Sezzjoni Żgħażagħ

//Sezzjoni Żgħażagħ
Sezzjoni Żgħażagħ 2017-12-31T23:47:47+00:00

Sezzjoni b’attivitajiet kulturali , Socjali u sportivi

Ix-xahar ta’ Novembru jfakkarna fil- Festa Liturgika ta’ Sant’ Andrija .Bhal ma
sar fl-ahhar snin l-ghaqda taghna torgannizza diversi attivitajiet Kulturali u
Socjali f ‘dan iz-zmien sabiex niccelebraw kif jixraq il jum tant ghaziz ghalina
it-30 ta Novembru. Is-Sehem taz-Zghazagh f’dawn l-attivitajiet hu importanti.
F’dan il- mument qed niftakar fil-festa li kellna fil-bidu ta’ Lulju. Ma nistax
ninsa il-mumenti sbieh tal-Lejla a’ la Halluqija, il- Programm Muzikali. Il-marc
ta’ Lejliet il-festa u wisq izjed il-marc ta’ filghodu fejn numru kbir ta
Zghazagh holqu briju mill-isbah . Minbarra il-briju li tiehu hsieb torganizza
fil-Gimgha tal-Festa Barra din is-Sezzjoni hadet diversi inizjattivi fosthom
il-hrug taz-C.D l-gdida ‘Gieh u qima lil Sant’ Andrija ..u l-Banda tieghu
u l-flokkijiet il-godda li ntlaqghu ferm tajjeb mal-partitarji specjalment ghal
marc tal-Hadd filghodu. Tajna wkoll is-sehem taghna fl-armar tat-toroq billi
komplejna l-Liedna ghal triq il-Karmnu. Dan kollu huwa frott il-hidma
taz-Zaghzagh habrieka taghna li matul is-sena jorganizzaw diversi attivitajiet
biex fil-qofol tal-festa kellna is-success mixtieq.

Minbarra l-preparazzjoni ghall-attivitajiet tal-Festa Liturgika, is-Sezzjoni
Zghazagh tinsab ghaddejja bil-preparamenti ghall-festi tal- Milied bil-bini
tal-Presepju u anke bit-tizjin tal-Kazin. Minn zmien ghal zmien qed jittellghu
ukoll discos bl-isem ‘Diffusion’ ghaz-Zghazagh b l-ahhar wiehed kien fl-ahhar ta’
Ottubru u morna tajjeb hafna. Qed nippjanaw iehor ghal Dicembru .Fuq inizjattiva
ta’ din is-Sezzjoni kien installat il-Projector u l-big screen fil bar sabiex il
membri jkunu jistghu jaraw il-loghob tal football kollu bil-kumdita’ . il
kumitat centrali flimkien mal-barman hasbu sabiex tinxtara li Sky Card .
Bhalissa qed tigi organizzata ukoll 11 up competion bejn il membri u ghaddejjin
il-Preparamenti biex jigi organizzat 5 a side Football Tournament.
Naghlaq dan il-messagg billi nappella lil membri sabiex jattendu
ghall-attivitajiet li ahna naghmlu. Kif wiehed jista jinnota qed isiru
Attivitajiet ta kull tip kull xahar li jvarjaw minn dawk kulturali ghal ohrajn
Socjali u Sportivi . Nirringrazzja liz-Zghazagh kollha li jghinuna matul is-sena
u nheggighom biex ikomplu jahdmu ghal gid tas-Socjeta’.

15 –il sena Sezzjoni Żgħażagħ - (1993 - 2008)

Is-Sena 2008 hija sena speċjali għas-Soċjeta’ tagħna. Kif jaf kulħadd, din is-sena qegħdin niċċelebraw il-130 sena minn meta twaqqfet l-ewwel Soċjeta’ Mużikali f’Ħal Luqa, kif ukoll il-125 sena minn meta din is-Soċjeta’ issemmiet għal Sant’ Andrija, Patru...

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.