Sezzjonijiet

/Sezzjonijiet
Sezzjonijiet 2017-12-31T23:29:09+00:00

Kumitat 2006

L-ewwelnett, merhba fis-sit ufficcjali ta’l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija AD.1883. Fl-1634 ir-rahal ta’Hal Luqa nqata’ mill-parrocca ta’ Bir Miftuh u sar parrocca ddedikata lill-Appostlu Sant’ Andrija. Fl-1883, xi zghazagh Halluqin mmexxija mis-Sur Giuseppe Mi...

Kumitat 2007/2008

Wara li nhar il-Ħamis li għadda 25 ta’ Jannar 2007 saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-Kumitat Ċentrali u d-diversi sezzjonijiet taw ħarsa lejn il-ħidma li twettqet matul is-sena 2006, kif ukoll dak li hemm fil-ħsieb għal futur. F’din il-Laqgħa nq...

Kumitat 2009

Fir-Ritratt il-Kumitat li serva bejn l-2007 u 2008 Wara li nhar il-Ħamis 29 ta’ Jannar 2009 saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-Kumitat Ċentrali u d-diversi sezzjonijiet taw ħarsa lejn il-ħidma li twettqet matul is-snin 2007 u 2008 peress li l-ku...

Kumitat 2010

Fir-Ritratt il-Kumitat li serva fl-2009 Wara li nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar 2010 saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-Kumitat Ċentrali u d-diversi sezzjonijiet taw ħarsa lejn il-ħidma li twettqet matul is-sena 2009. F’din il-Laqgħa nqraw l-me...

15 –il sena Sezzjoni Żgħażagħ - (1993 - 2008)

Is-Sena 2008 hija sena speċjali għas-Soċjeta’ tagħna. Kif jaf kulħadd, din is-sena qegħdin niċċelebraw il-130 sena minn meta twaqqfet l-ewwel Soċjeta’ Mużikali f’Ħal Luqa, kif ukoll il-125 sena minn meta din is-Soċjeta’ issemmiet għal Sant’ Andrija, Patru...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.