Saint Andrew’s Band Fireworks Factory

//Saint Andrew’s Band Fireworks Factory
Saint Andrew’s Band Fireworks Factory 2018-01-01T01:13:27+00:00

Ix-xogħol pirotekniku hu forma ta’ espressjoni u jilghab parti mportanti fic-celebrazzjonijiet li jsehhu matul is-snin madwar id-dinja kollha.  Pajjizna hu maghruf sew f’dan il-qasam u eluf kbar ta’ Maltin u anki turisti jgawdu x-xoghol tal-piroteknici Maltin matul il-jiem tal-festi parrokkjali fid-diversi rhula u bliet madwar Malta. L-istess jista’ jinghad ghar-rahal ta’ Hal Luqa u d-dilettanti ta’ dan ix-xoghol fi hdan l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija dejjem taw is-sehem taghhom sabiex il-festa f’gieh il-Patrun tar-rahal taghhom ma tkunx anqas minn festi ta’ rhula ohra anki f’dak li hu xoghol pirotekniku.

Bejn is-snin 1835 u l-1849 fil-festa ta’ Sant’Andrija nsibu li kien diga jsir xi nar, fosthom murtaletti, maskli u giggifogu, dak li llum hu aktar maghruf bhala nar tal-art.  Filwaqt li il-murtaletti u n-nar tal-art kien jinhadem barra mir-rahal, id-dilettanti Halluqin kienu jiehdu hsieb jaghmlu l-maskli. [1]  Ghal min m jafx dawn kienu jikkonsistu f’porvli ppressat gewwa recipjent tal-bronz b’nicca hierga li meta taqbad kienet taghmel spluzzjoni.

Fis-sena 1884, il-festa kienet okkazjoni mhux tas-soltu ghal Hal Luqa, ghaliex kienu ser jiehdu sehem ghall-ewwel darba z-zewg baned tar-rahal.  Fil-gazzetta Malta tat-3 ta’ Dicembru 1884, naqraw li lejlet il-festa, il-baned tar-rahal ghamlu marci mat-toroq ta’ Hal Luqa filwaqt li l-loghob tan-nar “ta’ stil gdid li jolqot l-ghajn” kien ukoll xoghol il-Halluqin. [2]  Fil-kitba ta’ Dun Vincenz Vella “Hajja ta’ l-Appostlu S. Andrea”  naqraw li l-festa lejn l-ahhar tas-seklu dsatax kienet wahda mill-isbah bis-sehem tal-baned tar-rahal filwaqt li “isir sparer u loghob tan-nar kbir … nistghu nghidu li l-aktar li jaghmlu fost l-irhula kollha.” [3]

Mat-twaqqif taz-zewg ghaqdiet muzikali tar-rahal lejn il-bidu tas-snin tmenin tas-seklu dsatax, id-dilettanti li kienu jahdmu x-xoghol tan-nar ghall-festa nghaqdu ma’ dawn iz-zewg socjetajiet, kif ghadhom sal-lum.  F’dawk iz-zminijiet hafna mix-xoghol kien jinhadem gewwa l-istess kazini u hekk nistghu nghidu li baqa’ jsir sa qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Sa minn wara li spiccat it-Tieni Gwerra ghad gmielu ta’ zghazagh fi hdan l-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija bdew jahdmu xoghol tan-nar f’diversi dwejriet f’Wied il-Kbir limiti ta’ Hal Farrug.  Dawn kien jahdmu, musketterija li tinharaq minn fuq il-bejt, bomba, murtaletti, kaxxi nfernali, fethiet tal-kulur, kif ukoll nar tal-art.  Ix-xoghol tan-nar f’dawk iz-zminijiet ma kienx regolat u ma kienux jittiehdu prekawzjonijiet bhalma jsir illum u ghaldaqstant l-incidenti ma kienux jonqsu, izda fortunatament ghad-dilettanti tal-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija dawn dejjem kienu ta’ natura zghira u l-konsegwenzi qatt ma kienu fatali.

Aktar ma bdew igerbu s-snin aktar bdiet tinhass il-htiega li dawn id-dilettanti jkollhom post adekwat fejn jissodisfaw id-delizzju taghhom.  Waqt il-Laqgha Generali Annwali tal-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija li saret nhar it-8 ta’ Frar 1976 kien gie deciz li tinbena fabbrika tan-nar.  Fit-8 ta’ Marzu tal-istess sena ntalab il-permess lill-awtoritajiet koncernati u fit-30 ta’ Gunju nhareg il-permess mill-Bord ghal Permessi dwar Area ta’ Pjanar Regualtur, il-PAPB.  Fl-atti tan-nutar Dr Joseph Cachia tal-11 ta’ Novembru 1976 nsibu li nxtrat ghalqa fuq Wied il-Kbir fil-limit tal-Mqabba fejn kellha tinbena din il-fabbrika.  Ix-xoghol fuq il-bini nbeda minnufih mill-istess dilettanti bl-ghajnuna ta’ ohrajn, filwaqt li kien hemm xi partitarji li anki provdew materjal bhall-gebla tal-franka.  Ix-xoghol tlesta fis-sena 1978 u nghatat l-isem ta’ St.Andrew’s Band Fireworks Factory.[4]  Ghall-festa ta’ dik is-sena d-dilettanti hejju programm varjat li ntlaqa’ ferm tajjeb. Mal-mixja taz-zmien nxtrat art ohra biswit dik originali sabiex din il-fabbrika setghet titkabbar, jizdiedu l-facilitajiet u tkun dejjem konformi mar-regolamenti mposti mill-awtoritajiet, fuq kollox sabiex id-deilettanti jahdmu f’post aktar komdu u b’facilitajiet li jharsu s-sahha u s-sigurta taghhom.  Logistikament, illum din il-fabbrika tan-nar hi meqjusa bhala wahda fost l-ahjar li hawn f’pajjizna.

Matul is-snin il-piroteknici fi hdan din il-fabbrika tan-nar hadmu varjeta ta’ xoghol pirotekniku kemm tal-ajru ghal matul il-jum u bil-lejl, fosthom kaxxi nfernali varjati tal-bomba u tal-kulur, varjazzjoni ta’ murtaletti u beraq tal-kulur, varjazzjoni ta’ murtali u fethiet tal-kulur, blalen, kif ukoll nar tal-art mekkanizat u varjat, b’varjeta kbira ta’ funtani tal-kulur.  Huma dejjem zammew irwihhom aggornati mal-izviluppi li sehhew fix-xoghol priotekniku, filwaqt li dejjem hadmu b’pass meqjus. Fid-dinja teknologika tal-lum din it-teknologija dahlet ukoll sew f’dan ix-xoghol specjalment meta nigu ghall-hruq tax-xoghol minn gol-ghelieqi.  F’dan l-aspett il-piroteknici fis-St. Andrew’s Band Fireworks Factory ma baqghetx lura u tlet snin ilu nxtrat s-sistema MerlinFire li biha jinharq in-nar b’mod kompjuterizzat u f’sinkrinizazzjoni  kif wiehed ikun ipprogramma minn qabel. Fis-sena 2011 id-dilettanti tan-nar tal-art ippartecipaw fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art fil-Furjana u s-sodisfazzjoni kien wiehed kbir.  L-istess regghu ghamlu propju din is-sena 2013 u b’sodisfazzjon minn fost l-14-il Kamra tan-Nar fost l-aqwa i hawn Malta li ppartecipaw, is-St. Andrew’s Band Fireworks Factory rebhu l-kategorija ta’ l-ahjar mekanizmu, filwaqt li fost dawk kollha li ppartecipaw gew fir-raba’ post. F’dawn l-ahhar snin id-dilettanti f’din il-fabbrika tan-nar, barra li jahdmu sabiex ihejju programm pirotekniku varjat u dejjem akbar ghall-festa Titulari ta’ Sant’Andrija, qed ihejju xoghol tal-ajru kif ukoll tal-art ghal festi f’irhula ohra.  Fil-festa titulari tas-sena 2013, ghall-ewwel darba f’Hal Luqa tella’ spettaklu ta’ Nar tal-ajru sinkronizzat mal-muzika bl-isem “Pyro Stars” liema spettaklu kien success kbir u ta’ livell gholi.

Dawn id-dilettanti filwaqt li jkunu qed jissodisfaw id-delizzju taghhom, b’sagrificcju kbir tul is-sena kollha jahdmu sabiex ilewnu smewietna u jaghtu pjacir lil dawk kollha li jaraw ix-xoghol taghhom.  Ghaldaqstant ma nistax ma naghtix gieh lill-piroteknici kollha li llum qed jahdmu f’din il-fabbrika tan-nar, lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom matul is-snin, lill-licencees kollha u fuq kollox nsellmu lil tlett pilastri li hadmu f’dan ix-xoghol u li llum m’ghadhomx maghna; lil Guzeppi Cremona maghruf bhala z-zanz, lil Gianmari Busuttil u lil Carmelo Magri.

Raymond Zammit

[1] Dun Guzepp Micallef, Hal Luqa: Niesha u Grajjietha, Malta, 1975, p. 254

[2] Micallef, p. 256

[3] Micallef, p. 256

[4] Jesmond Grech, L-Ghaqda Muzikali Sant’Andrija: Twelidha u Grajjietha, Malta 2008, p. 222, 226

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.