiġi organizzata mis-‘St Andrew’s Luqa Social Club’

Din is-sena kellna fostna lil Jessie Grech, l-organizzatriċi ta’ dan il-kumitat li jinsab ġewwa Melbourne. Ħadna ħafna gost nitkellmu magħha u nawguraw kull suċċess lil din l-għaqda sabiex tkompli torganizza attivitajiet kulturali u festivi. Grazzi lis-Sur Dominic Manion li għoġbu jibgħat ritratti tal-Festi li saru din is-sena ġewwa Melbourne.

Il-Maltin fl-Awstralja huma nies li jilqawk ġewwa darhom u jgħamlu min kollox sabiex tieħu pjaċir fil-mawra tiegħek. Bħala esperjenza personali meta tlajt Melbourne fl-2003 ġejt milquħ għand is-Sur Joe Ellul li huwa l-kaxxier tal-Maltese Own Band. Malli sar jaf li jien min Ħal Luqa beda jgħidli li l-Banda tiegħu tieħu parti bid-daqq ta’ Marċi brijjużi tal-Festa ta’ Sant Andrija li tiġi organizzata mis–‘St Andrew’s Luqa Social Club’. Huwa ukoll laqqani ma xi membri ta’ din l-għaqda. Sfortunatament tlajt fl-aħħar ta’ Diċembru u ma kellix ix-xorti li nattendi. Madanakollu għaddieli il-programm għal Festa ta’ dik is-sena li għadni nżomm sal-lum.

Fl-2003 dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kien mqassma billi il-Gimgħa saret quddies ċċelebrata min Fr. Teddy Cumbo u Fr. Andrew Camilleri ġewwa il-knisja ta’ St Martin De Porres, f’Avondale Heights fejn wara l-quddies kien hemm riċeviment.

Is-Sibt sar ballu kbir ġewwa La Mirage Reception, Somerton. Hawn ħadu sehem il-banda Alchemy u brass band li daqqet marċi brijjużi sas-siegħa ta’ filgħodu.

Il-Ħadd, saret quddies Solenni tal-Patrun Sant’ Andrija li ġiet kkonċelebrata minn Fr Fox, Fr Teddy u Fr Andrew fil-Knisja ta’ St Martin De Porres. Wara l-quddiesa saret purċissjoni bl-istatwa tal-qaddis. Ħadu sehem ukoll il-Maltese Own Band u l-Malta/Gozo City of Brimbank Concert Band li daqqew marċi brijjużi u popolari fis-sala tal-knisja.

Nawgraw lil ħutna l-emigranti sabiex jibqgħu attivi fil-ħidma taħhom sabiex ifaħħru l-qaddis Patrun tagħna Sant’ Andrija.

wirja
wirja
wirja

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.