Tlett Statwi fuq il-faċċata tal-Knisja

//Tlett Statwi fuq il-faċċata tal-Knisja
Tlett Statwi fuq il-faċċata tal-Knisja 2017-12-31T02:15:29+00:00

Fil-parti tan-nofs tal-faċċata tal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Luqa nsibu tliet statwi li huma r-redentur li nsibuh fin-nofs fuq Pedestall u żewġ statwi fil-ġnub. Dawn jirrapreżentaw il-Fidi u t-Tama.

L-istatwi huma xogħol Franġisku Saverju Sciortino. Ir-Redentur tpoġġa f’postu fid-29 t’April 1911 filwaqt li l-istatwi l-oħra ttellgħu f’Novembru tal-1914. L-ispiża totali kienet ta’ Lm2,095, li nġabru kollha fost il-Ħalluqin. Il-parti l-kbira tal-flus nġabru minn bejgħ ta’ bizzilla u xogħol ieħor ta’ ħjata li n-nisa tar-raħal kienu jaħdmu. Fl-1955, sar it-tibdil fil-parti ċentrali tal-faċċata u r-Redentur tpogga fuq pedestal aktar baxx milli kien qabel.

Fis-16 ta’ Jannar 1978, waqt riefnu qawwi l-istatwa tar-Redentur nqalgħet minn postha iżda b’xorti tajba mielet għal fuq il-Bejt tal-Knisja u l’ftit ħsara li ġratilha ssewwiet mill-Istatwarju Alfred Camilleri Cauchi. L-imgħallem Toninu Galea ħadem ix-xogħol tal-Pedestall li reġa sar kważi kif kien qabel il-Gwerra.

Faccata Statwi Knisja

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
tofranil buy uk Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.