Kumitat 2006

Kumitat 2006 2017-12-31T01:02:10+00:00

L-ewwelnett, merhba fis-sit ufficcjali ta’l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija
AD.1883.

Fl-1634 ir-rahal ta’Hal Luqa nqata’ mill-parrocca ta’ Bir Miftuh u sar parrocca
ddedikata lill-Appostlu Sant’ Andrija. Fl-1883, xi zghazagh Halluqin mmexxija
mis-Sur Giuseppe Micallef waqqfu din l-ewwel Ghaqda Muzikali b’rabta shiha mal-parrocca
ta’ Hal-luqa. Din is-Socjeta` hi sinonima mal-parrocca taghna, u dan ghall-fatt
li hi l-ghaqda li iggib l-isem u l-arma tal-patrun taghna, l-Appostlu Sant’
Andrija. Xiehda ohra ta din’ ir-rabta hu il-fatt li din l-istess ghaqda propju
fl-1884, kienet l-ewwel ghaqda muzikali f’Hal Luqa li ppartecipat ghall-ewwel
darba fiz-zewg festi tal-parrocca, dik tal-Madonna tac-Cintura u dik Titulatri
ta’Sant’Andrija.Sa dak iz-zmien fil-festi tal-parrocca kienu jingiebu u jiehdu
sehem baned minn irhula ohra. Fost l-ghanijiet li ghalihom twaqqfet l-Ghaqda
Muzikali Sant’Andrija, nsibu l-partecipazzjoni fil-festi tal-parrocca, b’mod
partikulari fil-festa Titurali ta’Sant Andrija,Kif ukoll it-tkattir ta’l-arti
muzikali u l-kultura fost in-nies tar-rahal.

Illum wara ftit aktar minn 120 sena u propju fil-120 Anniversarju mill-bidu
tal-partecipazzjoni taghna fil-festa tal-parrocca, l-Ghaqda Muzikali
Sant’Andrija ghadha soda u lejali lejn il-principji taghha u tista’ titqies
bhala wahda mis-socjetajiet li tkun minn ta’quddiem nett biex tippromwovi
bl-aktar mod qawwi hidmiet muzikali u kulturali. Hawnhekk ippermettuli nsemmi n-numru
sabih ta’ surmastrijiet u muzicisti li welldet u rabbiet din is-socjeta` l-opri
u x-xoghlijiet artistici li hi thaddan, kif ukoll l-attivitajiet kulturali li
hija ttellla’minn zmien ghall zmien.Dan kollu grazzi ghall-menbri habrieka
taghna fid-diversi sezzjonijiet.

Dan is-sit ufficcjali fuq dan il-mezz ta’komunikazzjoni hu xiehda ta’ l-impenn
li jhaddnu l-membri taghna. Permezz ta’dan is-sit www.bandasantandrija.org se
jkun possibli li nwasslu lehen l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija ferm ‘il boghod
minn xtutna.

Mixtieq inrodd hajr minn qaldi lil dawk kollha nkarigati minn din il-website u
ninkurragihom ikomplu b’dan ix-xoghol, filwaqt li nirringrazzja lill-menbri
kollha tal-hidma taghhom b’risq l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija u Hal Luqa

Grazzi

Raymond Zammit – President

Nhar il-Gimgha 4 ta’ Novembru inzammet
il-Laqgha Generali Annwali fis-Sala tal-Kazin.  Fl-ewwel parti nqraw il-minuti
tal-ahhar laqgha . Wara li l-President is-Sur Raymond Zammit ghamel l-Introduzzjoni
tieghu, b’enfasi fuq il-banda fejn qal li jehtieg li ssir hidma biex il-bandisti
tal-post jattendu aktar regolari . is-Segretarju is-Sur Pierre Fava ghadda biex
qara ir-rapport amministrattiv ghas-sena li waslet biex tispicca. Ir-Rapport
elenka diversi inizjattivi li ttiehdu din is-sena u ohrajn li ser jittiehdu
matul din is-sena mis-Sezzjonijiet . Imbaghad kien imiss lill-Kaxxier Martin
Degabriele li jaqra ir-Rapport Finanzjarju tas-Socjeta’ Kif spicca mill-qari
tar-rapport il-Kaxxier irrimarka li din kienet sena pozittiva kif jixhed it-tul
tar-rapport, u anke ghaliex is-Sezzjonijiet hadmu id f’id f’attivitajiet u
inizjattivi ta’ Fund Raising li hallew il-frott mixtieq.  Il-President f’isem
il-Membri wera l-apprezzament tieghu lejn is-Sur Martin Degabriele li bhal
dejjem ippubblika rapport bl-aktar mod dettaljat . Is-Seduta kompliet bil-qari
tar-Rapporti finanzjarji tal-attivita’ Lejla a la Hal Luqija u  tas-Sezzjonijiet
tan-Nar, tan-Nisa , taz-Zghazagh u tal-armar . Is-Seduta mbaghad ghaddiet biex
tahtar zewg awdituri biex jivverifikaw il-Kontijiet u l-ircevuti tas-Socjeta’
ghar-rapport li jitressaq fil-laqgha generali li jmiss. Wara tressqu zewg
mozzjoniiet. L-Ewwel wahda il-Kumitat ippropona li l-Laqgha Generali tibda ssir
f’Jannar minflok  f’Novembru biex b’hekk il-Kumitat il-Gdid li jkun ghadu kif
jinhatar ma jsibx ma wiccu l-attivitajiet tal-Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija
u dawk tal-Milied. F’Mozzjoni ohra il-Kumitat ippropona biex il-Kan Dun Karm
Zammit u l-Avukat Joe Sapiano jinhatru membri Onorarji, bhala rikonoxximent lejn
il-hidma li wettqu u l-kontribut li ghadhom jaghtu fis-Socjeta’ . Iz-Zewg
mozzjonijiet kienu approvati mill-membri Prezenti. Il-Laqgha Generali li jmiss
ser issir fl-ewwel gimghat ta’ Jannar.

Il-Hadd 6 ta’ Novembru,
saret l-elezzjoni ghal Kumitat il-Gdid.Il-membri eletti flimkien mal-Karigi:

President:
Raymond Zammit

Vici President:
Albert Fava

Segretarju:
Pierre Fava

Asst. Segretarju
:
Bernard
Cutajar

Kaxxier:
Martin Degabriele

Assti. Kaxxiera:
George Mifsud
IvanCamilleri

PRO:
Charles Attard

Direttur tal-Kazin:
Andrew Schembri

Asst Dir. tal-Kazin:
Adrian Gatt

Arkivista:
Bernard Cutajar

Delegat tal-Banda:
Robert Sultana

Direttur Skola
Tal-Muzika:
Michael Pulis

Rap. Sezzjoni Nar:
Ivan Sacco

Membru:
Kim Degabriele

Surmast Direttur:
Mro. Paul Schembri MISM, MIWM


Asst. Surmast Direttur:
Mro. Michael Pulis B.Mus, A(Mus)LCM, ALCM

Direttur Spiritwali:
W.Rev. Kappillan  Dun Karm Camilleri

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.