Ai Caduti della Patria u Stabat Mater Dolorosa
1Is-Surmast V. Caruana Spiteri, hekk kien jiffirma, twieled f’Ħal Luqa Malta, nhar l-4 ta’ Mejju 1896. Missieru kien jismu Ġużeppi Caruana u ommu Karmena Spiteri. Hu kien ir-raba’ fost ħames aħwa, żewġ ibniet u tlitt subien. Ġie mgħammed l-għada minn Dun Flavius Grima, li dak iż-żmien kien il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Ħal Luqa.
2Minn ckunitu kellu rabta kbira ma’ l-Ghaqda Muzikali Sant’ Andrija peress li missieru kien attiv fil-kazin u membru fil-Kumitat. Bla dubju l-akbar talent li kellu Mro Carmelo Caruana kienet dik fil-kamp muzikali.
3Xi kultant naraw ritratti li, wara li nkunu forsi tajnihom daqqa t’għajn ħafifa, ninsewhom għal kollox. Mill-banda l-oħra, hemm dawk ir-ritratti, li għal xi raġuni, li xi kultant l-anqas biss nirrejalizzawha, jolqtuna b’mod li jibqgħu iqajjmu fina kurżita.
4Lejn l-aħħar tas-seklu 17 u bidu tas-seklu 18, Ħal Luqa tat lil Malta tliet arkitetti li taw kontribut kbir lill-istorja ta’ l-arkitettura Maltija u l-ambjent mibni. Kien fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, u l-Maltin kull meta kellhom il-mezzi u minħabba l-ħila fis-sengħa tal-ġebla, ma naqsux li jkomplu jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom u fl-istess ħin iżejnu l-ambjent mibni li kienu jgħixu fih.
var addthis_config = {"data_track_clickback":false,"data_track_addressbar":false,"data_track_textcopy":true,"ui_atversion":"300"}; var addthis_product = 'wpp-3.1';



