Kumitat 2010

Kumitat 2010 2017-12-31T00:58:27+00:00

Fir-Ritratt il-Kumitat li serva fl-2009
Wara li nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar 2010 saret l-Laqgħa Ġenerali Annwali fejn il-Kumitat Ċentrali u d-diversi sezzjonijiet taw ħarsa lejn il-ħidma li twettqet matul is-sena 2009.

F’din il-Laqgħa nqraw l-membri li kienu ser jikkontestaw għal elezzjoni kif ukoll saru xi amendi fl-istatut tal-għaqda. Bi pjaċir is-Sur Andrew Bartolo inħatar bħala Membru Onorarju tal-Għaqda.

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar 2010 saret il-votazzjoni għal membri. Kienu numerużi s-soċi li għamlu l-għażla tagħhom billi vvutaw għal membri mniżżla. Bi pjaċir li l-membri kollha li kkontestaw għal Kumitat kollha ġabu aktar mill-51% +1. Dan juri fuduċja sħiħa fit-tmexxija tal-Kumitat li nħatar, lil membri li kienu fil-Kumitat tal-2009.

Il-membri eletti flimkien mal-Karigi:

President:
Raymond Zammit

Vici President:
Martin Degabriele

Segretarju:
Pierre Fava

Asst. Segretarju
:
Charles Attard

Kaxxier:
George Mifsud

Asst. Kaxxier:
IvanCamilleri u Monica Camilleri

PRO:
Charles Attard u Albert Fava

Direttur tal-Kazin:
Andrew Schembri

Asst Dir. Tal-Kazin:

Ivan Camilleri u Ivan Sacco

Arkivista u Delegat tal-Banda:
Bernard Cutajar

Membri:
Karl Matthew Carachi
Philip Degabriele
Antoine Muscat

Surmast Direttur:
Mro. Paul Schembri MISM, MIWM


Asst. Surmast Direttur:
Mro. Andrew Calleja

Direttur Spiritwali:
W.Rev. Kappillan  Dun Karm Camilleri

Konsulent Legali:
Dr. Chris Busietta

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.