Kumitat 2009 – Għaqda Mużikali Sant'Andrija, Luqa, Malta

Kumitat 2009

Kumitat 2009 2017-12-31T00:58:00+00:00

Fir-Ritratt il-Kumitat li serva bejn l-2007 u 2008
Wara li nhar il-Ħamis 29 ta’ Jannar 2009 saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-Kumitat Ċentrali u d-diversi sezzjonijiet taw ħarsa lejn il-ħidma li twettqet matul is-snin 2007 u 2008 peress li l-kumitat kien elett għall sentejn sabiex seta’ jipprepara bis-sħiħ għal fest ital-125 anniversarju mit-twaqqif uffiċjali tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija, kif ukoll dak li hemm fil-ħsieb għal futur.

F’din il-Laqgħa nqraw l-membri li kienu ser jikkontestaw għal elezzjoni kif ukoll saru xi amendi fl-istatut tal-għaqda. Bi pjaċir is-Sinjuri Richard J. Caruana, Walter Harmon u Nazzareno Caruana kienu approvati bħala Membri Onorarji tal-Għaqda. Nirringrazzjaw lil dawn il-persuni tal-kontribut li taw u li beħsiebhom jkomplu jagħtu lill-għaqda tagħna.

Il-Ħadd 1 ta’ Frar 2009 saret il-votazzjoni għal membri. Kienu numerużi s-soċi li għamlu l-għażla tagħhom billi vvutaw għal membri mniżżla. Bi pjaċir li l-membri kollha li kkontestaw għal Kumitat kollha ġabu aktar mill-51% +1. Dan juri fuduċja sħiħa fit-tmexxija tal-Kumitat li nħatar, lil membri li kienu fil-Kumitat tal-2007/2008 kif ukoll kuraġġ lil dawk l-uċuħ il-ġodda li għal ewwel darba ser jkunu membri fil-Kumitat tal-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija.

Il-membri eletti flimkien mal-Karigi:

President:
Raymond Zammit

Vici President:
Martin Degabriele

Segretarju:
Pierre Fava

Asst. Segretarju
:
Charles Attard

Kaxxier:
George Mifsud

Asst. Kaxxier:
IvanCamilleri

PRO:
Monica Camilleri

Direttur tal-Kazin:
Karl Mathew Carachi

Asst Dir. Tal-Kazin:

Andrew Schembri u Adrian Gatt

Arkivista u Delegat tal-Banda:
Bernard Cutajar

Membri:
Albert Fava
Philip Degabriele
Ivan Sacco

Surmast Direttur:
Mro. Paul Schembri MISM, MIWM


Asst. Surmast Direttur:
Mro. Andrew Calleja

Direttur Spiritwali:
W.Rev. Kappillan  Dun Karm Camilleri

Konsulent Legali:
Dr. Chris Busietta

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.