15 –il sena Sezzjoni Żgħażagħ – (1993 – 2008)

///15 –il sena Sezzjoni Żgħażagħ – (1993 – 2008)
15 –il sena Sezzjoni Żgħażagħ – (1993 – 2008) 2017-12-30T23:08:48+00:00

Is-Sena 2008 hija sena speċjali għas-Soċjeta’ tagħna. Kif jaf kulħadd, din is-sena qegħdin niċċelebraw il-130 sena minn meta twaqqfet l-ewwel Soċjeta’ Mużikali f’Ħal Luqa, kif ukoll il-125 sena minn meta din is-Soċjeta’ issemmiet għal Sant’ Andrija, Patrun ta’ dan ir-raħal u ta’ din is-Soċjeta’.

Iżda apparti minn dan, is-sena 2008 hija ukoll sena li timmarka il-15 –il sena ta’ ħidma sfieqa mis-Sezzjoni Żgħażagħ. Kien propju 15-il sena ilu meta taħt it-tmexxija tas-Sur Pierre Fava illum Segretarju din is-sezzjoni bdiet taħdem. Ħidma li llum, 15-il sena wara issarfet f’sezzjoni mimlija kuraġġ, li taħdem matul is-sena kollha u li kienet ewlenija fl-organiżżazjoni ta’ bosta attivitajiet li mhux biss kienu oriġinali fil-ħsieb tagħhom, iżda ukoll kienu attivitajiet li ġibdu attenzjoni fuq skala nazzjonali. Insemmu fost l-oħrajn il-Lejla a la Ħalluqija, l-esebizzjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, il-ftuħ tax-Xelter ta’ Misraħ il-Knisja, attivitajiet sportivi, pubblikazzjoni ta’ ktejjeb fuq il-Knisja parrokkjali , għajnuna fl-attivitajiet prinċipali li jiġu organiżżati matul is-sena kif ukoll il-briju tal-marċi u tant affarijiet oħra.

Huwa ta’ pjaċir kif ukoll ta’ unur li f’dan il-mument tant prestiġjuż għal din is-sezzjoni qegħdin nippreżentaw grupp ta’ żgħażagħ ġodda li żgur ser ikomplu mixjin f’din il-ħidma kontinwa li ma tieqaf xejn matul is-sena. B’hekk ikunu qegħdin ikomplu jmexxu din is-sezzjoni ‘il quddiem fuq dak li inbena matul dawn il-15-il sena.

Propju llum nfetħet wirja li fiha naraw l-ħidma ta’ din is-Sezzjoni matul dawn l-aħħar 15-il-sena. Kien il-Kappilan li bierek din il-wirja. F’dan il-ftuħ ġew mistiedna dawk iż-żgħażagħli servew bħala Chairperson ta’ din is-sezzjoni. Huma ngħataw memento tal-okkażjoni filwaqt li s-soċjeta rringrazzjathom tal-ħidma li wettqu matul is-snin. Ukoll is-sezzjoni żgħażagħ xtaqet tirringrazzja lis-St’ Andrew’s Football Club tal-għajnuna li hija ssib min din l-għaqda, kif ukoll ppreżentat għotja lil President tal-Klabb tal-Futbol .

wirja
wirja
wirja
wirja
wirja
wirja
wirja
wirja

TIFĦIR LILL-BANDA ĦAL-LUQAIJA
Li ġġib l-Arma u l-Isem SANT’ANDRIJA

F’dan il-jum kbir u solenni
F’dina l-festa ta’ l-Appostlu
Tifħir imorru nroddu
Lil min bil-wisq jistħoqlu.

Dik il-banda li ġġib l-arma
Ta’ l-Appostlu S. Andrija
Li f’qalbna llum tnissel
L-akbar ferħ u l-allergrija.

Bħala stilla tirrisplendi
F’din il-ġurnata l-arma tagħha
Ir-raġġi tagħha f’qalbna titfa
Biex ilkoll ningħaqdu magħha.

Dina l-arma li qiegħed insemmi
Bla xejn inġibu idejiet
Tikkonsisti, Salib, Kuruna
Imdawrin biż-żewġ palmiet.

Dina l-arma tal-banda tagħna
Biha ninsabu wisq kburin
Jekk xi Ħal-Luqi ma sellimx lilha
Ma jkunx min-nisel ta’Ħal-Luqa

Dina l-arma ġo Ħal-Luqa
Ta’ bil-fors iġġiblek għira
Arma oħra ġo pajjiżna
Ħdejn ta’ l-Appostlu hija żgħira.

Għaliex b’dik l-arma ta’ l-Appostlu
Li hemm fil-fidi tal-magħmudija
Lil kulħadd immorru nuru
Li aħna ulied ta’ Sant’Andrija.

Dana l-isem ta’ din il-banda
Fost l-oħrajn huwa l-aħjar
Huwn l-Isem ta’ Sant’Andrija
Ta’ Ħal-Luqa it-Titular.

Viva ngħidu ‘l Qaddis tagħna
Il-Kbir Appostlu Sant’Andrija
Viva dejjem dik il-Banda
Li għalih hija msemmija.

Bir-raġun o Banda tagħna
Miegħek nibqgħu mgħaqudin
Għax il-kbir Ismek S. Andrija
Huwa l-għaxqa ta’ Ħal-Luqin.